Jista' l-Ministru jgħid kemm ħalsu Vat l-iskejjel fuq xogħol kapitali jew fuq xiri ta' materjal din is-sena?
Kemm ħalset kull skola?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2001, it-tax status ta’ persuni reġistrati li jipprovdu servizz ta’ edukazzjoni taħt l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud sar eżenti mingħajr kreditu. F’dan ir-rigward dawn il-persuni reġistrati ma baqgħux obbligati li jibgħatu d-denunzja tat-taxxa kemm-il darba ma jkunux qed jagħmlu attivita’ ekonomika oħra taxxabbli jew eżenti bi kreditu. Għaldaqstant id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħaddi suġġeriment lil Bank Ċentrali sabiex it-twieqi li hemm kulur d-deheb tal-aluminju jiġu mibdula f'materjal li jixraq l-ambjent u l-post?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment tiegħu qed jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex c-central bank għamel sejħa għall-impjegati ġodda li biex ikunu eliġibbli ridt ikollhom l-A Levels u mhux is-C.I.B. f'April 2001?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalifiki mitluba mill-Bank Ċentrali ta Malta għal reklutaġġ ta’ skrivani f’April 2001 kienu:
- Sitt passes fil GCE jew matrikola jew SEC fIl-livell ordinarju, li jinkludu l-matematika, u l-lingwi tal-Malti u Ingliż, U
- żewġ passes (ta’ l-anqas fi grad C jew aħjar) fil-GCE jew Matrikola fil-livell avanzat f’dawn is-suġġetti: Accounts, Economics, Statistics, Matematika, Informatika.
Il-Bank ħass li ċerti skills gaps setgħu jiġu ndirizzati billi jitlob dawn il-kwalifiki. Impjegati fil-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom il-fakulta li jsegwu kors fil-għaxija fil-Banking u għaldaqstant fiż-żmien li sar ir-reklutaġġ il-Bank ma kellux bżonn impjegati bil-kwalifika fil-Banking.
Ir-rekwiżiti għar-reklutaġġ jiġu ddeterminati mill-Bank skond il-bżonnijiet minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda numru 11600 jgħid kemm flus intefqu fuq l-Borża ta' Malta u kemm dam isir ix-xogħol kollu mill-bidu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-bini l-ġdid tal-Borża dam minn Ġunju 1999 sa Settembru 2001. Dan il-proġett sewa Lm1.6 miljun, VAT inkluż, li tħallsu mill-fondi tal-Borża stess - parti mit-tifdil li kienet għamlet u parti minn loan li ħadet biex tkompli l-proġett. Il-Borża tippubblika l-istatements finanzjarji tagħha mar-Rapport Annwali tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema rata ta' ħlas qed jipproponi l-Ministeru li jitħallsu l-għalliema li jagħtu continuation u evening classes? Kif ġiet stabbilita din ir-rata?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li, bħalissa, r-rata ta' ħlas awtorizzata in konnessjoni ma għoti ta' continuation u evening classes hija ta' Lm5 siegħa. Din ir-rata ġiet iffissata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi qbil mal-Ministeru tal-Finanzi wara li ngħatat konsiderazzjoni lir-reviżjoni fis-salarji tal-għalliema li seħħet f'Jannar 2001.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien id-dħul mid-dazju fuq l-alkohol għas-snin 1997,1998,1999, 2000 u bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dazji ta' mportazzjoni u tas-sisa li nġabru fuq alkohol u prodotti ta' alkohol (HS No. 2208) kienu kif jidher hawn taħt:
Dazju ta' Mportazzjoni Dazju ta' Sisa
Lm Lm
1997 13,289 4,151,837
1998 20,551 4,471,467
1999 21,876 4,026,676
2000 23,610 3,264,224
2001 --------- 1,776,925
Fid-dekasteru tieghi, kien hemm xi caqliq f’tariffi fid-Dwana u l-Bor¿a ta’ Malta:
BOR¯A TA’ MALTA
1. Accredited Representative Admission Fee:
Minn Lm 200 ghal Lm 250 (i¿-¿ieda tkopri 8 sieghat tahrig)
2. Stockbroking Firm Fees:
Mal-liberizazzjoni tal-‘commission fees’, din issa qed tithallas bir-rata fissa ta’ 0.03% fuq it-‘turnover’ ta’ kull ditta; qabel kienet tigi kkalkulata fuq il-Gross Turnover ta’ kull ditta. S’issa irri¿ulta li kien hemm tnaqqis fil-gbir minn dawn il-mi¿ati
3. Central Securities Fees:
Initial Registration Fees:
Minn Lm 2.50 per ‘holder’ ghal Lm 2.25 per ‘holder’ sa 1000 ‘holder’
Maintenance of Registers:
Minn Lm 2 ghal Lm 1 ghall-amendi li jirri¿ultaw mill-bought/sold ‘movement’
Donations:
Minn Lm 2 ghal Lm 3 kull ‘movement’
Transaction Charge:
Minn Lm 1 ghal Lm 2 per contract note
4. Remote Trading Fees (servizz gdid li ddahhal f’Settembru 2001):
· Initial Fees:
Connection fee Lm 110
Installation Lm 50
Gallery Lm 50
· Annual Fees:
Licence fee Lm 1,000
Connection fee Lm 150
Use of firewall Lm 170
Gallery connection fee Lm 50
DWANA
· Permezz ta’ l-Avviz Legali 236/2001 l-‘additional charge’ fuq xoghol maghmul fuq talba ta’ l-agent jew nogozjant bejn it-tmienja ta’ bil-lejl u t-tmienja ta’ filghodu ta’ l-ghada minn Lm 2 issir Lm3
· Fil-ka¿ tat-‘Travelling Expenses’ ir-rata telghet minn “9c3 kull kilometru” ghal “10c2 kull kilometru” waqt li l-‘additional charge’ ghat-trasport meta x-xoghol isir kollu barra l-hin normali tax-xoghol telghet minn ‘Lm1’ ghal ‘Lm1.50’ u minn ‘50c’ ghal ‘75c’ jekk ix-xoghol jibda’ jew jispicca fil-hin normali tax-xoghol.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li għandna jidher li ma kien hemm l-ebda kontijiet f'banek maltin li kienu ffriżati għax suspettużi wara l-attakk terroristiku fuq l-Istati Uniti fil-11 ta' Settembru 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-excise duty fuq ir-retail price tas-sigaretti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif jidher fit-Tielet Skeda li hemm ma' l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa fejn jirrigwarda l-partita Sigaretti r-rata ta' dazju tas-sisa hija ta' 53.1% tar-retail price magħdud magħha l-ammont ta' 4c5, fuq kull pakkett ta' għoxrin sigarett jew parti minnu.
Fl-istess waqt iżda hemm taxxa minima ta' 52c3 fuq kull pakkett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment?
Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-parti l-kbira tal-postijiet fid-Dipartimenti li jaqgħu fil-Ministeru tal-Finanzi huma fil-General Service u vakanzi f'dawn il-gradi jimtlew skond il-ħtieġa mill-Management and Personnel Office.
Għar-rigward ta' gradi dipartimentali, fid-Dwana hemm żewġ talbiet li diġa ġew approvati mill-Management and Personnel Office u l-Public Service Commission: waħda għall-post ta' Dog Instructor u l-oħra biex jimtela post vakanti ta' Senior Inspector. Dan l-aħħar saret ukoll talba mill-U.H.M. biex inħatru 3 Senior Inspectors minflok wieħed peress li hemm 2 Senior Inspectors li qed jagħmlu xogħol ieħor barra d-Dipartiment.
Fit-Tax Compliance Unit hemm talba għal 5 impjegati fuq kuntratt definit ta' tlett snin. Dawn huma Direttur Professjonali, Ekonomista, Information Resource Officer, System Administration (Data Warehouse) u Avukat.
Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għamel talba għall-impjieg ta' 24 Revenue Officers li se jkunu reklutati miċ-Ċivil.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li fost xi nies tqajjmu dubji dwar kemm huma validi tax assessments li jmorru lura għas-snin 70, jista' l-Ministru jiċċara l-pożizzjoni ta' dawk it-tax payers li ntbagħtilhom return ta' tant snin ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk qed jirreferi għal assessments li ħarġu fuq taxpayers li jkunu naqsu milli jibagħtu l-formola tat-taxxa, l-Kummissarju ma hu marbut bl-ebda terminu tal-liġi biex joħroġ assessment. Għalhekk f'dan il-każ ma hemm l-ebda dubju dwar il-validita' ta' l-assessments.
Jekk l-onorevoli interpellant qed jirreferi għal assessments li ħarġu wara li t-taxpayers ikun ingħatalhom iċ-ċans jilħqu ftehim mad-dipartiment fuq xi oġġezzjoni tagħhom, dawn l-assessments ħarġu bil-poteri li l-liġi tagħti lill-Kummissarju. F'dan il-każ ukoll ma hemm l-ebda dubju li l-assessments huma validi. Bħal f'kull każ, ieħor wieħed jista' jagħmel oġġezzjoni kontra dawn l-assessments skond il-liġi.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 29159, jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Stock Exchange għal kiri tal-mobile toilets fil-Barrakka ta' fuq?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Borża ħalset is-somma ta' Lm41.40 bħala kiri ta' Mobile Toilets għal matul l-Official Opening tal-premises il-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid billi dan l-aħħar ġie irrapurtat li qal li t-twamp system tal-Borża ta' Malta tinsab taħt skrutinju, dan ifisser li s-sistema tista tiġi riveduta jekk tinstab alternattiva aħjar minnha?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta bdiet topera il-Borża, il-prezz ta' l-ishma kkwotat bħala l-iktar indikattiv tas-suq kien ikun il-closing price. Matul iż-żmien, dan il-prezz tbiddel l-ewwel fit-TWAMP, biex dejjem jibqa jirrefletti dan li jkun qiegħed jiġri fis-suq. Għalhekk, bħalissa, kif ġara fil-passat, it-TWAMP qiegħed jiġi rrevedut u dan jista jitbiddel jekk tinstab alternattiva li aktar tirrefletti dan li jkun qiegħed isir fis-suq.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi flus fil-banek maltin li ġew iffriżati bħala accounts suspettużi wara l-attakk terroristiku fuq l-Istati Uniti fil-11 ta' Settembru, 2001?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.