Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa' tiġi kkunsidrata t-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ikollha reserved parking viċin ir-residenza tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li mir-rapport tat-tabib ta' l-applikant kif ukoll mir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport, il-problema ta' mobilita ta' l-applikant mhux severa hafna. Iżda l-applikant jista' jappella din id-deċizjoni għand ir-Review Panel, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita, St Joseph High Street, Santa Venera.

Żvilupp Urban u Toroq — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ADT għandha Board ta' Diretturi skond l-Att Numru 332 tal-liġijiet ta' Malta. Dan jikkonsisti f'Chairman, Deputy Chairman, 4 membri u Segratrju. :Sitta minnhom huma irġiel u waħda hija mara li għandha bejn it-30 u l-45 sens. Tlieta mill-irġiel għandhom bejn it-30 u l-45 sena u t-tlieta l-oħra għandhom il fuq minn 46 sena. Barra minn hekk hemm Vintage Cars Board li għandu id-Direttorat tal-Licenzji u Testjar cioe il-Vintage & Classic/Veteran Vehicles. Dan hu kompost minn sitt irġiel li wieħed għandu bejn it-30 u l-45 sena u l-oħrajn għandhom il fuq minn 46 sena. L-aħħar bord li għadu kif ġie mmawaqqaf hu tal Control Vehicular Access (CVA). Dan għandu tlett membri rġiel; tnejn fuq is-64 sena; u wieħed bejn it-30 u l-45 sena. Il-Ministeru/Dipartiment għandu dawn il-Bordijiet: Negotiating Board - Dock No. 1 li huwa kompost minn Chairman, sitt membri u segratarju. Il-membri ta' dan il-bord huma kollha rħiel. Sitt membri għandhom il-fuq minn 46 sena u zewġ membri għandhom bejn it-30 u l-45 sena. Negotiating Board - Ta'Qali Convention Centre Dan il-bord huwa iffurmat minn Chairman u ħames membri. Dawn huma kollha rġiel. Ħamsa minnhom għandhom il-fuq minn 46 sena u wieħed għandu bejn il-30 u l-45 sena.

Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-informażżjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

San Gwann — Pelican Crossing

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12540, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi data meta l-pelican crossing ħdejn l-iskola tal-Gvern ta' San Gwann ser jiġu nstallati speċjalment minħabba li f'dak il-post saru inċidenti koroh u fi ftit xhur oħra ser ikollna sena skolastika ġdida oħra? Jista' jgħid jekk sarux xi talbiet oħra minn dakinhar biex isir dan id-dawl?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l'Awtorita' lestiet il-pjanti meħtieġa u qegħdin isiru l-istimi biex din il-pelican lights titwaħħal.

Triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tinkesa t-triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa li ilha magħluqa sentejn b'inkonvenjenzi kbar għar-residenti tal-Manikata u għal dawk li jużaw din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li saru stimi sabiex jkun ditterminat l-ispiża żejda li trid toħroġ l-Awtorita’ tat-Toroq, ħalli jingħata wiċċ sħiħ tul it-triq kolha u jikkumplimenta dak li jridu joħorġu l-Enemalta u WSC għal xogħol ta' reinstatement' fuq it-trinek tagħhom. L-ispiża addizzjonali fuq l-ADT hija ta’ madwar LM50.000. Kif din l-ispiża addizzjonali tkun approvata t-triq tingħata wiċċ ġdid għat-tul kollu tagħha.

H'Attard — Reserved parking

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19495, 21718, 25977 u 26448 peress li minn spezzjoni li saret fuq il-post, cioe quddiem l-indirizz, 1, Sqaq il-Pjazzetta Nru. 2, Attard minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li r-reserved parking li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari mhux għal użu minn persuni b'diżabilita' u minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa mis-sena 1998 ma nstabitx approvazzjoni għal tali reserved parking, u mir-records tal-Pulizija ma rriżulta li hemm xejn dwar dan il-każ, tista' l-Awtorita' tat-Trasport tneħħi dan ir-reserved parking?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li t-taqsima kienet infurmata mill-Korp tal-Pulizija li l-permess għal tali Reserved Parking kienet inħarget minnhom għal raġunijiet ta' sigurta.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Achille Ferris

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex Triq Achille Ferris f'Ħaż-Żebbuġ tiġi mogħtija t-tarmac u dan għax qed tikkawża problemi lir-residenti tal-lokal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, kienet ġiet asfaltata żmien ilu b'sistema ta' 'chip and spray' u jidher li għad hemm partijiet fit- triq li għadhom ma ġewx żviluppati. B'hekk din it-triq ma kienitx inkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru u l-manutenzjoni għandu jsir mill Kunsill Lokali.

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Għeneb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet saru fi Triq l-Għeneb, Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fit-triq imsemmija kienu jinkludu xogħlijiet fuq bini ta' bankini ġodda u xogħijiet ta' tarmak, kif ukoll xi servizzi fejn meħtieġa. Ninsab infurmat ukoll li quddiem 'plot' partikolari kien hemm problemi minħabba li s-sidien qegħdin il-qorti u fuq talba tal-avukat tagħhom il-bankina ma nbnietx quddiem dan il 'plot'.

Liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk l-anzjani li jagħlqu s-70 sena iħallsu l-liċenzja tagħhom kull sentejn u mhux bl-istess mod bħal dawk ta' etajiet oħra u dan minħabba li qed jeħlu aktar charges minn oħrajn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li bis-saħħa ta' emenda li saret fi Frar ta' din is-sena fir-Regolamenti dwar il-Liċenzji għas-Sewqan ta' Vetturi bil-Mutur, il-liċenzja tas-sewqan ta' persuni li jkunu għalqu s-70 sena bdiet tiġġedded kull ħames snin minflok kull sentejn. Din l-emenda tinsab fir-Regolament Nru 7 ta' l-Avviż Legalli 25 ta' l-2007 li kopja tiegħu qed nerġa' nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għall-informazzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant.

Birkirkara — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti xi indikazzjoni ta' meta sejrin isiru Triq il-Ftieħ u Triq Giovann Mamo, Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-toroq imsemmija huma parti mill-programm ta' toroq illli jridu jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008, hekk kif maħruġ mill-Awtorita' tat-Trasport ta' Malta.

Mosta — Triq Aurora

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isiru jew saru fi Triq Aurora, Mosta, u dan peress li sa riċenti kien hemm drenaġġ li qed ifur fit-triq u wkoll minħabba li meta tinżel kwantita' ta' xita tfur l-istess Triq Aurora?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru xogħol fi Triq il-Ħtajriet li tinsab biswiet Triq Aurora. Bħala parti mix-xogħol qeda tinbena storm water culvert biex il-culvert tax-xita li tinsab fi Triq l-Aurora tkun tista' tiġi imqabbda u b'hekk it-triq imsemmija ma tibqax tfur bix-xita. Ninsab infurmat ukoll li l-WSC qed jikkunsidraw li jsiru xi xogħliiet fuq ' main ' tad-drenaġġ biex tiġi solvuta il-problema eżistenti.

Mosta — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jara li ħitan tas-sejjieħ li huma mingħajr ilqugħ fi Triq Carmelo Sciberras, Triq Patri Delia u Triq Mons. Salamone fil-Mosta jiġu mibnijin mill-ġdid qabel ma jibda l-istaġun tax-xita, u dan kemm għal raġunijiet ta' tisqija tar-raba' kif ukoll għall-ilqugħ tal-ħamrija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ħitan tas-sejjieħ fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma tal-privat u b'hekk ix-xogħlijiet meħtieġa għandhom isiru mill-privat.

Mosta — Tiseija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Carmelo Sciberras u Triq Mons. Salamone fil-Mosta, limiti taż-Żokrija, huma l-uniċi toroq li ma ngħatawx it-tarmac? Jista' jara li dawn it-toroq jingħataw it-tarmac mill-aktar fis possibbli kif ingħataw toroq oħra fil-viċinanza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant kienu ġew asfaltati b'si0stema ta' chip spray' u b'hekk ir-responsabilita' tal-manutenzjoni ta' dawn it-toroq hija tal-Kunsill Lokali.

Mosta — Tiswija ta' toroq

Question

Peress li Triq l-10 ta' Awissu u Triq l-Inkurunazzjoni fil-Mosta għadhom b'aktar minn nofshom bla tarmac u lanqas asfalt, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li jsir dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fil-partijiet ta' Triq l-Inkurunazzjoni li ġew żvillupati kien ingħata asfalt b'sistema ta' 'chip and spray' u b'hekk il-manutenzjoni ta' din it-triq taqa' taħt ir-responsabiita' tal-Kunsill Lokali. Rigward Triq il-15ta' Awissu ninsab infurmat li din it-triq kienet inbniet bit-tarmak. Meta saru l-ispezzjonijiet irriżulta li kien hemm plot li nbniet riċenti u s-sidien ta' dan il-plot għandhom l-obligu li jiffurmaw din il-parti tat-triq.

Żvilupp Urban u Toroq — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-kontijiet tas-safar minn uffiċjali tal-Ministeru bejn Jannar u Marzu 2007, huwa kollu magħluq u m'hemmx subsistence allowance zejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu,2007.

Żvilupp Urban u Toroq — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat kien hemm safra waħda flimkien maċ-Chairman ta' l-ADT ghal l-Ingilterra. L-ispejjez involuti globalment kienu ta' Lm2,296.20 (Lm982.65 rifuzi mill-ADT).

Żvilupp Urban u Toroq — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

In-nefqa ta’ hospitality xahar b’xahar matul Jannar, Frar u Marzu ta’ din is-sena kienet :- Jannar Ministeru/Dipartiment Lm 203.17 Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 1010.97 Frar Ministeru/Dipartiment Lm 200.01 Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 705.79 Marzu Ministeru/Dipartiment Lm 454.49 Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 1746.60

Birgu — Ġnien

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet sabiex ġnien imwiegħed li kellu jsir fuq l-appartamenti ta' Sant' Anġlu l-Birgu jibda jitgawda mir-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ġnien fuq l-appartamenti ta' Sant Iermu f'Sant Anġlu jibda jitgawda meta l-konsorzju jitrasferixxi dan l-ispazju lura lill-Gvern sabiex ikun jista' jiftħu għall-pubbliku. Dan it-trasferiment huwa marbut mall-kuntratt u l-obbligi tal-konsorzju.

Baċir Nru. 1 — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess tal-Baċir Nru. 1? Meta jaħseb li jista' jibda dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa il-proġett tad-Dock No 1 qiegħed fil-fażi ta' negozjati mall-konsorzju ROMEGAS u l-MEPA qed tiproċessa l-permess għall-applikazzjoni ta' l-Outline Development magħmula mill-konsorzju. Il-ħruġ ta' dan il-permess jiddetermina meta jkun jista' jiġi konkluż il-kuntratt mall-konsorzju biex jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Parlament. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew wara dan il-proċess u wara l-konsorzju jiksbu wkoll il-Full Development Permit.

Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpallant. L-għażla ta' dawn il-persuni ssir skond l-prassi li normalment tintuża f'dawn il-każijiet. Il-pagi ta' dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra. Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.