Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-inkjesta fuq il-ħajt tal-ex Embassy il-Belt meta kien qed jinbena mill-ġdid, li kien waqa' fit-8 ta' Lulju 1999? Jekk ingħalqet, jista' jgħid x'irriżulta minnha? Jekk le, meta huwa maħsub li tiġi konkluża?
Response (GATT, AUSTIN)
L-inkjesta in konnessjoni mal-kaz imsemmi f`din il-mistoqsija ghadha m`hijiex konkluza. Il-Magistrat Inkwerenti huwa Magistrat Dr Joseph Cassar.
Ma nistax nghid meta huwa mahsub li tigi konkluza ghax dan jiddependi mill-process gudizzjarju tal-Qorti kompetenti.
Jista' l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Belt jikkonsidra li jitranġa t-tarmac maqsum li hemm quddiem ir-residenza bl-indirizz 225, Triq ir-Repubblika, l-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw maħfriet presidenzjali f'dawn l-aħħar għaxar snin? Meta saru u kemm kien għad fadallu jiskonta piena il-ħabsi meħlus?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-mahfriet presidenzjali li nghataw f'dawn l-ahhar ghaxar snin jidhru fil-lista li qed impoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm minn awtoritajiet barranin biex jingħataw għajnuna f'investigazzjonijiet li qegħdin jagħmlu?
Kemm-il talba ta' ġbir ta' ittri rogatorji hemm pendenti? U mil-liema pajjiżi saru t-talbiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Talbiet minn awtoritajiet barranin ghall-Assistenza Kriminali:
Sena 2000 - 24
Sena 2001 sat-30 ta` April - 9.
Dawn jinkludu gbir ta` xhieda u /jew dokumenti, kif ukoll notifika t`atti lil persuni residenti f`Malta u/jew li ghandhom rapprezentanza f`Malta.
Minn dawn hemm 7 ittri rogatorji li ghadhom pendenti.
Pajjizi li ghamlu t-talbiet: Italja 6
Ungerija 5
Renju Unit 3
Stati Uniti 2
Russja 1
Ukraina 1
Spanja 1
Olanda 1
Austria 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru audits ta' ċentri dwar gwardjani lokali tal-kunsilli lokali? Min kienu l-awdituri ikkonċernati? Kemm ħadu id-ditti tal-awdituri jew l-awdituri ikkonċernati għas-servizzi tagħhom f'kull każ? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull rapport?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Interim Audit gheluq is-sitt xhur minn meta nghatat id-delega ta' l-infurzar ta' certu ligijiet sar fuq l-ghaxar Kumitati Kongunti tal-Kunsilli Lokali mid-ditta ta' l-awdituri Horwath (Malta). Il-hlas ghal dan ix-xoghol jammonta ghal Lm 2,500.
Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport.
Peress li ftit ilu ħarġet legal notice għas-sidien tal-klieb li jħammġu toroq u ma jnaddfux, jista' jgħid jekk din tapplikax wkoll għas-sidien taż-żwiemel u annimali oħra? Jistaż jgħid jekk sa issa inqabdux sidien tal-klieb li kienu fit-toroq u kien bla boroż tal-plastic? Kemm kien dawn u kemm weħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-interpellant hu mitlub illi jaghmel id-domanda lill-Ministru koncernat.
Peress li Triq Sant Anna f'Ħal Tarxien hi triq ferm dejqa u hija one way, jista' l-Ministru jara li minn żmien għall-żmien imur warden biex jara li ma tinkisirx il-liġi, peress li ta' spiss sewwieqa ta' vetturi qed jitilgħu kontra l-one way ?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-Kunsill Lokali Tarxien ircieva d-delega ta` l-infurzar ta` certu ligijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jirrivolgi ruhu lill-Kunsill imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Maltacom plc mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijet?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet il-kawża nru. 903/91F? X'inhi r-raġuni li għadha ma' kienx hemm deċiżjoni għal din il-kawża?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kawza msemmija giet ipprezentata fir-Registru Superjuri fit-12 ta` Awissu 1991. Giet appuntata ghall-ewwel dehra ghas-seduta tat-3 ta` Dicembru 1991. Illum qeghda differita ghall-5 ta` Ottubru 2001 ghas-sentenza.
Jiddispjacini li ma nistax nikkummenta fuq it-tieni parti tad-domanda peress li l-ezitu tal-kawzi jiddependi kompletament mill-process gudizzjarju.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena liema kienu talbiet minn barra minn pajjiżna għall-estradizzjoni ta' persuni? meta saru t-talbiet? Min kienu l-persuni li saret talba kontrihom? Għal liema akkużi intalbet l-estradizzjoni tagħhom ? Liema kienu l-każijiet li saret l-estradizzjoni tal-persuni? Jekk ma saritx l-estradizzjoni x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tinghata f`xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 25604, jiġifieri meta hu previst li jispiċċaw ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-estensjoni tal-Qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
It-tender ghall-finishing works inhareg mid-Dipartiment tax-Xoghlijiet u qieghed fil-process li jigi aġġudikat. Jien infurmat illi d-Dipartiment jistenna illi x-xogholijiet jitlestew fi zmien sitt xhux minn meta jinghata t-"tender".
Jista' l-Ministru jgħid jekk inkjesti maġisterjali dwar il-mewt tal-persuna li qed insemmi separatament tlestewx u jekk iva, jista' l-Ministru jara illi l-qraba jingħataw kopja jew titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
L-inkjesta Magisterjali dwar il-mewt tal-persuna li ghaliha qed tirreferixxi din il-mistoqsija giet maghluqa u mibghuta lill-Ufficcju ta` l-Avukat Generali fl-1 ta` Lulju 1992.
Il-process Verbal rega' ntbghat lura lill-Mangistrat Inkwerenti mill-Avukat Generali u fil-15 ta1 Mejju, 1995 l-istess process verbal rega' ntbghat lill-Avukat Generali b`rapport addizzjonali.
Kopja tal-Process Verbal tista` tintalab mill-Ufficcju ta` l-Avukat Generali.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' persuni ta' nazzjonalita Maltija li fl-aħħar għaxar snin kellhom proċess kriminali kontrihom barra minn Malta, f'liema pajjiżi, meta, x'weħlu u meta ġew lura Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx serq ta' flus mill-uffiċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta? Jekk fl-affermattiv, saret inkjesta u x'kien ir-riżultat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li naqsu xi flus mill-Ufficcju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Dwar dan il-Kunsill ghamel rapport lill-Pulizija li qed tinvestiga l-kaz.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li għandhom każ kriminali pendenti fil-qorti Maltija u ħarbu minn Malta? Meta saret l-aħħar seduta ta' kull każ li kellhom pendenti fil-qrati Maltin? Biex kienu akkużati l-persuni li telqu mill-pajjiż jew jinsabu x'imkien moħbija f'pajjiżna u ma jistgħux jinstabu ħalli jkompli l-proċess tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi l-prosekuzzjoni fil-kazi msemmija titmexxa mill-Pulizija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.