B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10577, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul l-2004 inxtrat karozza waħda ġdida għall-u]u fil-Ministeru u ħamsa għall-Ambaxxati u/jew Konsolati. In-nefqa tammonta għal Lm 68,367.
Dan il-Ministeru għandu 62 vettura li 35 minnhom jintu]aw fl-Ambaxxati u/jew Konsolati, filwaqt li 6 vetturi oħra huma beyond economical repair u qegħdin fil-proċess li jinbiegħu jew jiġu scrapped.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-klonaġġ uman li għaddih riċentement mill-Assemblea Ġenerali?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, kopja tar-rapport tas-Sitt Kumitat ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie addottat fit-8 ta' Marzu 2005, fejn f'paġni 7 u 8 ssib ir-riżoluzzjoni dwar il-klonaġġ uman.
Il-Gvern Malti kif beħsiebu jirrisolvi l-problema li qed jiffaċċjaw il-President u diversi ministri meta jiġu biex jgħaddu transit minn Zurich billi Malta m'għandhiex rappreżentanza diplomatika f'Zurich u l-awtoritajiet Svizzeri qegħdin jinsistu li career diplomats biss huma permessi li jidħlu fit-transit areas ta' l-airports Svizzeri?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Gvern Malti ġa ħa passi u irrisolva din il-kwistjoni. L-Ambaxxata ta' Malta għall-Isvizzera qajmet il-każ ma' l-Awtoritajiet Svizzeri. Dawn infurmaw illi ser jingħata permess speċjali lill-Konslu Onorarju għad-dħul fl-ajruport kull meta ikun hemm bżonn.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta tappoġġjax il-long term political objective ta' l-Albanija li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Is-sħubija ta' l-Albanija fl-Unjoni Ewropea ġiet stabbilita bħala objettiv fil-Kunsill Ewropew ta' Feira. Malta taqbel ma' din id-deċiżjoni. M'għandu jkun hemm l-ebda ostakulu għal sħubija eventwali ladarba l-pajjiż ikun wettaq ir-riformi politiċi u ekonomiċi mistennija minn kull pajjiż applikant.
Jista' il-Ministru jgħid hux ser jiġi ffirmat xi ftehim waqt iż-żjara prospettiva uffiċjali tiegħu f'Iżrael?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul iż-żjara uffiċċjali li l-Onorevoli Ministru ta' l-Affarijiet Barranin se jagħmel fl-Iżrael bejn is-17 u d-19 ta' April, 2005 ser jiġi ffirmat ftehim dwar Koperazzjoni fis-Saħħa u Servizzi Mediċi bejn Malta u l-Iżrael.
Huwa minnu li l-gvern diġa' irriżultalu li l-flus ivvotati fil-budget 2005 mhux sejrin ikunu adegwati biex ilaħħqu ma' l-ispiża taż-żamma tal-Commonwealth heads of government conference li se tinżamm f'Malta aktar tard din is-sena?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Peress li għad baqa' xi spejjeż li għad iridu jiġu stabbiliti, mhux possibbli f'dan l-istadju li nagħti tweġiba preċiża għal din il-Mistoqsija.
B'żieda għal tweġiba parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk:-
id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?
Jekk fl-affermattiv: (a) lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet; b) kenitx għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament; u (c) kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi talba pendenti minn Malta biex tospita l-IAPWG li jmiss dwar procurement opportunities fi ħdan il-Ġnus Magħquda?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti m'għamel l-ebda talba sabiex jospita l-IAPWG (Inter-Agency Procurement Working Group) dwar procurement opportunities fi ħdan il-Ġnus Magħquda.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni ta' Malta fis-summit riċenti tal-UE dwar l-anti secession law li għaddew l-awtoritajiet Ċiniżi dan l-aħħar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul is-Summit riċenti tal-UE ma kienx hemm diskussjoni formali dwar l-anti secession law. Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti hija li filwaqt li tappoġġja l-"One China Policy", tħeġġeg il-partijiet konċernati biex ifittxu soluzzjonijiet paċifiċi għal kwalunkwe tilwim dwar din il-materja.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-ambaxxaturi non-residenti Maltin bħalissa? Jista' jagħti dettalji taż-żjarat li għamlu f'dawn aħħar sentejn fil-pajjiżi li jirrappreżentaw?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Ambaxaturi non-residenti Maltin hħalissa huma:
Name
Country
Agius Cesareo Alex
Bosnia and Herzegovina, Slovenia
Borg Olivier de Puget Albert
Mexico, Brazil
Busuttil George
Peru, Uruguay
Buttigieg George
SMOM
Cachia Francis
Slovakia
Cilia Maria
Algeria
Degabriele Henry
Bulgaria, Croatia
Ganado Antonio
Vatican City
Gerada Azzopardi Eric
Argentina, Chile
Inguanez Carmel
Ghana, Nigeria
Refalo Michael
Pakistan, Bangladesh
Rossignaud Norman
Bolivia, Venezuela
Stellini Saviour
Portugal
Toledo Peter
Lebanon, Syria
Vella Albert
Turkey
Miceli Farrugia Mark
Estonia, Latvia, Lituania
Muscat Inglott Albert
Liechtenstein, Norway
Rizzo Naudi John
Malaysia, Singapore
Psaila Savona Joe
South Africa
Id-dettalji taż-żjarat li għamlu f'dawn l-aħħar sentejn fil-pajjiżi li jirrappreżentaw huma kif ġej:
Ambaxxatur Alex Agius Cesareo
Bosnia and Herzegovina:
L-ebda żjara
Slovenia:
16-19 ta' Frar 2004 għall-okkażżjoni ta' Xewqat ta' l-ewwel tas-sena lill-President. Waqt iż-żjara kellu laqgħat mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tas-Slovenja, l-Ambaxxatur Irlandiż u uffiċċjali oħra.
06-09 ta' Ġunju 2004 ma' l-Onorevoli John Dalli, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin waqt żjara uffiċċjali fis-Slovenja.
Ambaxxatur Albert Borg Olviier de Puget
Messiku u Brażil:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur George Busuttil
Peru u Urugway:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur George Buttigieg
SMOM:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Dr Francis Cachia
Slovakkja:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Maria Cilia
Algeria:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Henry De Gabriele
Kroazja:
L-ebda żjara
Bulgaria:
16-19 ta' Frar 2004 fejn ippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President Parvanov. L-Ambaxxatur għamel żjara ta' kortesija lill-Kap tal-Korp Diplomatiku
Ambaxxatur Antonio Ganado
Il-Belt tal-Vatikan:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Eric Gerada Azzopardi
Argentina u Chile:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Carmel Inguanez
Ghana u Nigeria:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Michael Refalo
Pakistan u Bangladesh:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Norman Rossignaud
Bolivia u Venezwela:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Saviour Stellini
Portugal:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Peter Toledo
Lebanon u Syria:
L-ebda żjara.
Ambaxxatur Albert Vella
Turkija:
09-15 Ġunju 2003 - L-Ambaxxatur iltaqa' ma' Mr Abdullah Gul, Ministru ta' l-Affarijiet; Mr Kemal Fahir Gence, Deputy Under Secretary, Ministeru tal-Kultura u Turiżmu; ma' Mr Mehmet Shrin, Deputy Under Secretary tal-Ministeru tal-Finanzi; Mr Banguoglu, Direttur Relazzjonijiet Bilaterali, Mr Selim Yenel, Direttur Relazzjonijiet ta' l-Ewropa, mal-Konsli Onorarji, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Governatur ta' l-Iżmir u laqgħat oħra.
Ambaxxatur Mark Miceli Farrugia
Estonja:
15 ta' Mejju 2003 - Preżentazzjoni tal-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Arnol Ruutel, President tar-Repubblika ta' l-Estonja, ġewwa il-belt ta' Tallinn.
20-26 ta Settembru 2003 - Mexxa żjara ta' taħriġ ġewwa l-Estonja, bi skop preparatorju għall-iżjara Statali ta' l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Arnold Ruutel, President tar-Repubblika ta' l-Estonja. L-għan ta' din iż-żjara kien biex jiġu stabbiliti kuntatti kummerċjali u kulturali ma' l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' l-Estonja. L-Ambaxxatur inawgura esibizzjoni pittoreska bl-isem ta' "7000 Years of Maltese Maritime History" fl-okkażżjoni ta' Jum l-Indipendenza ta' Malta.
Latvja:
11 ta' Marzu 2003 - Preżentazzjoni tal-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tagħha s-Sinjura Vike Freiberga, President tar-Repubblika tal-Latvja, ġewwa il-belt ta' Riga.
4 ta' Mejju 2004 - l-Ambaxxatur ħa sehem fil-proċess ta' l-intervisti u fir-rakkomandazzjoni tal-kandidati għall-għażla tal-Konslu Onorarju ta' Malta ġewwa il-Latvja.
Litwanja:
12 ta' Mejju 2003 - Ħa sehem fil-proċess ta' l-intervistar u fir-rakkomandazzjjoni tal-kandidati għall-għażla tal-Konslu Onorarju ta' Malta ġewwa l-Litwanja.
Ambaxxatur Albert Muscat Inglott
Norveġja:
11-18 ta' Mejju 2003 - Żjara għall-kredenzjali u Consitution Day
16-20 ta' Mejju 2004 - Żjara għall-Constitution Day
08-11 ta' Ġunju 2004 - Akkumpanja delegazzjoni magħmula mill-Malta Enterprise u Malta Tourism Authority.
Liechtenstein:
29 ta' Ottubru-03 ta' Novembru 2004 - Fl-okkażjoni tal-Preżentazzjoni tal-Kredenzjali
15 ta' Awissu 2004 - Fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali u laqgħat oħra.
Ambaxxatur John Rizzo Naudi
Singapore u Malaysia:
Ebda żjara.
Ambaxxatur Joe Psaila Savona
South Africa:
Ebda żjara.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li għadhom jistennew biex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom? Min huma u liema huma l-pajjiżi/gvernijiet konċernati?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Qed issir reviżjoni ta' din il-lista fid-dawl ta' prijoritajiet in linea mall-meżżi finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-Ministeru partikolarment għar-rigward ta' pajjiżi mbegħda u li magħhom m'hemmx kuntatti politiċi jew ekonomiċi jew soċjali li jistgħu ma jesiġux relazzjonijiet fuq dan il-livell.
Hija wkoll politika addottata mill-Ministeru li persuna għandha tiffoka fuq pajjiz wieħed. Il-politika hija wkoll li Ambaxxaturi mhux residenti ma jkunux b'remunerazzjoni.
Li Ambaxxatur ma jkunx ippreżenta l-kredenzjali ma jfissirx neċessarjament li m'hemmx agreementu/jew li ma ġewx depożitati l-copie d'usage.
Jista' il-Ministru jgħid jekk meta jsiefer fuq xogħol tal-gvern l-arranġamenti tas-safar tiegħu jsirux, kif dejjem kienet il-prassi, permezz tal-protocol department tal-ministeru jew permezz tas-segretarjat tiegħu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba pressjoni kbira ta' xogħol fuq l-imsemmi dipartiment u minħabba nuqqas ta' staff, ġie deċiż li din il-funzjoni tinqeda mill-istaff tas-Segretarjat tiegħi. L-istess sar għar-rigward tas-safar tal-Ministeru li issa m'għadux jiġi amministrat mill-Protokoll imma mid-Directorate Corporate Services.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jinsabx sodisfatt li l-membri ta' l-ambaxxata Maltija fiċ-Ċina sal-lum dejjem osservaw il-Kodiċi ta' l-Etika għall-uffiċjali tal-ministeru tiegħu meta jkunu barra l-pajjiż jaqdu dmirijiethom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Tweġiba għal din il-Mistoqsija tista' f'dan l-istadju tkun ta' preġudizzju għall-investigazzjonijiet kurrenti
Ġnus Magħquda — Kumitat dwar id-drittijiet tal-Palestinjani
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta irċevietx xi protesti mill-ambaxxatur ta' Israel permezz tal-missjoni permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda f'Ġinevra dwar il-presidenza ta' Malta tal-kumitat dwar id-drittijiet tal-Palestinjani fi ħdan il-Ġnus Magħquda?
Ġnus Magħquda — Special committee on peacekeeping operations
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta hijiex membru ta' l-ispecial committee on peacekeeping operations tal-Ġnus Magħquda li huwa magħruf bħala IC C34?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Kumitat Speċjali tal-Ġnus Magħquda dwar l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, magħruf bħala is-C34, għad kemm kellu s-sessjoni annwali tiegħu mill-31 ta' Jannar sal-25 ta' Frar 2005. Fis-sessjoni ta' din is-sena ipparteċipaw 115 l-istat bħala membri, kif ukoll 9 stati u 3 organiżżazzjonijiet internazzjonali bħala osservaturi.
Skond ir-riżoluzzjoni 51/136 tal-1996, il-membri ta' dan il-kumitat speċjali huma il-kontributuri passati u attwali fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tal-GM. Pajjiżi membri oħrajn tal-GM u entitajiet parteċipanti fil-proċessi tal-GM jistgħu jattendu s-sessjonijiet bħala osservaturi. Ir-riżolużżjoni msemmija qabel tipprovdi wkoll illi pajjiżi membri jistgħu isiru membri tal-Kumitat Speċjali jew meta jsiru kontributuri fl-operazzjonijiet jew meta jkunu pparteċipaw fil-Kumitat Speċjali bħala osservaturi għal 3 snin konsekuttivi.
Minħabba illi Malta għad ma tagħtix kontribuzzjoni fl-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi tal-GM, mhijiex membru tal-Kumitat Speċjali. Malta ipparteċipat bħala osservatur fil-Kumitat Speċjali, l-aktar reċenti fl-2004. Madanakollu, minħabba illi l-Unjoni Ewropea titkellem b'vuċi waħda fil-Kumitat Speċjali u minħabba illi Malta tipparteċipa fil-laqgħat ta' kordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea, la ma inħassx il-bżonn illi Malta tipparteċipa bħala osservatur fil-2005 u lanqas illi tfittex illi televa il-parteċipazzjoni tagħha f'dan il-Kumitat Speċjali għal dik ta' membru.
Ta' min wieħed jinnota illi l-operat tal-Kumitat Speċjali ma jinkludix diskussjonijiet dwar l-"assessed contribution" li huma l-kontribuzzjonijiet finanzjarji illi kull pajjiż membru tal-GM huwa obbligat jagħti għal kull operazzjoni taż-żamma tal-paċi tal-GM. Dan huwa suġġett li jaqa' taħt il-kappa tal-Ħames Kumitat ta' l-Assemblea Ġenerali, fejn kull pajjiż huwa rappreżentant individwalment.
Dwar il-laqgħa l-Ambaxxatur tagħna għall-GM Victor Camilleri rrapporta lill-Ministeru fir-rapport tiegħu ta' Frar 2005.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tittieħed pożizzjoni uffiċjali ta' l-UE dwar il-high level panel report on threats, challenges and change ta' K. Annan tal-Ġnus Magħquda? X'kienet ir-reazzjoni tal-gvern Malti dwar dan id-dokument? Taħt il-parti ta' priorities, Malta ħadet xi stand dwar sexual and reproductive health rights?
Hemm il-ħsieb li jsir dibattitu parlamentari dwar dan is-suġġett - mingħajr il-ħtieġa ta' vot?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Din il-materja għandha tkun is-suġġett ta' diskussjoni fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropew aktar minn sempliċi risposta għall-Mistoqsija Parlamentari. Madankollu irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti laqa' b'sodisfazzjon dan ir-rapport tal-High Level Panel li għandu l-għan li l-Ġnus Magħquda tissaħħaħ fil-ħidma tagħha. Malta taqbel bil-mod kif ir-rapport jenfasiżża l-importanza tal-multilateraliżmu fir-relazzjonijet internazzjonali, u jinsisti fuq ir-rabta intima li hemm bejn aspetti ta' sigurta' u aspetti ta' żvilupp. Malta taqbel mal-pożizzjonijiet li ħadet l-Unjoni Ewropea dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-High Level Panel.
L-istess jingħad għar-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda K Annan fil-21 ta' Marzu 2005 taħt it-titlu In large freedom: towards development, security and human rights for all, rapport li għandu ħafna punti importanti u interessanti.
Il-pożizzjoni ta' Malta dwar sexual and reproductive health rights hija magħrufa u ma nbidlitx.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-eżitu ta' l-investigazzjoni tal-pulizija dwar l-allegati abbużi fil-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi li jkunu jridu jżuru Malta ġie kkomunikat lill-Istampa mill-ministeru tiegħu u mhux mill-ministeru ta' l-intern li taħtu jaqgħu l-pulizija?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Għaliex it-talba sabiex issir l-investigazzjoni saret mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
F'xi stadju jew ieħor il-gvern Malti kkonsidra li jbiddel il-personnel fl-ambaxxata Maltija f'Beijing fid-dawl ta' l-allegazzjonijiet li kienu ntefgħu fuq il-każ tal-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi li riedu jżuru Malta bħala studenti ta' l-Ingliż?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Din il-materja għadha taħt konsiderazzjoni fil-kuntest ta' sitwazzjoni li qed tevolvi.
Meta jiġu ntervistati applikanti Ċiniżi għall-visas f'Malta bħala studenti prospettivi ta' l-Ingliż, minn kemm-il persuna fl-ambaxxata Maltija f'Beijing isiru l-interviews? Jekk dawn qegħdin isiru minn persuna waħda, jista' il-Ministru jikkonferma jekk din hijiex il-prattika wkoll f'ambaxxati oħrajn?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li l-prassi fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing dwar l-interviews hi li l-applikanti għall-visas f'Malta bħala studenti prospettivi ta' l-Ingliż jiġu ntervistati minn uffiċċjal wieħed.
Jiena nfurmat li din l-istess prassi tintuża mill-maġġoranza ta' l-Ambaxxati ta' pajjiżi oħra f'Beijing, li jintervistaw lill-applikanti bl-istess mod.