Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tas-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-Qorti fuq reati kriminali; f'liema dipartiment/ministeru kienu u l-kariga li kienu jokkupaw, in-natura tar-reat li kienu akkużati bih; jekk ġewx sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-applikazzjonijiet saret għall-Euro Assistants f'Għawdex u meta saru? Jista' jgħid ukoll kemm effettivament intgħażlu u ġew ingaġġati u kemm minnhom għadhom jokkupaw din il-kariga?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Euro Assistants kienet waħda li tkopri kemm il-ħtiġijiet ta’ Malta kif ukoll dawk ta’ Għawdex.
L-ewwel sejħa saret fit-tmienja u għoxrin (28) ta’ Ġunju 2006, MPO Circular 129/2006, it-tieni sejħa fid-disa’ (9) ta’ Frar 2007, MPO Circular 04/2007 u t-tielet sejħa fis-sittax (16) ta’ Awissu 2007, MPO Circular 123/2007. Mill-kandidati magħżula, l-ammont ta’ kandidati Għawdxin huwa kif ġej:
MPO Circular 129/2006 ntgħażlu tmienja (8) Għawdxin
MPO Circular 04/2007 ntgħażlu tlieta (3) Għawdxin
MPO Circular 123/2007 proċess ta’ l-għażla mhux magħluq
Fil-preżent hemm ingaġġati tmien (8) Euro Assistants Għawdxin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni f'Malta u Għawdex ta' nies li għandhom bejn 40 u 60 sena? Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-popolazzjoni f’Malta u Għawdex ta’ nies bejn l-40 u s-60 sena hija ta’ 122,977 maqsuma f’61,830 Rġiel u 61,147 Nisa. Dawn huma figuri proviżorji meħuda mid-Demographic Review 2006.
Jista' l-Prim Ministru jgħidli x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulat f'kull kuntratt li sar mal-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2004-2006 u taħt il-programm ta' pre-adeżjoni?
B'riferenza għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsijiet parlamentari numri 23726 u 25904 dwar xiri ta' karozzi, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li x-xiri taż-żewġ karozzi kien skond Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul ix-xhur tas-sajf kemm-il darba ltaqa' l-kumitat inter-ministerjali tat-turiżmu u x'temi ddiskuta u ddeċieda dwarhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27334 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha tieħu flus f'arretrati mill-income tax l-persuna li isimha qed jintbagħat sepatament? Meta se teħodhom u kemm ilhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna kkonċernata fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi — Apparat energy saving
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa fuq apparat energy saving matul Jannar u Marzu 2007 kien li turi t-tabella hawn taħt.
Jannar
Lm
Frar
Lm
Marzu
Lm
Uffiċċju tal-Prim Ministru
85
35
95
Forzi Armati ta’ Malta
12
-
-
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri li jokkupaw kariga fil-PN
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-membri kollha fis-Segretarjati Privati kemm dawk fis-Segretarjati tal-Ministri kif ukoll dawk fis-Segretarjati tas-Segretarji Parlamentari jiġu ngaġġati skond il-Guidelines Engagement of Staff for Minister’s Secretaries.
Fir-rigward ta’ uffiċjali pubbliċi, wara li dawn ma jibqgħux iservu fid-dipartimenti rispettivi u jiġu ngaġġati fis-Segretarjati Privati huma obbligati li jinnotifika lill-Kap taċ-Ċivil biss f’każ li jikkontestaw elezzjonjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn il-Public Service Commission iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma' xi deċiżjoni u cioe' ma xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mit-twaqqif ta' dan it-tribunal sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm 23 każ fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma’ xi deċiżjoni u ċioé ma’ xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji. Fi tnejn minn dawn il-każijiet il-Kummissjoni, wara li reġgħet ikkunsidrat il-każ, biddlet l-ewwel deċiżjoni tagħha u qablet mad-deċiżjoni tat-Tribunal.
Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin dwar double taxation avoidance mal-Angola billi hemm xi ħaddiema Maltin jaħdmu hemmhekk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa ma hemm ebda diskussjonijiet għaddejin dwar double taxation agreement mal-Angola.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien il-Gross Domestic Product ras għal ras mis-sena 2000 sal-lum sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gross Domestic Product ras għal ras mis-sena 2000 sal-2006 huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni ġiet pubblikata fin-News Releases 94/2007 u 96/2007 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jafx li l-bini magħruf bħala s-Slot Palace li jagħmel parti mill-bini tad-Dragona Casino, għandu ħsarat kbar, tant li anke parti mis-saqaf waqa'? X'sar biex din il-ħsara tissewwa u tkompli tikber?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jafx f'liema stat ħażin huwa l-bini tal-Casino Dragonara? X'tip ta' superviżjoni qed tingħata mill-gvern biex jara li dan il-bini ma tkomplix issirlu ħsara u min hu responsabbli minnu llum jagħmel il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa mmedjata?
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' l-applikazzjonijiet kollha li saru minn ministeri, awtoritajiet pubbliċi differenti biex jużaw il-fondi tal-Unjoni Ewropea 2007-2013? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet daħlu tard? Jista' jagħti l-ammont ta' fondi mitluba għal kull proġett? Meta kien id-deadline għad-dħul ta' l-applikazzjonijiet? X'se jsir dwar l-applikazzjonijiet li daħlu tard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox daħlu ħamsa u disgħin (95) proġett, li jinkludu l-proġetti kollha (mhux biss tal-Ministeri u ta’ l-entitajiet pubbliċi) taħt il-Prijoritajiet miftuħa taħt iż-żewġ fondi, jiġifieri l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew u l-Fond Soċjali Ewropew. Minn dawn, erbgħa (4) daħlu tard. Id-deadlines tal-proġetti qegħdin spjegati fl-avviżi għall-istampa numru 1175E u 1201 li nħarġu mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fit-30 ta’ Lulju u fis-6 t’Awwissu ta’ din is-sena rispettivament kif ukoll il-guidelines li nħarġu mas-sejħa għall-proġetti li jinsabu wkoll fuq websites tal-gvern.
Il-proġetti li ġew sottomessi issa jsidu jgħaddu minn evalwazzjoni, kontrolli ta’ eliġibiltà u mbagħad minn proċess ta’ selezzjoni u għalhekk mhux prudenti li wieħed jagħti dettalji f’dan l-istadju. Il-lista kollha li daħlu u dawk li jiġu magħżula jiġu ppublikati meta l-proċess jintemm. Dan hu mistenni li jsir (għal din is-sejħa) sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati ammonti ta' flus fl-iskema li ħareġ il-gvern għall-flus moħbija Maltin qabel id-dħul tal-euro? Huwa sodisfatt bil-livell tar-reġistrazzjoni? X'persentaġġ ta' flus ġew reġistrati?