Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li huma lura sew fil-kontijiet taghhom tat-telefon u li allura l-MALTACOM se tkun kostretta li (a) taqta' s-servizz ghal kollox, jew (b) tirrestrinġi s-servizz billi ma jkunux jistgħu jsiru telefonati minn dawn id-djar? Jista' jagħti d-dettalji għal Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
Maltacom — Kontijiet mhux imħallsa - Kumpanniji kummerċjali/Għaqdiet/Organizazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji kummerċjali/għaqdiet/organizazzjonijiet oħra li ma ħallsux il-kontijiet tat-telefon tagħhom għal żmien twil u b'hekk ittieħdu jew ser jittieħdu passi kontrihom kif jiġri lill-familji li ma jħallsux il-kontijiet għal xi żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 1130.
Jista’ jiġi nvestigat il-każ li jirrigwarda l-bozza f'2, Alley 2, Triq il-Kulleġġ, Rabat Malta, fejn minkejja li saru diversi rapporti u twettqu diversi xogħlijiet sabiex tinxtegħel, din il-bozza għadha ma mxtegħlitx? Peress li l-anzjani ta' l-isqaq qed isibu inkonvenjent kontinwu, jista’ l-Ministru jara li immedjatament tissewwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fit-30.10.03.
Jista’ l-Ministru jaġġornani dwar it-talba tiegħi permezz ta' PQ 1450 rigward dawl adegwat fl-Mtarfa By Pass u dwar it-talba permezz ta' PQ 1449 sabiex tiddawwal it-triq prinċipali tal-Baħrija l/o Rabat? Jista’ l-Ministru jara li din it-talba li jien qed inressaq f’isem ir-residenti tiġi milqugħa bla aktar telf ta' żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda tibdil minn meta tajt it-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 1450 u 1449 sal-lum.
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi mmedjati biex jinbidel arblu li jinsab ħdejn farmhouse - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - għaliex dan hu perikoluż u qed iżomm permezz ta' biċċiet ta' ħadid u injam li ġew imsammra minn residenti biex ma jaqax?
Billi dan l-arblu ilu jiġi rapportat ħafna u baqgħu ma ttieħdux passi, possibbli jsir xi ħaġa qabel jaqa' fuq xi ħadd?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm kienu, sena b'sena, n-nollijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel, għal-passiġġieri u l-karozzi separatament, mis-sena 1980 sal-lum? F'kull każ u fejn hu applikabbli, jista' il-Ministru jgħid kemm kienu n-nollijiet għar-residenti ta' Għawdex, Maltin u barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Il-Gvern Malti addotta d-direttiva dwar privacy and electronic communications tal-UE li hija magħrufa aħjar bħala il-ban on spam directive? Għalkemm Malta mhijiex membru tal-OECD, ġiet mistiedna sabiex tattendi l-konferenza ta' Frar 2004 li se tiddiskuti l-koperazzjoni multilaterali fil-ġlieda kontra l-użu ta' l-ispam u l-cookies fuq il-web?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dwar it-tieni parti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s'issa fil-Ministeru tiegħi għadha ma waslitx l-istedina għall-konferenza msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jara li anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - u li ma għamilx donation minn fuq it-telephone tiegħu titħassarlu minn fuq il-kont tat-telefon peress li kull darba jgħidulu li se titħassar imma dejjem tidher mal-kont li jirċievi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-uffiċini minn fejn topera l-Gozo Channel qegħdin Malta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn l-uffiċini jiġu ttrasferiti lejn Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
L-uffiċċju prinċipali tal-Gozo Channel ilu għal snin twal ġewwa Sa Maison. Għandha wkoll uffiċċju ġewwa ċ-Ċirkewwa, fejn ikun hemm xi uffiċjali għolja oħrajn.
Huwa l-ħsieb li meta t-Terminal taċ-Ċirkewwa ikun lest, il-Kumpannija titttrasferixxi l-uffiċini hemmhekk. Għawdex jibqa' biss l-uffiċċju tad-Duty Manager.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2315 u 2376 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Gozo Ferries għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' farming out li sar mit-tarzna matul l-2002 u l-2003? Kemm iffrankat it-tarzna bil-farming out?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma sar l-ebda farming out ta' xogħol mit-tarzna. It-Tarzna minn dejjem irrikorriet għal sub-contracting meta kien hemm ħtieġa kummerċjali li tagħmel hekk u bi ftehim mas-sidien tal-vapuri.
Jista' il-Ministru: a) jagħti dettalji dwar ir-rati u kondizzjonijiet ta' kiri ta' l-assi tat-tarzna; b) jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra business plan tax-shipyard illum ġestiti minn kumpanniji ġodda mwaqqfa mill-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jsita' il-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ġdid għall-marketing konsegwenzjali għall-ftehim iffirmat riċentement għar-ristrutturar tat-tarznari? Jekk hemm, dan il-pjan jinkludi niche market?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-pjanijiet tal-marketing, inklużi dawk ta' niche marketing, ma nbidlux minn dawk oriġinali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata sussidju lit-Tarzna, sena b'sena, mill-1987 'il hawn? Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl-istess perjodu, sena b'sena? Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perjodu, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata sussidju lill-MSCL, sena b'sena, mill-1987 'il hawn? Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl-istess perjodu, sena b'sena? Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perjodu, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Minstru jgħid fi vjaġġ tipiku kemm kienu jiswew il-vapuri ta' qabel tal-Gozo Channel biex jitħaddmu f'dak li għandu x'jaqsam ma' fuel, ma' ekwipaġġ u manutenzjoni meta tqabbilhom ma' kemm jiswew il-vapuri l-ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-ispiża tal-Kumpannija Gozo Channel biex topera vjaġġ tipiku bejn l-Imgarr u c-Cirkewwa (one way) hi:-
Vapur Fuel Ekwipaġġ Manutenzjoni
Mgarr/Cittadella LM 22 LM40 (1) LM18.2 (3)
Calypso LM 27 LM40 (1) LM16.3 (3)
Ta' Pinu/Gaudos/Malita LM 55 LM48 (2) LM13.4 (3)
(1) Iċ-ċifra hi bbazata fuq ekwipaġġ ta' 12.
(2) Iċ-ċifra hi bbazata fuq ekwipagg ta' 15.
(3) Iċ-ċifra hi bbazata fuq l-ispiza attwali ta' manutenzjoni li il-Kumpannija Gozo Channel nefqet
fuq il-vapuri msemmija, diviza bil-numri ta' vjaġġi li saru, fuq is-sentejn bejn Ottubru 2000 u
Settembru 2002.
Kumpannija Gozo Channel — Vjaġġ Cargo mill-Imġarr sa Sa Masion
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa lill-kumpannija Gozo Channel it-tħaddim tal-vjaġġ cargo mill-Imġarr sa Sa Masion u x'differenza jagħmel fis-sena kieku l-istess vjaġġ jitħaddem lejn iċ-Ċirkewwa? X'laqgħat saru mal-Gozo Buisness Chamber li tqis dan is-servizz essenzjali għall-ħajja kummerċjali Għawdxija? X'kienu l-konklużjonijiet ta' dawn it-taħdidiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Cargo Service bejn l-Imgarr u Sa Maison jiswa lill-Kumpannija Gozo Channel madwar LM205,000 fis-sena.
F'kaz li jitwaqqaf is-servizz il-Kumpannija tħoss li ma jkunx hemm il-bżonn li tagħmel servizz speċjali għaċ-Cirkewwa, għaliex it-trakkijiet ikunu jistgħu jitilgħu mal-vjaġġi skedati. M'huwiex previst li t-trakkijiet jinzlu kollha f'daqqa f'hin wieħed, imma jitilgħu matul il-ġurnata.
Saret laqgħa waħda mal-Gozo Business Chamber fit-22 ta' Lulju 2003. Din il-laqgħa kienet bla aġenda, fejn iż-żewġ naħat qasmu l-fehmiet tagħhom fuq is-servizz bejn Malta u Għawdex. Ma kien hemm l-ebda konkluzjoni f'din il-laqgħa.
X'passi qed jittieħdu mill-Gozo Channel biex issir vijabbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-vijabilita finanzjarja tal-Gozo Channel tiddependi fuq 'mix' ta' fatturi - tariffi, sussidju tal-Gvern, operat effiċjenti, uzu ta' rizorsi umani u oħrajn - li flimkien jridu jwaslu kemm biex il-Gozo Channel tkun kummerċjalment vijabbli kif ukoll illi tibqa isservi l-iskop originali li għaliha twaqqfet u issa li tnaqqas kemm jista' jkun l-insularita tal-gzira Għawdxija fil-kuntest ta' sussidju mill-Gvern maħdum b'mod car u li hu ekonomikament vijabbli.