Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12444 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li la l-Ministeru u l-anqas id-dipartiment u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi ma nefqu flus fuq il-'Y2K' minħabba li x-xogħol ta' verifika sar kollu mill-'M.I.T.T.S.' u mis-'Senior Manager (Information Technology)' ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta.
Leg 9 PQ #12975 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Karozzi Impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mad-Dipartiment tat-Turiżmu hemm tliet karozzi 'impressed': tnejn mas-Sezzjoni tal-'Beach Cleaning' u l-oħra għall-użu tad-Dipartiment. Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Membru jirriferiha lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #13409 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks Tourist Complex — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min qed issir l-evalwazzjoni tat-tenders konnessi mal-White Rocks tourist complex?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jevalwaw u jiddeċiedu dwar il-proġett tal-'White Rocks' ħtart lil dawn il-persuni: Carmel J. Portelli 'Chairman' Leslie Agius Membru Norman Spiteri Membru Austin Demajo Membru Perit Albert Borg Costanzi Membru Perit Emanuel Buttigieg Membru Paul Galea Membru George Micallef Membru Patrick Grixti Segretarju
Leg 9 PQ #12418 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda problema assoċjata mal-'Y2K' f'dan il-Ministeru u fid-dikasteru li għalih jien responsabbli.
Leg 9 PQ #13000 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Circus on Ice

Question

Jista' l-Ministru jgħid fost ix-xogħol li għandha fil-ministeru l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, hemmx dak li jġib Circus On Ice lejn Malta peress li fil-promozzjoni li għamel fl-iskejjel meta kellem lill-kapijiet biex jieħdu t-tfal jaraw iċ-ċirku, introduċa lilu nnifsu bħala li huwa "uffiċjal tal-Ministru Refalo"?

Response (REFALO, MICHAEL)

Id-dmirijiet tal-persuna ndikata mill-Onor Interpellant huma dawk kif jidhru mit-tweġibiet numru 11348 u 11993 u ma jinkludux dawk imsemmija fil-mistoqsija. Ġejt infurmat li l-persuna ndikata ilha snin fil-ħin ħieles tagħha u bil-permess tad-Direttur fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta' ġiti għat-tfal ta' l-iskejjel sew pubbliċi, kif ukoll tal-knisja u privati, meta jiġi ċirku f'Malta. Staqsejt lill-persuna konċernata x'għandha xi tgħid dwar l-allegazzjoni msemmija fil-mistoqsija u din ċaħdet li kkwalifikat ruħha b'dak il-mod u żiedet tgħid li ma kellix bżonn tagħmel kif allegat għaliex kif joħroġ ukoll mill-kopja ta' ittra li ġejt mogħti u li qed ngħaddi kopja tagħha lill-Onor Interpellant l-introduzzjoni saret direttament mid-Direttur responsabbli għal 'Student Services and International Relations'.
Leg 9 PQ #12727 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista'jgħid x'tip ta' vetturi jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda vettura b'donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu bejn il-perjodu msemmi fil-mistoqsija. Jekk l-Onor Membru taf b'xi ħadd li jixtieq iwettaq dan il-ġest ġeneruż nistedinha tlaqqagħni mal-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #12830 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Logo ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien l-artist li ħoloq il-logo ġdid ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu? L-artist ġie magħżul jew saret xi sejħa għal disinni biex jintgħażel wieħed minnhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li fis-26 ta' Frar ta' l-1998, saret sejħa mill-'NTOM', fil-gazzetti lokali għall-proposti għall-'logo' għall-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta kif ukoll għall-'brand image' ġdida għall-Gżejjer Maltin. L-'NTOM' irċeviet b'kollox dsatax (19) il-proposta, għaxra minnhom minn aġenziji lokali. F'Mejju ta' l-1998, il-Ministeru għat-Turiżmu ta' dak iż-żmien waqqaf Bord biex jeżamina l-proposti kollha. Wara l-ewwel fażi tal-proċess ta' l-għażla, disa' aġenziji ġew 'shortlisted'; sussegwentement, dawn niżlu għal tlieta, li minnhom tnejn kienu barranin u waħda lokali. Wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru 1998, tlabt lill-Bord biex ikompli bix-xogħol tiegħu. Il-Bord għażel lill-'Identity Management Consultant' Ingliża 'Luxon Carra.
Leg 9 PQ #12749 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti li għandhom il-freedom of movement u li jattendu għal xi kors fl-ITS ma jingħatawx stipendju bħal studenti oħra li jattendu f'istituzzjonijiet edukattivi bħal dawk ta' Targa Gap, il-Higher Secondary u l-Junior College?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li r-regolamenti ta' l-'I.T.S.' fuq l-għotja ta' stipendji jesiġu li student ikun intitolat għal stipendju jekk dan, jew din, ikunu ċittadini ta' Malta. Għaldaqstant, student jew studenta li jkollhom passaport barrani, iżda li jkollhom wieħed mill-ġenituri tagħhom Maltin ma jkunux intitolati għal stipendju iżda dawn jingħataw it-tagħlim bla ħlas.
Leg 9 PQ #12942 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Żejtun — Lejla Maltija/kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lejla Maltija/kulturali li kienet issir fiż-Żejtun lejliet San Girgor, hux se ssir aktar jew le? Jekk le, għaliex?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li qatt ma kien hemm l-ebda Lejla Maltija/Kulturali organizzata mill-'N.T.O.M./M.T.A.' nhar lejliet San Girgor.
Leg 9 PQ #12283 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

EU — TARIC - Taxxa fuq prodotti ta' l-ikel

Question

Peress li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea trid tiddaħħal taxxa ġdida fuq prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea (TARIC), jista' l-Ministru jgħid kif din it-taxxa ġdida se taffetwa s-snack bars, restaurants, lukandi, caterers, eċċ.?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-Onor Interpellant mhuwiex korrett fl-assunzjoni tiegħu u dan għaliex is-sistema TARIC mhijiex taxxa. Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-'Council Regulation No. 2568/87' tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffi u nomenklatura statistika dwar il-'Common Customs Tariff'. Dwar ir-rata ta' dazju applikabbli għall-importazzjoni ta' merċa minn barra l-konfini tal-'UE' hekk kif Malta tissieħeb fl-'UE' tibqa' applikabbli r-rata ta' dazju stabilita. Ma jidhirlix li dan għandu jgib xi bidla negattiva fil-prezzijiet speċjalment meta sa dak iż-żmien ikunu ġew aboliti l-'levies' kollha.
Leg 9 PQ #12308 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għat-tlett mistoqsijiet hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #12311 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000, mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull okkażjoni minn fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċeveminti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl-okkażjoni tal-Milied. Dan il-Gvern ma għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza. Jekk l-Onorevoli Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata inkun f'pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #12295 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Kartolini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?

Response (REFALO, MICHAEL)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara' l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #12210 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta dawn il-karozzi kienu? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Tweġiba dettaljata tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11993 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Projects co-ordinator

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11348, jista' l-Ministru jgħid kemm għandu salarju u allowances is-Sur Silvio Zammit fil-kariga tiegħu fis-segretarjat privat? Jista' l-Ministru jwieġeb liema huma dawk il-proġetti li fil-preżent qed jikkordina s-Sur Zammit?

Response (REFALO, MICHAEL)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija b'risposta għal P.Q. 11063. Dwar it-tieni parti ninforma lill-Onor Interpellant li l-'proġetti' li fil-preżent qed jieħu ħsieb il-persuna msemmija fil-mistoqsija huma kif ġej:- 1) Tmexxija u koordinament tal-'Customer Care Unit' tal-Ministeru; 2) Koordinament ta' attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-media; 3) Relazzjonijiet ma' Kunsilli Lokali rigward tiżjin, dawl fit-toroq u sehem il-Ministeru fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Leg 9 PQ #11190 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li f'Diċembru 1998 tħallas kont ta' Lm1,312.34 dwar kolliżjoni li kienet seħħet qabel il-5 ta' Settembru 1998 bil-vettura 'AAR 278' li hija l-'ispare car' tal-Ministru. Ninsab infurmat ukoll li mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn, l-karozza 'AAJ 084' kienet involuta f'kolliżjoni waħda. L-ispiża biex issewwiet il-karozza kienet ta' Lm25 li tħallset bħala 'excess' fuq l-'insurance' li tkopri l-vettura. L-uffiċjal li kien responsabbli mill-vettura u li kien ukoll qed isuq l-vettura fil-ħin tal-kolliżjoni kien wieħed mix-xufiera tal-Ministru.
Leg 9 PQ #11627 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Impjegati

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 10941, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-ħidma u x'kienu l-oġġettivi ta' l-uffiċċju ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu, qabel ta' l-NTOM, ġewwa Franza barra minn Malta fis-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 11626 f'Seduta 190.
Leg 9 PQ #11628 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Impjegati

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 10941, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-ħidma u x'kienu l-oġġettivi ta' l-uffiċċju ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu, qabel ta' l-NTOM, ġewwa l-Ġermanja barra minn Malta fis-snin 1996, 1997 u 1998? Jistgħu jiġu indikati wkoll l-karigi u l-funzjonijiet tal-ħames impjegati li hemm?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 11626 f'Seduta 190.
Leg 9 PQ #11665 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Impjegati

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 10941, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li fis-sena li ġejja jiżdiedu l-uffiċċji ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu barra minn Malta f'pajjiżi oħra, u jekk iva, f'liema?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta għadha ma ħadet ebda deċiżjoni f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #11626 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Impjegati

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 10941, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-ħidma ta' l-Uffiċċju ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu, qabel ta' l-NTOM, ġewwa l-Awstria barra minn Malta fis-snin 1997 u 1998?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li f'dawn l-aħħar snin, l-'N.T.O.M.' dejjem ħejjiet 'Marketing Plan' ġol-Ġermanja, l-Awstrija u Franza, fost swieq oħra. L-għan ta' dawn l-uffiċini huwa li jħaddmu l-'Marketing Plan', li tikkonsisti f' - kampanja ta' riklamar; - relazzjonijiet pubbliċi; - attendenza ta' fieri; - għajnuna promozzjonali lit-'tour operators' li jaħdmu ma' Malta; u - programmi ta' promozzjoni tas-suq tal-konferenzi, inċentivi u 'special interest travel'. Dawn l-uffiċini kellhom u għad għandhom l-għan ukoll li jagħtu tagħrif dwar Malta, kemm lill-konsumaturi kif ukoll lill-operaturi fis-settur. Dan kollu jsir sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-'M.T.A.' rigward diversifikazzjoni, kwalita' u volum li jkunu mfassla kull sena bil-quddiem. Dwar il-karigi u l-funzjonijiet tal-ħames impjegati ġewwa l-uffiċċju ta' Frankfurt, tajjeb li jingħad li dan l-uffiċċju hu responsabbli għax-xogħol kollu li jsir ġol-Ġermanja, l-Isvizzera, l-Awstrija, l-Polonja, l-Ungerija, r-Repubblika Ċeka, r-Repubblika Slovakka u s-Slovenja. Id-Direttur Malti hu responsabbli għal kull ma jsir. Għandu l-għajnuna ta' żewġ 'Marketing Assistants', 'Administrative Assistant' u persuna li tieħu ħsieb l-impustar ta' tagħrif lill-konsumaturi u aġenti ta' l-ivvjaġġar li fil-Ġermanja jikkonsisti f'volum konsiderevoli.