Enemalta — Expression of Interest and Capability for Energy Supply - pariri legali
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'pariri legali ħa biex wasal għall-konklużżjoni li l-proċess adottat fil-Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation, huwa eżenti mill-Public Procurement Regulations u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali pariri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-regoli kollha rilevanti se jkunu qed jigu segwiti.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-arbli li fuqhom hemm is-servizzi tal-Korporazzjoni Enemalta, bejn in-Naxxar u s-Salina, fejn l-arbli jinsabu fir-raba, dawn l-istess arbli jinqalgħu u jinbidlu ma' oħrajn ġodda, issa li l-għelieqi se jkunu mingħajr prodotti fix-xhur tas-sajf, għaliex jinsabu fi stat ħażin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-arbli jinbidlu skont sistema apposta li titħaddan mill-Korporazzjoni Enemalta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 428, dwar il-permessi għat-tqegħid tal-pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub, kif ukoll jindika kif l-istess ilma li se jkun qed jitwassal għand il-bdiewa għal skop agrikolu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji kollha tal-approvazzjoni ghall-progett ghat-tqeghid ta' pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma ngħatat f'seduta tal-Bord tal-MEPA li saret fit-18 t'April, 2013.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proċess li kien imwiegħed sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu l-metodu u l-frekwenza ta' meta jirċievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi risposta tingħata f'seduta oħra
Enemalta — Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk skont l-espressjoni ta' interess u kapaċità għal Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement il-Korporazzjoni Enemalta se tixtri biss id-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Expression of Interest and Capability ħarġet għall-Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.
Power station il-ġdida — redeployment ta' ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li waqt laqgħa li membri tal-Gvern preżenti kellhom mal-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet kienu weduhom li l-ħaddiema li se jispiċċaw redundant mill-Marsa Power Station u mid-Delimara Power Station phase 1 kienu se jiġu redeployed fuq il-power station il-ġdida?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din il-laqgħa smajna u ddiskutejna mal-ħaddiema l-futur tal-Enemalta.
Power station il-ġdida — responsabilità għat-tħaddim u manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk skont l-espressjoni ta' interess u kapaċità għal Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement min se jieħu x-xogħol tal-bini tal-power station il-ġdida hux se jkun responsabbli ukoll għat-tħaddim u manutenzjoni tal-power station il-ġdida kif ukoll għax-xiri tal-gass?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Expression of Interest and Capability ħarġet għall-Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.
Jista' l-Minsitru jara li mad-dawra tal-fabbrika fl-Imrieħel, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tkun mixgħula?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta qed tistenna l-applikazzjoni mill-Kunsill Loakli ta' Birkirkara biex is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata.
B’referenza għall-istqarrija tal-Gvern fejn ħabbar il-membri l-ġodda tal-bord tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA), jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV ta’ kull persuna magħżula bħala membru fil-bord?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-bord huma dawn:
Is-Sur Francis Cassar, Chariman
L-Inginier Marjohn Abela, Deputat Chariman
Profs. Manfred Weissenbacher, Membru
Dr Katrina Borg Cardona, Membru
Dr Simon Schembri, Membru
Is-Sur Christopher Buttigieg, Membru
Is-Sur Mario Azzopardi, Membru
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-Risposta mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — membri tas-segretarjat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull kariga?X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jibda jiġi prodott ilma second class mill-inħawi tal-Mellieħa? Skont il-pjani li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fejn se jintuża dan l-ilma, u minn min?
Response (MIZZI, KONRAD)
Kif ġie rispost fil-mistoqsija parlamentari 428, l-ilma ttrattat u ppurifikat mill-Impjant ta' Trattament tad-Drenaġġ ta' Ċumnija limiti tal-Mellieħa jista' jintuża fost l-oħrajn mis-Settur Agrikolu.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi tal-ilma u drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fi Triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar, is-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ humiex mgħoddija matul it-triq kollha, kulfejn hemm it-tarmac mogħti? Jekk le, f'liema parti tat-triq hemm servizzi li huma nieqsin (mhux imqiegħda f'posthom)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija tingħata seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Transfers
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari Numru 214.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li, peress tnaqqsilha s-sussidju tad-dawl u ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 284 nixtiequ ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-power station il-ġdida mill-gvern preżenti, inkluż iż-żewġ tankijiet tal-gass hux se jikkomplika u jżomm milli jinħarġu l-permessi tal-bini mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba s-Seveso Convention fl-akkwati ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi se nimxu mal-obbligi kollha mitluba mil-Liġi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saret l-applikazzjoni għat-tqegħid ta' pipeline mill-Mellieħa għal Binġemma quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? X'użu mistenni jsir minn dan il-pipeline? Min se jkun jista' jagħmel użu minn dan l-istess pipeline? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rotta li minnha se jghaddi dan il-pipeline?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni quddiem il-MEPA għat-tqegħid ta' pipeline minn tal-Mellieħa sa Binġemma saret fit-2 ta' Settembru, 2011. Qed jigu annessi pjanti li juru r-rotta li minnha se jiġi mgħoddi dan il-pipeline.
Enemalta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-espressjoni ta' interess u kapaċità għal Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess biex bidders jirċievu l-EOIC huwa spjegat fil-website tal-Enemalta