Jista' il-Ministru ġentilment jinvestiga u jinformana jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament hijiex reġistrata bħala tabib u għandhiex il-warrant meħtieġ biex taħdem ta' tabib billi din qed tmur. bħala tabib. fid-djar ta' impjegsti ta' kumpannija partikolari li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu wkoll separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mir-Reġistru Mediku għas-sena 2002, jirriżulta li l-persuna huwa tabib bin-numru tar-reġistrazzjoni 793 u ilu rreġistrat bħala tabib mill-25 ta` Frar, 1974.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'użu se jkollha ċ-ċumnija li għadha kif inbniet fl-isptar Mater Dei? Jista' jiżgura lill-Kamra u lill-pubbliku li din mhix ċumnija ta' inċeneratur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-imsemmija ċumnija hija struttura neċessarja f'dak li huwa magħruf bħala Utility Building (Block F) li jinkorpora fih installazzjonijiet mekkaniċi bħal boilers u generators.
It-tul taċ-ċumnija (li huwa ta` 42 metru), kif ukoll il-kulur kienu t-tnejn approvati mill-MEPA fit-30 t'Awwissu 2000.
Sptar Mater Dei se jkollu sistemi moderni ta` kif jiddisponi mill-iskart li jeskludu l-użu ta` inċineratur.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-ħsara li kien hemm fl-MRI? Meta hemm il-ħsieb li titranġa? U x'passi ttieħdu biex il-pazjenti jibqgħu jinqdew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-MRI unit waqfet taħdem kif avżat fis-27 ta` Settembru 2002 minħabba ħsara fis-sistema magnetica ta` din il-unit.
Qegħda issir ħidma esstenzjali ta` tiswija tas-sistema.
Fejn meħtieġ hemm arranġamenti speċjali biex pazjenti jista` jsirilhom MRI f'post ieħor f'Malta. Tul il-ġimgħat li ġejjin ser isiru extra sessions ta` MRI anke fil-Ħdud hekk kif l-MRI fid-dipartiment tar-Radjoloġija terġa` taħdem sewwa.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal is-set-up għall-eye bank? Jista' il-pubbliku jsir aktar konxju tal-possibilta' ta' donazzjonijiet billi d-dipartiment jagħmel kampanja pubblika fuq hekk?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li għadhom għaddejjin il-konsultazzjonijiet interni dwar il-proposta. Id-donor card tad-Diviżjoni tas-Saħħa tkopri wkoll donazzjonijiet ta` l-għajnejn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta kif ġej:-
a) Fil-Ministeru tas-Saħħa m'hemmx Segretarju Parlamentari.
b) Tnejn.
ċ) Petrol.
d) Diversi pompi.
e) Jittieħdu d-dar.
Dwar il-kumplament tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmilha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jagħti rapport dettaljat dwar x'kien ix-xogħol ta' refurbishment li sar fl-isptar Monte Carmeli f'dawn l-aħħar tliet snin? Kemm intefqu flus f'dan ir-refurbishment? X'hemm ippjanat li jsir fil-futur bħal benefiċċju għall-pazjenti u għall-atmosfera ġenerali tal-lok?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kif wara sentejn għadu ma ttieħed ebda passi biex tiġi solvuta problema li qed ikollhom il-familja li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, ta' drenaġġ li qed jinfed għar-residenza tagħhom mit-triq La Vallette Birgu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nissuġerixxi li tali mistoqsija tiġi referuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li peress li jirriżulta li hemm il-ġrieden fi Triq Zimelli Ħamrun fl-isqaq, jistgħu jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control', għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fil-lokalita' indikata fl-10 ta' Ottubru 2002.
L-aħħar ilment fuq l-istess lokalita' ndikata mill-Onor. Interpellant daħal għand it-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fis-16 ta' Lulju 2002 fejn kien sar trattament intensiv mis-Sezzjoni tal-'Pest Control'.
Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf il-bejt ta' garaxxijiet li hemm fi Triq San Tumas kantuniera ma' Triq Zimelli, Ħamrun, minħabba l-periklu li jista' jkun hemm għas-saħħa pubblika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika spezzjonaw il-bejt tal-garaxxijiet indikati. Sid il-garaxxijiet ġie nfurmat biex inaddaf il-bejt indikat mill-aktar fis possibbli.
Jittieħdu passi Legali jekk dan ma jiġix esegwit fi żmien raġonevoli.
Il-Ministru tas-saħħa kemm-il darba semma li qed isiru sessjonijiet ta' investigazzjonijiet u operazzjonijiet nhar ta' Ħadd u festi pubbliċi bil-għan li jitnaqqsu l-waiting lists, jista' il-Ministru jispeċifika f'liema taqsimiet qed isiru dawn l-investigazzjonijiet u operazzjonijiet u f'kull każ kemm qed isiru? Jista' jgħid kif tnaqqsu l-waiting lists f'dixxiplini diversi mqabbla ma' l-1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu mill-orthotics & prosthetics qed idumu ma' jsir bdil ta' l-istess orthotics & prosthetics (speċjalment fuq it-tfal) u qed issir dewmien fil-proċess biex issir it-tibdil u l-aġġustament tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35587?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-ewwel ta' Jannar 2001 sat-tletin ta' Settembru 2002 ġew rikoverati fl-Isptar San Luqa 2328 pazjent barrani. Minn dawn 1674 ma kienux koperti bi ftehim reċiproku. Mhux minnu li ma jintbagħtux kontijiet lill-"insurances" ta' persuni barranin li ħadu "treatment" fl-Isptar San Lujqa. Meta jkun indikat li pazjent huwa "covered by insurance", il-kont jintbagħat lill-kumpanija ta' l-insurance u anke jinbagħtu "reminders" meta l-kont ma jitħallasx mill-ewwel.
Rigward l-allegazzjoni li kontijiet dovuti (pendenti) ilaħħqu miljuni ta' liri, qiegħed nindika l-figuri veri hawn taħt:-
2000 - Ma tħallsux Lm128,343
2001 - Ma tħallsux Lm114,120
__________
Lm 242,463
__________
Minn dawn, l-akbar ammont huwa dovut minn persuni ta' Nazzjonalita' Libjana (Lm104,042), li ma jkunux inxurjati.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li fl-24 ta' Settembru 2002, iddaħħal pazjent bil-marda ta' l-iscables ġewwa Mount Carmel hospital u llum jinsab f'ward F2? Jikkonferma li dan kien jagħmel xogħol ġewwa Mount Carmel Hospital? F'liema sezzjoni kien jagħmel xogħol? Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha fuqu din il-marda? Kemm kien ilu jaħdem f'din is-sezzjoni? X'inhi din il-marda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-isptar Monte Carmeli huwa sptar psikjatriku u ma jiddaħħlux pazjenti li jkollhom l-iscabies.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 34624, jista' il-Ministru jgħid liema miżuri kkontribwew għall-qabża sostanzjali fl-ispiża bejn l-2000-2001 u x'passi jistgħu jittieħdu biex din titnaqqas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-fatturi li kkontribwew għall-qabża fl-ispiża tal-constant watches bejn l-2000 u l-2001 huma dawn:
a. F'Jannar 2001 kien hemm żieda qawwija fis-salarji b'riżultat ta' 'Civil Service Agreement'.
b. Sistema ġdida ta' allokazzjoni ta' overtime ġiet introdotta fl-isptar Monte Carmeli, b'riżultat li kien hemm iżjed sigħat allokati lil Constant Supervision u anqas lin-nursing duties normali.
c. Fattur ieħor għaż-żieda fl-ispiża hi li l-isptar kellu jagħti aktar overtime lil l-istaff minħabba li kompla jiżdied in-nuqqas ta' staff.
Passi biex jitnaqqas l-infieq:
1. Ġie maħruġ Protocol dwar kemm għandu jdum il-Constant Supervision u dwar min jista' jawtorizzah.
2. Qiegħed isir kull sforz biex jiġu mpjegati aktar nurses.
3. Qiegħed isir kull sforz biex jiġu utilizzati aħjar ir-riżorsi umani ta' l-isptar.
Sptar San Luqa — Outpatients Department (Surgical)
Question
Jista' il-Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għala l-pazjenti li qegħdin jattendu l-outpatients department (surgical) sabiex jagħmlulhom il-vista neċessarja wara li jkunu għamlu mammogram, it-tobba li jkun hemm mhumiex qegħdin jagħmlulhom il-vista kif suppost? Dettalji qed jintbagħtu separatament.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mammogram normalment isir wara eżami fiżiku tas-sider. Wara li jsir Mammogram, il-proċedura hi li jinqara r-riżultat u l-pazjent jingħata l-parir meħtieġ. Ma nistax nifhem x'tip ta' vista qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 34624, jista' il-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifri tan-nefqa bejn constant watches u overtime ieħor ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, sena b'sena f'dawn l-aħħar tmien snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.