Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ikliet/hospitality

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-sena 2006 in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-Ministeru, Dipartimenti, Dekasteri u enti kollha kienet ta' Lm8,972.70 maqsuma hekk: Sundry Directorates Lm3,995.73 Ministry Secretariat Lm2,610.47 Parliamentary Secretariat Lm445.80 Elderly & CC Lm170.70 MCH Lm30 Zammit Clapp Hospital Lm1,700 Medicines Authority Lm20

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Xiri ta' stationery

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-stationaries tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi sedua oħra.

SVPR — Sala "Loreto"

Question

Jista' l-Ministru jara għalfejn ċertu kmamar fis-sala "Loreto" fl-SVPR għadhom mingħajr sinkijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Sala Loreto hemm sink wieħed nieqes u dan huwa nieqes għaliex dak li kien hemm tkisser. Dan is-sink dam biex jiġi mibdul minħabba li huwa sink li jitqiegħed ġo Vanity Unit u kellu jinstab wieħed li jiffitja fil-Vanity Unit partikulari.

Servizzi tas-saħħa

Question

Bl-ispiża tas-saħħa dejjem tikber, jikkonsidra l-Ministru li wara li pazjent jattendi għall-kura l-isptar jibda jingħata tagħrif dwar kemm tiswa l-kura jew eżamijiet mediċi li jkun irċieva mhux biex iħallas l-ammont iżda biex inqajmu aktar għarfien li s-servizzi tas-saħħa jiswew ħafna flus u mhux ta' min jabbuża minnhom? Jikkonsidrax ukoll li kull item jew prodott fl-isptar jew fil-kliniċi jkun immarkat bil-prezz biex anke l-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa jkunu aktar konxji kemm jiswew dawk il-prodotti/items?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor. Interpellant ninfurmah li s-suġġeriment tiegħu ser jiġi studjat.

Persuni dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-każ ta' persuni li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete u li jkollhom jużaw l-insulina, ma jingħatawx siringi biżżejjed, partikolarment għal dawk il-persuni li jkollhom jittaqbu aktar minn darba kuljum? Għaliex bħala medja qed jingħataw 12-il siringa fix-xahar biss, meta dawn jinħtieġu ħafna aktar? Għaliex dawn l-istess persuni ma jingħatawx l-isticks li permezz tagħhom jittestjaw id-demm? Jaf l-Ministru li hemm għadd kbir minn dawn il-persuni b'din il-kundizzjoni li sfortunatament m'għandhomx il-mezzi finanzjarji biex ilaħħqu ma' dawn it-tip ta' spejjeż essenzjali? X'beħsiebu jagħmel il-gvern biex lil dawn il-persuni dijabetiċi jkunu mgħejjuna ħalli ma jkomplux jitgħabbew b'piżijiet li ma jifilħux għalihom u li sfortunatament f'ħafna minn dawn il-każijiet, lanqas ma jkunu jistgħu jlaħħqu maż-żamma ta' dieta tajba kif titlob din il-kondizzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Il-policy dwar l-għoti ta' siringi lid-dijabetici li jużaw l-insulina hija skond gwidi internazzjonali . Għaldaqstant ġiet stabbilita policy li jingħataw 10 siringi fix-xahar. 2. L-isticks għal kontroll taz-zokkor fid-demm mhumiex mediċini. Skond ma jippermettu r-riżorsi tal-pajjiż qed jibbenifikaw mill-konċessjoni ta' sticks b'xejn għall-ittestjar tad-demm dawk id-dijabetiċi li għandhom 35 sena jew inqas u nisa li huma dijabetiċi matul it-tqala, irrispettivament mill-eta'. 3. Id-dijabetiċi qed jiġu mgħejjuna b'meżżi oħra jiġifieri: i. Permezz ta' għoti tal-karta r-roża lid-dijabetiċi kollha irrispettivament mill-meżżi finanzjarji tagħhom, li tintitolhom, għal mediċini b'xejn skond il-lista approvata, liema lista tkopri wkoll kura għal mard ieħor mhux biss dijabete. ii. Assistenza soċjali fi flus sabiex ilaħħqu ma' l-ispejjez tad-dieta speċjali li jkollhom bżonn id-dijabetiċi, wara li jissodisfaw il-means test skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' xtieli/pjanti

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-dipartiment ma jinżamx rekord separat ta' xi nefqiet fuq kiri ta' xtieli / pjanti.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' għamara/pittura

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma saret l-ebda nefqa ta' din ix-xorta.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' proprjeta'

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa globali għall-kiri ta' propjeta' matul is-sena 2006 kient ta' Lm461,990.

Kontijiet tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23260 u jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-2005 tħallsu Lm4,402 f'kontijiet tat-telephone ta' residenti ta' uffiċjali governattivi u fl-2006 tħallsu Lm3,981. Ma narax li hija prudenza li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.

Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħarġu pilloli Procoralan 5mg lill-anzjani peress li dawn il-pilloli jqumu Lm28 kull kaxxa? X'inhi l-proċedura biex dawn jidħlu fis-Schedule V?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ivabradine (Procoralan) hija mediċina li tintuża għall-anġina. Din hija kundizzjoni li taqa' taħt Schedule V u li għaliha l-gvern diġa qed jipprovdi diversi mediċini b'xejn inkluż verapamil, diltiazem u nicorandil fost l-oħrajn. Konsulent li jaħdem fis-Servizzi tas-Saħħa jew aġent tal-mediċini, jista' japplika biex ivabradine tidħol fil-lista tal-mediċini li jingħataw b'xejn. Din l-applikazzjoni tiġi evalwata u jekk tinsab valida tkun approvata biex b'hekk ivabradine tingħata b'xejn.

Residenti fid-djar tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjan/a li jkunu residenti f'xi dar tal-Gvern, u jiddeċiedu li jbiegħu d-dar residenzjali tagħhom, il-gvern jeħux xi persentaġġ ta' l-assi likwidi li jkunu ġew għand l-anzjan/a permezz tat-trasferiment tar-residenza, bħal fil-każ ta' per eżempju, is-60% mill-imgħax fuq depożiti u/jew investimenti oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mtarfa — Spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk l-Imtarfa hemmx lok u bżonn ta' żewġ spiżeriji, ġaladarba hemm waħda biss? Hemm il-ħsieb li jkun hemm permess għat-tieni spiżerija? Jekk fl-affermattiv, dan ikun ta' l-istess sid ta' l-ewwel spiżerija? Jekk le, toħroġ xi tender, jew skond kif inħarġu l-ewwel darba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-liċenzji għall-ispiżeriji ġodda huma temporanjament miżmuma skond il-ftehim li kien intlaħaq bejn il-Gvern, il-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispiżjara fl-1998. L-applikazzjonijiet pendenti għall-ispiżeriji ġodda jiġu pproċessati mill-kumitat konġunt mill-Ministeru tas-Saħħa, l-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispiżjara. L-applikazzjonijiet jiġu evalwati skont id-data tal-applikazzjoni irrispettivament minn min hu l-applikant.

Rabat — Rodents fi Triq San Martin

Question

Jista' l-Ministru jitlob lid-dipartiment jinvestiga l-istat li fiha tinsab l-area fi sqaq 1, Triq San Martin, Rabat Malta u dan għaliex qed ikun hemm rapporti ta' rodents f'dan il-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li waqt spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rriżultax li hemm infestazzjoni ta' ġrieden u l-anqas akkumulu ta' żibel fi Triq San Martin, Sqaq Numru 1, Rabat. It-Taqsima Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rċiviet l-ebda lment dwar dawn l-akkwati matul ix-xahar ta' Jannar 2007, sal-ġurnata ta' llum. Ma dan kollu, l-ħaddiema tal-Pest Control għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fl-14 ta' Frar 2007. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.

Spiżeriji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu spiżeriji mis-sena 2000 sal-lum u f'liema lokalita' kienu? Xi proċedura intużat sabiex ingħata permess lil dawn l-ispiżeriji ġodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Spiżeriji li ngħataw liċenzji Lokalita' Data tal-Liċenzji St. Joseph Qala 17/11/2000 Baħrija Rabat 15/4/2002 San Giorgio Pembroke 8/15/2003 San Ġwakkin Marsascala 20/10/2003 Medicine Chest Għargħur 23/6/2004 Oxybar (permess għad-dispensa tal-ossiġnu biss) Kirkop 22/12/2005 Vella Pharmacy Nadur 26/6/2006 Sokkors Pharmacy Kerċem 3/10/2006 Il-proċedura li tintuża għall-għoti ta' permessi ġodda tinvolvi li l-applikazzjoni tiġi evalwata mill-kumitat konġunt kompost mill-Ministeru tas-Saħħa, il-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispiżjara fuq rakkomandazzjoni u qbil minn dan il-kumitat, il-liċenzja ġdida tkun tista' tingħata.

St Vincent de Paule

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji addottati biex anzjani applikati għad-dħul fid-dar residenzjali għall-anzjani, St Vincent de Paule, jiġu admitted? Jista' jagħti l-lista ta' l-anzjani li ddaħħlu f'St Vincent de Paule mis-sena 2003, sena b'sena sas-sena 2006, kategorizzati nisa u rġiel, eta' u l-lokalita' ta' l-oriġini tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23918 għadha qed tinġabar u titpoġġa fuq il-Meja tal-Kamra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22850 u jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa globali fis-sena 2006 għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, entitajiet jiġifieri Mount Carmel Hospital, Ministeru, Public Health, Primary Health Care, Medicines Authority kienet ta' Lm30,207.73c. Barra minn hekk, saru wkoll kirjiet f'isem l-Awtorita' dwar il-Mediċini li jammontaw għal Lm3,057.89c. Dawn ta' l-aħħar qed jiġu investigati.

Carers — Night duty disturbance allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema carers fi djar ta' l-anzjani tas-sorijiet humiex intitolati għal night duty distrubance allowance skond il-liġi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' carers fi djar tal-anzjani tas-sorijiet ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi.