Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lifestyle Clinics

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kemm s’issa kienu l-persuni li rrikorew għas-servizz tal-lifestyle clinics?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa Settembru 2015, attendew 248 –il pazjent ghas-servizz tal-lifestyle clinic.
Leg 12 PQ #20826 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Water Services Corporation – Veccia – ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex wara li sar xogħol minħabba l-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ f’isem il-WSC, fil-Veccia, jista’ jassigura li l-wisgħa kollu tat-triq, jiġi mogħti wiċċ ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-wiċċ tat-triq fejn saru x-xogħlijiet meħtieġa fi Triq San Pawl sar skont il-kundizzjonijiet tal-permess maħruġ minn Transport Malta.
Leg 12 PQ #20827 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi pjani ġodda għandu l-Ministeru biex jiġi assigurat li s-sistema tad-drenaġġ fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, tiżdied biex tilqa’ għat-tkabbir kontinwu tal-popolazzjoni f’dawn in-naħiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi s-sistema tad-drenaġġ f'San Pawl il-Baħar hija adekwata.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – salarji tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-garanzija li qed jagħti hu stess li s-salarji ta’ kull min jaħdem fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex se jibqgħu joħorġu mis-salarji tal-Gvern ma jfissirx li dawn il-ħaddiema se jkunu qed jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, imma fi kwalunkwe post ieħor mal-Gvern u mhux neċessarjament f’Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed jassigura lill-haddiema tac-civil u s-settur pubbliku li qed jahdmu fl-Isptar Generali t’Ghawdex li s-salarji taghhom ser jibqghu jinhargu mill-gvern jew mill-entita’ governattiva li maghha huma impjegati. Qieghed ukoll jassigura li l-kundizzjonijiet tax-xoghol; taghhom skont il-ftehim kollettiv jew il-kuntratt tax-xoghol individwali mal-gvern jew entita’ pubblika jibqghu rispettati.

Naxxar – Triq il-Forġa — dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jiżdied id-dawl fi Triq il-Forġa n-Naxxar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-Enemalta plc ma ntalbitx tapprova jew tagħti l-provvista lil bozoz ġodda fit-trieq imsemmija. L-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi oħrajn m’hijiex responsabilità ta’ Enemalta plc, peress li xi snin ilu dawn is-servizzi iżda għaddew f’idejn il-kunsilli lokali u għadd ta’ entitajiet governattivi oħrajn. Enemalta plc tirċievi applikazzjonijiet mingħand kunsilli lokali u entitajiet governattivi oħrajn biex jiġi determinat jekk il-bozoz ġodda proposti minn dawn l-istess entitajiet humiex fil-fatt meħtieġa, u biex jingħataw gwiedi dwar kif għandhom jitwaħħlu biex jingħataw provvista mis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-pajjiż. Meta dawn il-bozoz jiġu approvati, ikunu l-istess kunsilli lokali jew entitajiet oħra responsabbli li jinstallawhom. Meta jitwaħħlu, Enemalta plc tintalab tagħti l-provvista tal-elettriku lill-istess bozoz billi tqabbadhom mas-sistema tad-distribuzzjoni.

Ċentri tas-Saħħa – occupational therapists

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 20587 u 20588, jista’ l-Ministru jikkonferma li fis-Servizz tal-Kura Primarja (Ċentri tas-Saħħa u Bereġ) m’hemmx servizz ta’ occupational therapy? Il-gvern għandu pjan li jintroduċi dan is-servizz fiż-żmien li ġej bħala parti mill-multi-disciplinary team hekk kif diskuss u ppreżentat fil-konferenza fuq il-Kura Primarja tas-16 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20587 u 20588.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Speech-Language Pathologists

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20579 u jgħid kemm hemm speech – language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Generali t’Ghawdex hemm 9 Speech and Language pathologists. Dawn jipprovdu servizz fl-Out-Patients tal-istess sptar (Hospital based Community Clinic), fil-Wards kollha, fl-iskejjel kollha tal-Gozo College għat-tfal li jattendu dawn l-iskejjel, fis-Sannat Resource Centre, fiċ-Ċentru ta’ Santa Marta li jiġi offrut servizz ta’ konsulenza fejn jiġu diskussi diffikultajiet skond il-każijiet, jattendu Individual Education Programmes tal-istudenti li fl-iskola għandhom l-għajnuna tal-learning support assistant, jagħmlu school visits fejn jaraw li dawn huma ta’ għajnuna għat-tfal li jkunu qed jieħdu s-servizz tal-ispeech language pathologists, jattendu case conferences skond il-ħtieġa u jattendu home visits għall-persuni li huma mmobbli fil-każ tal-immaniġjar ta’ diffikultajiet relatati ma’ kif jieklu.

Sptar Karen Grech – Speech-Language Pathologists

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20578, u jgħid kemm hemm speech–language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Karen Grech? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Karen Grech hemm 9 Speech and Language Pathologists. Dawn jaghtu s-serizz taghhom fl-in patient wards.

Pre-op Clinics

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-pre-op clinics humiex se jsiru flimkien u mhux jibqgħu maqsuma skont l-ispeċjalizzazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sezzjonijiet tal-Pre-op Clinics se jibqghu jsiru skont l-ispecjalizzazzjoni.
Leg 12 PQ #21549 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex – second class water

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex l-ilma, hekk imsejjaħ second class li qed jiġi prodott mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex, jibda jintuża? Meta mistenni jibda jintuża dan l-ilma u min se jkun qed jużah? Il-bdiewa u r-raħħala Għawdxin se jkollhom opportunità li jużaw minn dan l-ilma u jekk iva taħt liema kundizzjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-bini tal-impjant huwa lest u l-impjant tpoġġa f'postu. Qed isiru l-arranġamenti sabiex jitwaħħal il-makkinarju u l-pajpijiet anċillari, u wara li jiġi ttestjat, dan ikun jista' jiġi ppumpjat għall-użu. Sadanittant, il-pajp qed jiġi estiż sa Kerċem fejn hemm numru sew ta' raħħala u bdiewa li huma interessati li jużaw dan l-ilma. Huwa mistenni li l-impjant ikun finaliżżat lejn it-tieni nofs tas-sena d-dieħla. In- New Water prodott fl-impjant ta' Għawdex se jkun potenzjalment jista' jintuża għall-agrikoltura, industrija, landscaping u recharge tal-akwifers. Il-kundizzjonijiet għall-użu tiegħu għadhom qed jiġu diskussi.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiex impjegat mal-Ministeru tiegħu jew f’wieħed mid-dekasteri tiegħu bħala Chief Officer HR and Change Management? Jista’ jgħid meta ġie maħtur f’din il-kariga u f’liema skala tal-gvern hi din il-kariga? Jista’ jgħid jekk din il-kariga hijiex bħala position of trust? Jekk mhux bħala position of trust, jista’ jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika u f’liema gazzetta tal-gvern (data preċiża) kienet ippublikata? Jista’ jpoġġi kopja tal-ittra tal-ħatra fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija tokkupa l-kariga ta' Chief Officer HR and Change Management. Din il-pożizzjoni hija fi skala 3.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux impjegat fi ħdan il-Ministeru tiegħu bħala uffiċjal tal-customer care? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu huwiex impjegat bħala position of trust? Jista’ jgħid jekk hux minnu li n-neputijiet ta’ dan l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġewx impjegati fi ħdan il-customer care ta’ Mater Dei u mal-Garaxx tal-Ambulanzi ġewwa St. Lukes? Jista’ jgħid jekk inħarġitx sejħa pubblika għal dawn iż-żewġ impjiegi jew jekk dawn humiex bħala position of trust? Jekk huma impjegati bħala position of trust, jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk dawn kienu impjiegi permezz ta’ sejħa pubblika, jista’ jgħid meta kienu ppublikati fil-gazzetta tal-gvern (data preċiża)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel żewġ persuni msemmija huma membri fis-Segretarjat skont kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers' Secretariats liema kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tielet persuna msemmija jokkupa l-kariga ta' Transport Officer fi skala 16.

Sptar Mater Dei – investigazzjoni dwar priġunier li miet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21492 u għall-istqarrija li ħarġet fis-26 ta’ Ottubru 2015, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta li kienet il-kawża tal-mewt mill-awtopsja (mhux l-inkjesta) li saret fuq il-katavru ta’ dan il-priġunier?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rizultat ta' awtopsja huwa parti integrali minn inkjesta magisterjali u id-Dipartiment tas-Sahha ma jkollux access ghal tali informazzjoni. Din tista biss tinkiseb minn ghand il-magistrat inkwerenti wara illi jsiru il-proceduri legali formali.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Bord tal-Inġustizzji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21346, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-Inġustizzji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Inġustizzji fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa kompost minn Michael Parnis bħala Chairman, u Domnic Sciberras u Anthony Mifsud bħala membri.

Ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Isptar St James

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ operazzjonijiet se jsiru wara li dan is-sajf ġie mħabbar ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Isptar St James? Kemm se jibbenefikaw pazjenti minn dan il-ftehim?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bil-ftehim imħabbar matul is-Sajf li għadda s’issa saru mal-145 operazzjoni fl-Isptar St James, imħallsa mid-Dipartiment tas-Saħħa. Dawn l-operazzjonijiet huma meqjusa intermedjarji u huma day surgeries. Fost l-operazzjonijiet hemm dawk tal-Ears Nose and Throat (ENT) fosthom operazzjonijiet tat-tunsilli, operazzjonijiet tal-ftuq, kif ukoll operazzjonijiet vaskulari. F'Novembru dahal fis-sehh ftehim iehor dwar hip u knee replacements. Sa Issa saru 12 minn dawn l-operazzjonijiet.

Sptar Mater Dei – tul ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fuq medja, kemm qiegħed jistenna pazjent fl-Emerġenza? Jista’ jgħid ukoll kemm, fuq medja, kien idum jistenna pazjent fl-Emerġenza fil-ħames snin li għaddew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ghal dawn l-ahjar sitt xhur madwar 90% ta’ dawk kollha li jidħlu l-Emerġenza jinqghed f'anqas minn 4 sieghat. Dan jikkontrasta bi kbir ma' dak li kien jigri sa sentejn ilu, meta l-medja ta' stennija fl-emergenza kienet ta' 13-il-siegha.

Qasam tas-Saħħa – infermieri ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex nassiguraw li jkollna biżżejjed infermiera fid-dawl tal-fatt li bil-proġetti l-ġodda mħabbra fil-qasam tas-saħħa, mistennija tiżdied id-domanda għall-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena skolastika li ghadha kemm bdiet ftit tax-xhur ilu dawk l-istudenti li qegħdin jieħdu l-kors fl-MCAST, Advance Diploma in Health and Social Care, se jkollhom il-kwalifiki tagħhom rikonoxxuti mill-Università ta’ Malta u se jkunu jistgħu jkomplu jistudjaw in-nursing fl-Università ta’ Malta. Permezz ta’ dan il-ftehim huwa stmat li l-infermiera l-ġodda fis-snin li ġejjin jiżdiedu b’mod sostanzjali. Dan jikkontrasta bil-kbir ma’ dak li kien jiġri bejn l-2006 u l-2010 meta gvern preċedenti kien daħħal numerus clausus fuq il-kors tan-nursing biex kien illimita n-numru ta’ studenti li setgħu jagħżlu dan il-kors. Ta’ kull sena wkoll id-Dipartiment tas-Saħħa, jipparteċipa f’kampanji mtella’ mill-Unjin tal-Infermiera u Qwiebel (MUMN) bil-għan biex aktar żgħażagħ jagħżlu karriera fin-nursing.

Sptar Mater Dei –Servizz ta’ IVF b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il koppja bbenefikat mis-servizz tal-IVF b’xejn fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Dicembru 2015, 177 kopja ibbenefikaw mis-servizz b'xejn tal-IVF fl-Isptar Mater Dei. B’kollox sa issa, din is-sena twieldu ħames trabi, hekk kif koppja kellhom tewmien. It-trabi kollha li twieldu huma bniet. Bħalissa hemm 27 koppja li għadha qed tistenna tarbija, ghalkemm ir-rizultati tal-IVFs li saru dan ix-xahar ghandhom mhux mgharrufa .

Proċess ta’ IVF – miżuri biex aktar koppji jagħmlu użu minn dan il-proċess

Question

Minħabba li għad hawn koppji li bis-sistema tal-IVF preżenti xorta ma jistax ikollhom tfal, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex aktar koppji jkunu jistgħu jużaw l-IVF?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Gvern hatar "Review working Group" kompost minn esperti mill-Ministeru tal-Energija u s-Sahha, mill-Ministeru tal-Gustizzja kif ukoll mill- Ministeru tal-Libertajiet Civili biex jevalwa t-tibdiliet necessarji fil-Ligi prezenti tal-IVF u jhejji rapport dwar dan.

Ċittadini minn pajjiżi milquta bil-gwerra jingħataw kura f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikollna sejħiet minn pajjiżi milquta bi gwerra biex ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi jiġu għall-kura f’Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul it-tieni konflitt fil-Libja ‘l hawn kellna 165 –il talba ghall-kura f’Malta. Barra minn hekk fl-ahhar zmien kellna ukoll 300 mitt talba ghal kura elletiva. Din minhabba li s-sistema tas-sahha fil-Libja hija batuta sew.