Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond fil-Birgu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat jew le? Jekk għadu rekwiżizzjonat, hemm xi inkwilini li jabitaw fih? Jekk m'għadux, meta ħarġet id-derequisition?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant għadu rekwiżizzjonat u hu abitat.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, titħaffilha l-proċedura biex tibbenefika mill-iskema ta' sussidju fuq il-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda fl-istadju li jsiru l-verifiki u r-riċerki dwar l-assi tal-persuna konċernata.
Jekk minn dan il-proċess jirriżulta’ li din il-persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Iskema, l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista’ tiffinalizza ma’ l-applikant il-ftehim għas-sussidju.
Tista' l-Ministru tgħid meta hi mistennija li ssir l-ispezzjoni f'fond f'Haz-Zabbar li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tkun infurmata meta tiġi stabbilita d-data għall-ispezzjoni li għamel referenza għaliha fil-Mistoqsija.
Tista' l-Ministru tara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa fl-appartament ta' l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li f'ħajt minnhom għandha ħafna umdita' b'dannu għal saħħitha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun tista' tpartat l-appartament tagħha ma' appartament pubbliku ieħor fl-Imsida?
Tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni għaliex blokk ġdid ta' appartamenti fi Triq l-Argotti, Floriana ġie dikjarat li hu fi stat strutturali perikoluż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma jirriżultalix li saret xi dikjarazzjoni li l-blokk indikat mill-Onor. Interpellant hu fi stat perikoluż. Iżda ninsab infurmata li qed isiru investigazzjonijiet dwar xi materjal li ntuża.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Single parent
Question
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tas-single parent minn Bormla, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interepellant, li saret fit-12 ta' Marzu 2007, qed tiġi proċessata.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet il-persuna Bormliża, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għall-inizjattiva Care and Repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-perit ta’ l-Awtorita’ tad-Djar approva l-istima tax-xogħlijiet dwar l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li permezz ta’ ittra datata 27 ta’ Marzu 2007, l-Awtorita’ infurmat lis-social worker tal-persuna konċernata b’dan kif ukoll li x-xogħol setgħa jinbeda.
Tista' l-Ministru tara meta se jsir it-tibjid fil-parti komuni tal-binja Blokk 3, Bieb A, Flat 4, Triq San Ġwann t'Għuxa, Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa skond il-prioritajiet tax-xogħol li għandu d-Dipartiment.
Tista' l-Ministru tagħti xi forma ta' sussidju fuq ir-running costs tal-lift lil dawk il-familji li joqogħdu fil-flats tal-Gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern ikopri l-ispejjeż kapitali kollha għall-istallar ta’ lifts fi blokki tal-Gvern fejn l-appartamenti jkunu mikrija. Dawn l-ispejjeż jammontaw għal eluf ta’ liri.
Il-medja tar-running costs tal-lift għal kull appartament tammonta għal madwar Lm5 fix-xahar. S'issa m'hemmx il-ħsieb li l-Awtorita tad-Djar tissussidja dawn l-ispejjez.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux l-ħsieb li titneħħa d-diskriminazzjoni fil-pensjoni għal dawk ex-ħaddiema tas-Servizzi Ingliżi li minkejja l-wegħdi li saru magħhom, għadhom isofru minn tnaqqis fil-pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali ma teżisti ebda diskriminazzjoni kontra l-kategorija ta’ pensjonanti ndikati mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali meta persuna tkun qed tirċievi wkoll pensjoni għas-servizz li jkun ingħata lil xi prinċipal.
Ninsab infurmata li dan ġie konfermat reċentement minn sentenza tal-Qorti ta’ l-Appell.
Jista' jiġi verifikat jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament huwiex intitolat għal xi benefiċċji soċjali li ħadem għalihom f'Malta qabel emigra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel erba' xhur tas-sena x'kien in-nurmu ta' nies li talbu l-għajnuna minħabba t-teħid tad-droga mid-Detox? Tista' tagħti l-figuri bejn Jannar u April xahar b'xahar imqassma f'irġiel u nisa? Kemm minn dawn talbu l-għajnuna l-ewwel darba? Kemm kien l-iżgħar u kemm l-akbar klijent?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min-numru totali ta' dawk li marru jfittxu l-għajnuna mid-Detox kemm kienu barranin u kemm kienu nisa u rġiel? Ta' liema nazzjonalita' kienu? Tista' tgħid kemm kien l-iżgħar u kemm l-akbar wieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma, anke b'mod kunfidenzjali, ir-residenzi fil-Belt Valletta li qed jiġu kkuntattjati mill-Awtorita' tad-Djar, biex l-inkwilini ta' dawn il-postijiet jitilqu mill-fond tagħhom? X'inhu l-ħsieb għal dan il-kuntatt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li r-residenti li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant huma dawk ta’ appartament numru 11/9 Triq Melita u ta’ 3 appartamenti fi Blokk 3 Triq il-Karmelitani.
Ninsab infurmata wkoll li, peress li dawn il-proprjetajiet għandhom difetti strutturali, l-Awtorita’ infurmat lir-residenti li kienet qed toffrilhom ifittxu post alternattiv u l-kera, sa massimu stabbilit, titħallas mill-Awtorita’ sakemm jingħataw residenza alternattiva mid-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura biex persuni anzjani mill-Birgu, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ikunu jistgħu jinstallaw liftfil-fond tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar tikkunsidra applikazzjonijiet għal stallar ta’ lift fi blokk mikri mill-Gvern jekk fil-blokk ikun hemm tgħix persuna b’diżabilita’ ta’ mobilita’.
Jekk fil-familja ndikata mill-Onor. Interpellant hemm persuna li tissodisfa din il-kundizzjoni, għandha tagħmel applikazzjoni ma’ l-Awtorita’ taħt l-iskema dwar Stallazzjoni ta’ Lifts fi Blokki/Entraturi Residenzjali li huma Proprjeta’ tal-Gvern.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna mill-Isla, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applika biex jixtri l-fond tiegħu li sa ftit taż-żmien ilu kien milqut bil-liġi possession and use?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda fil-proċess li jiġi stabbilit il-valur tal-fond.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna minn San Ġwann, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li aktar minn sena ilu applikat biex tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20445 f’Seduta Numru 429 fil-25 ta’ Settembru 2006, dwar l-istess persuna li rrefera għaliha f’din il-Mistoqsija. Minn dik it-Tweġiba jidher ċar li, sa dik id-data, l-persuna ndikata ma kienitx applikat biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, iżda l-Awtorita’ tad-Djar xorta kienet se tieħu passi biex tara jekk din il-persuna setgħetx tibbenefika minn din l-inizjattiva. Għalhekk mhux il-każ li din il-persuna ilha li applikat aktar minn sena.
Ninsab infurmata li fil-fatt, minn dak inhar, l-Awtorita’ għamlet spezzjoni tal-fond u permezz ta’ ittra li ġġib id-data tas-26 ta’ Marzu 2007, infurmat lil din il-persuna bil-lista tax-xogħlijiet approvati u talbitha tibgħat stima għall-approvazzjoni tal-perit ta’ l-Awtorita’.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kopja tal-kundizzjonijiet u r-regolamenti ta' avviż 68 u 69 ta' l-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24899, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-Avviżi Numri 68 u 69, maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar.