Jista' il-Ministru jgħid fil-każ tat-triq li tagħti minn Burmarrad għal Tarġa Gap u dik li tagħti mis-Salina għan-Naxxar, separatament kemm, jekk kien hemm, kuntratturi li twaħħlu xi penali minħabba xogħol ħażin, jew li ma sarx fil-ħin etc? Kemm kienet kull penali? Min kien il-kuntrattur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-każ in kwestjoni fejn kien hemm xi xogħol ħażin dan inqala u sar a spejjeż tal-kuntrattur.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38415.
Malta Communications Authority — Qasam postali/E-commerce
Question
Rigward il-Malta Communications Authority, jista' l-Ministru jgħid meta mistennija timplimenta l-policies u l-istrutturi tagħha dwar il-qasam postali u dak tal-E-commerce?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni mistennija tibda timplimenta l-policies u l-istrutturi tagħha dwar l-oqsma ta' l-e-commerce u l-qasam postali iktar tard din is-sena.
B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 38306, jista' il-Ministru jerġa jara l-mistoqsija parlamentari numru 33737 u cioe' jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-retaining wall fi Triq Karlu Vella bħal ma sar fi Triq l-Awrat Xgħajra fejn dawn it-tnejn iħarsu fuq green area, wieħed fuq ground u l-ieħor fuq playing field, peress li t-tweġiba li ngħatajt ma għandhiex x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ħajt fi Triq Alwetta x-Xagħjra għandu jinbena bħala parti mix-xogħol ta' kostruzzjoni u asfaltar li jrid isir f'din it-triq u li dan ix-xogħol irid jitwettaq skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-talba sabiex jitwessa' Sqaq il-Mużew, Dingli ħafna snin ilu (WD 1792/84)
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tara x'talba kien hemm biex jitwessa dan l-isqaq peress illi mir-referenza tal-file jidher illi l-każ imur lura għall-1984.
B'referenza għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 38219, jaf il-Ministru li s-servizz fit-toroq msemmija ilhom li ġew mgħoddija aktar minn xaharejn, u sal-lum 29 ta' Jannar 2003 l-ebda re-instatement ma nbeda? Jista' jagħti data fissa ta' meta ser jingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lill-Awotrita' dwar it-Trasport biex tara illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tlesti r-reinstatement f'din it-triq mill-aktar fis u d-data ta' meta dan ix-xogħol ser jitlesta tingħata aktar 'il quddiem.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir l-first phase fuq l-aħħar parti ta' Triq is-Summiena li tmiss ma Triq Merħba Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol preparatorju għall-asfaltar tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u aktar 'il quddiem mistennija tiġi ppublikata s-sejħa għall-offerti sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir l-first phase fuq parti minn Triq Merħba Fgura ta' bejn kantuniera fi Triq is-Sur u Triq is-Summiena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 38442.
Jista' il-Ministru permezz tat-Traffic Control Board jgħid jekk fi Triq il-Fossa tal-Qamħ, iż-Żejtun, ingħatax permess biex isiru double yellow lines quddiem dar privata? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, minn min saret l-applikazzjoni? Meta daħlet l-applikazzjoni u meta ġiet ipproċessata u meta ngħatat ir-risposta? Saret site visit qabel ittieħed id-deċiżjoni? Jekk iva minn min? Possibli l-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-permess li nħareġ mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku fil-25 ta' Jannar 2002 kien għal single yellow line fi Triq il-Fossa tal-Qamħ faċċata tat-traffic island f'salib it-toroq bejn Triq Xeħt il-Forom u t-triq imsemmija.
Mir-riċkera li saret fid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma nstab l-ebda permess għal double yellow line fi Triq Fossa tal-Qamħ.
Ir-rikjesta għal double yellow line f'din il-lokalita kienet saret mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fl-4 ta' Jannar 2002.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora, Żebbuġ, peress li din it-triq hi prattikament mibnija kollha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport lestiet l-istejjem meċessarji sabiex jitlesta x-xogħol fit-triq imessija.
Għalhekk hu mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin toħroġ sejħa għall-offerti sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jsir.
Jista' il-Ministru jieħu dawk il-passi neċessarji biex it-toroq New Street u Dun Pawl Street Luqa jiġu mogħtija t-tarmac, peress li dawn ġew maqlugħa kollha wara li ġew mgħoddija s-servizzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda twettaq proġett biex jinbiddlu l-
mains
ta' l-ilma f'dawn it-toroq u x-xogħol għar-
reinstatement
tagħhom qiegħed inkluż f'dan il-proġett.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37284 u cioe' b'referenza għal-mistoqsija parlamentari numru 36990 jista' il-Minstru jgħid ta' liema ċilindraġġ kienu dawn il-karozzi kif ukoll ta' liema marka?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ il-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol wara il-konferma fit-tweġiba parlamentari numru 33737?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport qiegħda tħejji programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Kemm hawn ħotob tar-rażan sleeping policemen fit-toroq Maltin u Għawdex u Kemmuna? Min jiddeċiedi li jsiru u fejn isiru? Iqisx li dawn qed qed ikunu ta' periklu fis-sewqan għas-sewwieq u passiġieri u uġigħ bla ħtieġa fid-dahar? Iħossx li dawn għandhom jitneħħew u flokhom jidħlu sinjali fl-art biż-żebgħa tal-ħeffa tas-sewqan, per eżempju ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li ma tistax tingħata figura eżatta ta' kemm hawn sleeping policemen f'Malta u Għawdex.
Id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku jiddeċiedu fejn isiru s-sleeping policeman f'postijiet fejn hemm bżonn ta' kontroll u restrizzjonijiet fil-veloċita' tas-sewqan. Qabel ma tiġi approvata sleeping policeman is-sit propost jiġi nvestigat. Il-kostruzzjoni ta' kull sleeping policeman, jekk tkun mibnija skond il-guidelines tal-Malta Environment and Planning Authority, ma tikkawżax perikli la għas-sewwieqa u lanqas għall-passiġieri.
Dawn is-sleeping policeman huma neċessarji għax hemm bżonn ta' deterrent fiżiku biex jikkontrolla u jirrestrinġi l-veloċita' tas-sewwieqa.
B'referenza għall-mistroqsija parlamentari tiegħi li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa qed tiġi riferuta lilek, u ċioe' tista' jekk jogħġbok tara li Triq Għajn Dwieli, f'Raħal Ġdid titnaddaf regolarment peress li dan l-aħħar daħlu ħafna lmenti li qiegħda tiġi traskurata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi Triq Għajn Dwieli f'Raħal Ġdid titnaddaf regolarment darba fil-ġimgħa mill-kuntrattur inkarigat mit-tindif tat-triq imsemmija. Irrid inżid illi la d-Direttorat tat-Toroq u lanqas is-Sezzjoni għall-Ambjent Nadif tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet ma rċevew ilmenti, kif qed isemmi l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa f'dik li hi signage biex id-delivery men ma jibqgħux jiġu mħarrka daqshekk ta' spiss meta jkunu qegħdin jgħabbu jew iħottu x-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku japprova un/loading bays fejn meħtieġ skond il-policies tad-Direttorat. Għaldaqstant, delivery vans, meta jipparkjaw f'dawn l-un/loading bays, ma jiġux imħarrka. Min iħoss li għandu bżonn dawn il-bays għandu japplika għalihom ma' l-istess Direttorat.
Jista' l-Ministru jara li jiġi organizzat trasport pubbliku dirett mil-lokalitajiet għall-ground ta' Ta' Qali biex jagħmel il-qalb lill-partitarji tal-football jattendu għal-logħob, kif ukoll trasport lura dirett għall-irħula u bliet wara l-logħba u b'hekk jitnaqqas ukoll it-tinġis ta' l-arja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hemm servizz dirett mill-Belt Valletta għal Ta' Qali u lura sabiex jaqdi l-passiġġieri kkonċernati. Is-servizz skedat normali jissupplimenta s-servizz dirett mill-irħula għall-Belt u viċi versa.
Jistax il-Ministru jgħid kemm hawn bankini f' Malta u Għawdex u Kemmuna u kemm minn dawn il-bankini huma aċċessibli għal kulħadd jiġifieri wiesa' biżżejjed biex jgħaddi siġġu bir-roti u rampi xierqa biex jinżlu minnhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien nfurmat illi għalkemm teżisti nformazzjoni dwar kemm hawn bankini u toroq fil-pajjiż, dan id-database mhuwhiex iddettaljat biżżejjed biex juri l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.
Iħossx il-ħtieġa l-Ministru li l-inkarigat mit-taqsima tat-traffiku tal-pulizija jgħarbel il-perikli tat-traffiku ta' kull belt jew raħal u jagħmel kitba bl-irqaqat u jgħaddiha lill-Kummissarju tal-pulizija li mbgħad jgħaddiha lill-prim Ministru ħalli fi żmien xieraq il-perikli u l-imwiet u korrimenti jonqsu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li d-doveri tal-Kummissarju tal-Pulizija u tat-Taqsima tat-Traffiku, ma jkoprux il-funzjonijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Dawn il-funzjonijiet huma responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali u tad-Direttorat ta' l-Immaniġjar tat-Traffiku ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport, li qegħdin il-ħin kollu jwettqu x-xogħol li qed jissemma fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Ministru jara li triq bejn ir-Rabat u s-Siġġiewi titranġa peress li hemm numru ta' ħofor li jagħmlu għajb lilna u ħsara lill-karozzi? Jistgħu almenu jsiru l-irqajja biex jonqos il-periklu?
Response (GALEA, ĊENSU)
It-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali rispettivi.