Fondazzjoni għall-iskejjel t'għada — Ħatra ta' persuni
Question
Jista' il-Ministru jgħid min inħatar fil-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada flok il-persuni li tneħħew minnha b'deċiżjoni tal-bord tal-10 ta' Ottubru, 2003? Kif intgħażlu l-persuni ġodda?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li s'issa l-ebda persuna ma nħatret flok il-persuni li s-servizzi tagħhom ġew terminati b'deċiżjoni tal-Bord ta' l-10 ta' Ottubru 2003. Il-Bord temporanjament sakemm jittieħdu id-deċiżjonijiet meħtieġa, fada l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Fondazzjoni, f'idejn iċ-Chairman, Dr Conrad Thake, u wieħed mill-membri tal-Bord, is-Sur Mario Callus konġjuntament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers, school psychologists u professjonijisti oħra apparti t-teaching staff jaħdmu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm:
Social Worker 8
Senior Social Worker 2
Psychologist 4
Chief Architect & Civil Engineer 1
Professional Medical Officer 1
Legal Adviser 1
Jista' l-Onor Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex jidħlu fl-MCAST, Higħer Secondary School, Junior College u f'xi istituzzjoni edukattiva oħra post-sekondarja (statistika skond l-istituzzjoni)? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew irrifjutati u r-raġuni għaliex ma ġewx aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif kollu għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għalliema tal-kindergarten li ħarġet on maternity leave fl-iskola ta' l-Għarb Għawdex, ġietx sostitwita' minn għalliema oħra? Huwa minnu li kien hemm għalliema li għax intbagħtet l-Għarb ħarġet bis-sick leave b'ċertifikat miftuħ? Veru li dan wassal sabiex kull ġimgħa l-għalliema qed tinbidel u dan b'detriment għall-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema tal-Kindergarten (1) fl-iskola Primarja ta' l-Għarb, Għawdex li ħarġet bil-maternity leave, ġiet sostitwita b'mod permanenti saż-żmien meħtieġ mill-14 ta' Ottubru 2003.
Universita' ta' Malta — Librerija - Xiri ta' kotba
Question
Jista' il-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar 5 snin kemm intefqu flus, sena sena, f'xiri ta' kotba għall-librerija ta' l-Univerista'? Jista' jgħid ukoll fuq liema suġġetti kienu? Fil-preżent kemm għandha kotba din l-istess librerija?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija.
Informat ukoll li fil-preżent it-total ta' volumi ta' kotba li għandha il-Librerija ta' l-Universita' huwa ta' 720,000.
Jista' il-Ministru jgħid kif jiġu magħżula l-istudenti li juru x-xewqa li jidħlu għall-Beauty Course (1st diploma) offrut mill-MCAST? Xi kriterji jintużaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti ta' l-MCAST jiġu magħżula skond il-kriterji stabbiliti u pubblikati fil-Prospectus ta' l-istess Kulleġġ.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar jew x'ser isir mill-makkinarju li jinsab f' Umberto Colosso ġaladarba din issa m'għadhiex bħala trade school?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-makkinarju li kien jinsab fl-ex-Skola tas-Snajja Umberto Calosso u li kien għadu f'kundizzjoni tajba ittieħed fil-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija għall-użu tal-Kulleġġ. Makkinarju ieħor li ġie ċertifikat li m'għadux tajjeb għall-edukazzjoni u t-taħriġ ġie dikjarat bħala obsolete minn borad of survey u qiegħed jinbiegħ 'tale quale' b'sejħa għall-offerti fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-gazzetti lokali ta' kull nhar ta' Ħadd.
Ittieħdu xi passi dan l-aħħar kontra uffiċjali tal-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada? Fil-każ li iva, x'passi ttieħdu? Jekk ittieħdu dawn il-passi, x'kienu r-raġunijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tagħrif li tajt fil-Kamra il-ġimgħa li għaddiet fi tweġibiet għal Mistoqsijiet Supplimentari ta' Onor. Membri oħra fuq l-istess punti tal-Mistoqsija. Nirreferi wkol għal stqarrija bi tweġiba għal diskors ta' l-Onor. Carmelo Abela li kopja tagħha ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti, subien u bniet separatament, li f'din is-sena skolastika qed jattendu l-Junior College u l-iskola Sekondarja Għolja fin-Naxxar? Kemm daħlu f'dawn l-iskejjel din is-sena għall-ewwel darba? Kemm kien hemm studenti kemm fil-Junior College kif ukoll in-Naxxar li telqu qabel ma bdiet din is-sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istatistika proviżorja dwar studenti li jattendu l-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, Naxxar hi hekk:-
Subien 551
Bniet 794
In-numru ta' studenti li daħlu f'din l-iskola għall-ewwel darba din is-sena huwa ta' 1037.
In-numru ta' studenti li telqu mill-iskola qabel il-bidu ta' din is-sena skolastika huwa kif ġej:
Sena Revision Course 262
Sentejn A/O Course 234 (numru minn dawn jinkitbu għall-MATSEC Course)
Sentejn MATSEC Course 130
In-numru ta' studenti fl-ewwel sena li qed jattendu fil-Junior College f'din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 684
Bniet 979
Total 1663
Studenti fit-tieni sena li qed jattendu fil-Junior College din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 601
Bniet 790
Total 1391
Studenti fl-ewwel u t-tieni sena flimkien li qed jattendu fil-Junior College din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 1285
Bniet 1769
Total 3054
In-numru ta' studenti li daħlu fil-Junior College din is-sena għall-ewwel darba -
1510
In-numru ta' studenti li telqu mill-Junior College qabel ma bdiet din is-sena skolastika -
375
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti, subien u bniet separatament, li qed jattendu l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti fil-livell ta' sixth form? Jista' jeleneka l-iskejjel u n-numru ta' studenti f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' studenti li qegħdin jattendu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti fil-livell ta' Sixth Form huwa hekk:
Skejjel tal-Knisja Subien Bniet Total
St. Aloysius College 222 214 436
De La Salle College 101 107 208
Skejjel Indipendenti Subien Bniet Total
St. Edwards 67 11 78
Verdala International 28 26 54
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti fil-livell sekondarju? Jista' jagħti l-lista' ta' skejjel u kemm qed jattendu f'kull waħda?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru talbiet lil skejjel indipendenti u dawk tal-knisja biex isir teacher training fl-iskejjel tagħhom? Liema huma dawn l-iskejjel? Jista' jgħid kemm minnhom aċċettaw? F'liema suġġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Mellieħa — Studenti li jattendu l-iskola Teresa Maria Nuzzo
Question
Jista' il-Ministru jivverifika jekk fil-fatt hux veru li ttieħdu l-passi meħtieġa dwar il-problema mqanqla f'mistoqsija parlamentari 1831?
Response (GALEA, LOUIS)
Informawni li diġa' ttieħdu l-passi meħtieġa biex tfal bniet mill-Mellieħa lejn l-iskola Tereża Nuzzo ma jirkbux ma' tfal subien. Mill-iskola lejn il-Mellieħa saru l-arranġamenti meħtieġa biex it-tfal imorru separati
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfal barranin li qed jirċievu l-edukazzjoni tagħhom Malta? Kemm qegħdin fi skejjel tal-Gvern? Kemm f'tal-Knisja u kemm fi skejjel privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba nagħtiha f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi fis-sena skolastika 2002/2003 sabiex studenti jitilqu mill-iskola qabel l-eta' ta' 16-il sena? Xi kriterju jintuża biex dan jiġi deċiż?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 385 student li spiċċaw il-kors sekondarju u jkunu sabu xogħol ingħataw permess jaħdmu fis-sena skolastika 2002 - 2003, għalkemm kien fadlilhom ftit żmien biex jilħqu l-eta' ta' 16-il sena.
Ftit ferm każi kienu għal raġunijiet umanitarji.
Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti tal-gvern ħarġu sejħiet għall-impjieg minn Jannar 2003 sal-lum? X'tip kien kull impjieg? Kemm f'kull każ applikaw nies u kemm ġew impjegati? Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-koperazzjonijiet, aġenzija u kumpanniji li fihom il-gvern għandu sehem?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma lahaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min ser ikun is-CEO il-ġdid tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada? Jista' jgħid x'inhu x'xogħol tal-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament? Kemm titħallas din il-persuna fis-siegħa mill-Fondazzjoni? Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallset fix-xahar mill-bidu ta' l-impjieg tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li il-Bord għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni fir-rigward tal-ħatra ta' CEO ġdid. Ir-rwol tal-persuna imsemmija hija ta' 'Management Consultant' u bħalissa qed tikkonċentra fuq ix-xogħol ta' project management fuq il-proġett ta' l-iskola Junior Lyceum Sir Adrian Dingli, Pembroke.
Fit-13 ta' Novembru, 2002, f'PQ 35951 tajt it-tagħrif mitlub fit-tielet parti tal-mistoqsija, jiġifieri, li dan il-konsulent jitħallas bir-rata ta' LM 10.00 is-siegħa eskluż il-VAT, l-istess rata stabbilita bl-approvazzjoni tal-Finanzi sa mill-1995 għal konsulenti ta' dan it-tip f'dan il-Ministeru.
Mill-bidu ta' l-ingaġġ tas-servizzi tiegħu f'Mejju 2001 dan il-konsulent ħadem medja ta' 140 siegħa fix-xahar.
Jista' il-Ministru jgħid għaleix għadha ma ġietx ippubblikata u meta se tkun ippubblikata l-lista bir-riżultat ta' l-interviews ta' l-għalliema li ggradwaw din is-sena u kif ġew klassifikati?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-riżultat tal-għażla wara is-sejħa għal għalliema fl-iskejjel tal-Gvern ġie pubblikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u il-Ministeru informa lill-pubbliku b'dan bi stqarrija tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Ħaż-Żabbar — Skola primarja Dr Frans Chetcuti - tfal li jużaw it-trasport
Question
Peress li dħejn l-iskola primarja ta' Ħaż-Żabbar Dr Frans Chetcuti lanqas biss pulizija ma jkun hemm meta jidħlu u joħorġu tt-fal; u peress li s-sitwazzjoni llum hi li dawk biss li jmorru bit-trasport provdut mill-gvern ikunu supervised; u peress li l-ġenituri tat-tfal iż-żgħar ma jużawx dan it-trasport minħabba li jqisuh perikoluż għat-tfal ċkejknin, jista' il-Ministru jgħid għalfejn tfal li jattendu din l-iskola u li l-ġenituri tagħhom jibagħtuhom bit-trasport li jħallsu għalih huma, mhux se jibqgħu jkunu supervised meta jaslu l-iskola u meta jiġu biex imorru lura d-dar?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.