Laqgħat mal-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi – abbozz ta’ liġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm minn Marzu 2013 bejnu, jew il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, u l-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi dwar il-bżonn ta’ abbozz ta’ liġi li jkun jirregola l-professjoni tal-interpreti u t-tradutturi? Fejn wasal ix-xogħol biex ikun hemm tali abbozz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li minn Marzu tal-2013 il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, iltaqgħet mal-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi tliet darbiet. F’dawn il-laqgħat ġie diskuss kif għandu jinbena l-qafas legali biex jirregola dawn il-professjonijiet. L-ewwel abbozz ta’ liġi, li għandu l-iskop li joħloq dan il-qafas, tfassal bl-intenzjoni li jiġi eventwalment ippreżentat għal konsultazzjoni pubblika.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28030, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskemi li hemm imsemmija fir-risposta tal-istess mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi hemm numru ta' skemi ta’ assistenza ta' SportMalta li huma aċċessibbli fuq: https://www.sportmalta.org.mt/assistance/sports-organisations u https://www.sportmalta.org.mt/assistance/tax-rebates
Infurmat ukoll li skemi oħrajn ta’ assistenza, fosthom il-Capital Expenditure Scheme u l-iSports Tourism Scheme se jkunu mnedija iktar tard din is-sena.
Skola Primarja tal-Gvern – tfal li jinżammu wara l-ħin tal-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm ġenituri, li ddeċidew li jħallu lil uliedhom, f'kull skola primarja tal-Gvern għal xi ħin wara l-ħin normali tal-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti reġistrati fis-servizz ta’ Klabb 3-16 fl-iskejjel primarji tal-Gvern (data ta’ Ottubru 2016) hu kif se nsemmi:
Ċentru
Numru ta’ tfal
Attard
67
Birkirkara
64
Birżebbuġa
42
Fgura
35
Ħamrun
17
Ħaż-Żabbar
32
Ħaż-Żebbuġ
25
Luqa
55
Marsascala
45
Mellieħa
40
Mġarr
59
Mosta
62
Naxxar
25
Paola
72
Pembroke
85
Qormi San Ġorġ
32
Rabat
18
San Ġwann
63
Santa Venera
20
Siġġiewi
15
Sliema
60
St Julians
20
St Paul's Bay
83
Valletta
13
Victoria
9
Xagħra
10
Żejtun
48
Żurrieq
58
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jikkonsidra l-possibbilità li jipprovdi trasport għat-tfal tal-kindergarten, lejn l-iskejjel li fihom jattendu dawn it-tfal?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jikkonsidra dan is-servizz komplimentat ma’ on board supervision.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati b’contract for service
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27999, peress li l-Ministru naqas li jagħti l-informazzjoni mitluba dwar impjegati b’contract for service fil-pre¿ent mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inklu¿ fis-segretarjati privati tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari, kif ukoll mad-Direttorati tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min huma, kemm hi r-rata li qed jitħallsu biha u kemm kienet in-nefqa s'issa għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-nefqa s'issa fuq contracts for service għal din is-sena hi ta' €768,458.57. Dispost li nagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba privatament u b'mod kunfidenzjali.
Alternative Learning Programme – tfal li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tfal li attendew l-Alternative Learning Programme u li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC din is-sena? Jekk iva, kemm kien hemm? Għal liema eżamijiet qagħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm tmint (8) itfal li qagħdu għall-eżami tal-Matsec fl-Arti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tfal li attendew mill-ftuħ tal-Iskola Ġużè Ellul Mercer u qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC? Jekk iva, kemm kien hemm? Għal liema eżamijiet qagħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li studenti fil-programm edukattiv GEM 16+ resqu għall-eżamijiet tas-SEC kemm f’Mejju 2016 kif ukoll f’Settembru 2016.
B’kollox kien hemm sittin (60) li qagħdu għas-sessjoni ta’ Mejju u tlieta u għoxrin (23) għal dik ta’ Settembru.
L-istudenti resqu għall-eżamijiet fis-suġġetti mgħallma fil-programm edukattiv li huma: il-Malti, l-Ingli, il-Matematika u l-Fiżika. Kien hemm ukoll xi studenti li għamlu eżamijiet f’suġġetti oħra b’mod privat.
San Pawl il-Baħar – Skola Primarja tal-Qawra — tenders
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28028, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tenderers li tefgħu t-tender, u x'kienu l prezzijiet li ntefgħu f'din it-tender? Għal dak li jikkonċerna t-tenders tal-bini jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi restrizzjonijiet partikulari għal dawk li jistgħu jitfgħu din it-tender?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li kien hemm ħames tenderers li tefgħu t-tender għall-iskavar. Il-prezzijiet li ntefgħu għal din it-tender huma kif se nsemmi:
§ €339,997.00
§ €373,302.50
§ €419,575.00
§ €430,944.00
§ €437,282.50
Rigward it-tender għall-kostruzzjoni ta’ din l-iskola, is-sejħa għall-offerti hija ta’ open procedure. It-tenderers iridu jilħqu l-kriterji kollha mitluba skont l-Artiklu 7 “Selection and Award Requirements” tad-dokument biex ikunu eliġibbli għall-kuntratt.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28029, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fuq is-sit li tħaffer sa issa hemmx spazji biex jekk ikun hemm deċiżjoni dwar il-bini ta' Assembly Hall u Ċentru Sportiv, fil-fatt dawn il-binjiet ikunu jistgħu jinbnew fuq l-istess sit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fit-tħaffir fuq is-sit li sar sa issa m’hemmx inkluż spazju riservat għall-bini ta’ Assembly Hall u Ċentru Sportiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ? Jista’ jgħid ukoll x'kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati, kif ġew magħżula u fejn kienu jaħdmu qabel ma ngħaqdu ma' din l-aġenzija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jaħdmu 84 persuna. Minnhom 44 huma tutors impjegati wara sejħa pubblika. Erbatax (14) oħra huma Nwar Centre Administrator impjegati wara sejħa interna. Żewġ persuni oħra jagħtu servizz permezz ta' contract for service, wieħed bħala Executive Secretary u l-persuna l-oħra bħala Clerical Officer - Customer Care. L-informazzjoni dwar l-24 impjegat ieħor hija kif se nsemmi:
Impjieg
Għażla
Chief Executive Officer
Contract/Detailed - DQSE
Deputy Chief Executive Officer
Ex FES
Senior Manager - AKT
Public Call
Senior Manager - Nwar
Public Call
Principal
Detailed - SLS
Clerical Officer - Customer Care
Public Call
Executive Secretary
Ex FES
Clerk P/T
Detailed -DES
Senior Clerk
Detailed -DES
Programme Coordinator
Public Call
Literacy Support Teacher
Detailed - DQSE
Teacher
Detailed - DQSE
Bilingual Rescource Teacher
Detailed - DQSE
Teacher-Librarian
Detailed - DQSE
Teacher
Detailed - DQSE
Learning Support Assistant II
Detailed - DES
Teacher-Librarian
Detailed - SLS
Teacher-Librarian
Detailed - SLS
Teacher-Librarian
Detailed - DQSE
Library Officer
Detailed - SLS
Senior Assistant Librarian
Detailed- SLS
Library Assistant
Detailed- SLS
Library Assistant
Detailed- SLS
General Hand
Detailed- SLS
Persuni minn Għawdex maqtugħa mir-reġistru tax-xogħol
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28047, fejn fit-tweġiba ngħad li f'Għawdex, fis-sena 2015 u 2016 kien hemm, rispettivament 1,648 u 1,218 persuni minn Għawdex li nqatgħu mir-reġistru tax-xogħol u peress li dan għal Għawdex jidher li hu numru esaġerat jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-figuri humiex tajba u jekk fin-negattiv jista' jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid kemm kienu l-persuni minn Għawdex li matul is-sena 2015 u 2016 (separatament) inqatgħu mir-reġistru tax-xogħol? Kemm kienu dawk li nqatgħu għax sabu xogħol? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li nqatgħu l-oħrajn li ma sabux xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ċ-ċifri li ngħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28047 huma korretti u jinkludu lil Għawdex biss.
Filwaqt li ċ-ċifri tal-qgħad mogħtija fl-aħħar tax-xahar juru numru ta’ persuni jirreġistraw b’mod uniku, meta tingħata informazzjoni dwar iċ-ċaqliq jew tibdil fir-reġistrazzjoni tal-qgħad, persuna tista’ tingħadd aktar minn darba skont kemm ’il darba l-istess persuna tkun daħlet jew ħarġet mir-reġistru (flow).
Statementing Board – tfal li qed jistennew Learning Support Assistant
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma t-tfal li qed jistennew biex jersqu quddiem l-Istatementing Board biex jingħataw Learning Support Assistant? Jista’ jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm minnhom huma b’diżabilità fiżika, minn liema skejjel ġew mitluba u kemm ilhom jistennew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda tifel jew tifla b’diżabbiltà fiżika jew kundizzjoni severa li qed jistennew biex jidhru quddiem l-Istatementing Moderating Panel għaliex dawn il-każijiet jingħataw prijorità.
Il-każijiet pendenti huma kif se nsemmi:
Sena
Tal-Istat
Tal-Knisja
Indipendenti
Għawdex
Total
2015
150
94
24
5
273
2016
268
108
28
17
421
418
202
52
22
694
Infurmat li ħafna minn dawk li hemm pendenti huma każijiet li mhux suppost jersqu quddiem l-iStatementing Board imma suppost jingħataw l-għajnuna mir-riżorsi li diġà hemm fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal b’awtiżmu fl-iskejjel skont l-età u l-livell ta’ awtiżmu? Jista’ jgħid x’forom ta’ għajnuna jingħataw lil dawn it-tfal fl-istudji tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li għandhom il-kundizzjoni tal-Awtiżmu jiġu referuti għal diversi servizzi ta’ għajnuna. Dawn jinkludu s-Servizz tal-Autism Spectrum Support Team (ASST), is-servizz tal-Early Intervention f’każ ta’ studenti li għandhom sa ħames snin, kif ukoll is-servizzi tal-Access and Communication Technology Unit, li lkoll jinsabu fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent. Barra minn hekk il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtri s-servizzi ta’ NGOs li joffru sostenn speċjalizzat lil dawn l-istudenti kemm fl-iskejjel u anke f’ċentri oħra barra l-iskejjel.
Infurmat li l-għadd ta' tfal b'awtiżmu fl-2015 kien kif se nsemmi:
2015
Autism
126
Asperger
5
Communication difficulties
94
Pervasive Developmental Disorder (PDD)
1
Università ta’ Malta – studenti li qed jistudjaw fil-livell ta’ PhD
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li qed jistudjaw fil-livell ta' PhD, fl-Università ta' Malta, preżentement? F'liema oqsma ta' studju qed jistudjaw? X'inċentivi qed jingħataw biex l-ikbar numru ta' persuni possibbli jkomplu jistudjaw f'dan il-livell?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28015.
Attachments:PQ 28076 - L-Universita' ta' Malta - studenti li qed jistudjaw fil-livell ta' PhD.pdf
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru hux qed jinċentiva, b'xi mod li persuni li diġà qed jaħdmu bħala għalliema, biex ikomplu jistudjaw ħalli jkunu f'pożizzjoni li jtejbu l-livell tat-taħriġ tagħhom, kif ukoll li jkunu jistgħu jwessgħu l-oqsma ta' studju li huma jkunu qed jgħallmu, fil-każi fejn hemm għalliema mill-iskejjel sekondarji, u kif qed jingħataw taħriġ iktar wiesgħa l-għalliema tal-iskejjel primarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fost l-inċentivi li l-Ministeru qed joffri sabiex għalliema li diġà qed jaħdmu jkunu jistgħu jingħataw l-opportunità li jtejbu l-livell ta’ taħriġ tagħhom, ta’ min ifakkar li fis sena 2015 ġiet imħabbra l-skema ta’ Sabbatical għal gradi Edukattivi. Ta’ min jgħid li din l-iskema qed titwettaq kif ukoll ġiet estiża biex minbarra l-ħaddiema fil-gradi edukattivi tal-Gvern (ċjoè fis-servizz pubbliku) ikunu jistgħu jibbenefikaw minnha wkoll il-ħaddiema fil-gradi edukattivi li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti.
Din l-iskema tagħmilha aktar possibbli biex uffiċjali fi gradi edukattivi, fosthom l-Għalliema li jinvestu fl-iżvilupp professjonali u akkademiku tagħhom, ikunu jistgħu jiddedikaw ħin għat-taħriġ bl-anqas impatt possibbli fuq it-tagħlim fil-klassi. Biex jagħmlu dan l-uffiċjali jkunu jistgħu japplikaw taħt skema B għal leave biex ikunu assenti mid-doveri normali tagħhom għal perjodu qasir ta’ ftit jiem jew taħt skema A għal perjodu aktar fit-tul sa mhux aktar minn sena akkademika. Fil-każ tal-iskema A, toħrog sejħa għal applikazzjonijiet darba fis-sena għas-sena skolastika li jkun imiss. L-applikanti eliġibbli jintgħażlu skont proċess ta’ għażla.
Mill-iskema kategorija A bbenefikaw sa issa tnejn u għoxrin uffiċjal fil-gradi Edukattivi fosthom 15-il Għalliem bi spiża totali li tlaħħaq ‘il fuq minn €800,000 fi ħlasijiet ta’ salarji tal-benefiċjarji u sostituti. Minn kemm ilha titħaddem l-iskema sebgħa u erbgħin 47 uffiċjal fi gradi edukattivi bbenefikaw minn leave qasir dwar studju taħt l-iskema B.
It-tagħrif dwar din l-iskema jinsab fil-websajt tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Opportunitajiet mid-Dipartiment tal-Kurrikulu
Bħalma jsir f’Lulju u f’Settembru ta’ kull sena, dan l-aħħar inżammu l-Inservice Courses mogħtija mid-Dipartiment tal-Immaniġġjar tal-Kurrikulu. L-għalliema tal-primarja u tas-suġġetti kollha tas-sekondarja kellhom l-opportunità li jsaħħu l-ħiliet u t-tagħrif tagħhom meta attendew għal xi wieħed mill-ħafna korsijiet li jinżammu f’dawk ix-xhur.
Imma barra minn hekk fix-xhur li għaddew l-għalliema tal-Ingliż u dawk tad-Disinn u t-Teknoloġija kienu offruti l-opportunità li jattendu għal korsijiet speċjalizzati. Fil-fatt l-għalliema tal-primarja dan l-aħħar ingħatatilhom l-opportunità li jieħdu sehem fil-Cambridge English Course (Ceritificate in English Language Teaching - Primary, CELT-P). Dan hu kors ta’ blended learning li jingħata f’total ta’ 120 siegħa u hu miftuħ għal għalliema li ġejjin kemm mis-settur tal-istat kif ukoll dawk mhux statali. Il-kors jinkludi taħriġ mogħti minn nies speċjalizzati fejn jiġu żviluppati l-erba’ ħiliet tal-lingwa u l-użu tal-lingwa fil-primarja. Temi oħra f’dan il-kors jinkludu wkoll tagħrif fuq riżorsi għat-tagħlim fil-klassi tal-primarja, kif timmaniġġja l-klassi tal-primarja, u l-assessjar tat-tagħlim tal-lingwa fil-kuntest tal-primarja.
Taħriġ simili qed jingħata wkoll lill-għalliema tal-iskejjel sekondarji. Dan il-kors, CELT-S ħa jingħata tul is-sena skolastika 2016/2017. Dan il-kors jinkludi kontenut li jkun segwit onlajn u l-għalliema jkollhom iċ-ċans li jipprattikaw fil-klassi dak il-materjal li jagħmlu fil-kors filwaqt li xorta jsegwu l-kurrikulu bbażat fuq il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali. Għalliema li jsegwu dawn il-korsijiet ser ikun akkreditati mill-Cambridge English wara li diġà segwew żewġ partijiet ta’ dan il-kors aktar kmieni din is-sena.
F’Ġunju tal-2016 ingħata kors ieħor mill-Cambridge English għal għalliema tal-Ingliż. Dan il-kors kellu l-għan li jkompli jibni fuq tagħrif ta’ kif isir l-assessjar tal-istudenti u kif jista’ jkun żviluppat assessjar li jkollu impatt pożittiv fuq it-tagħlim. Dan il-kors saħaq fuq aspetti differenti tal-assessjar bħalma huma l-assessjar ta’ ħiliet reċettivi (il-qari u s-smigħ) u l-ħiliet produttivi (il-kitba u d-diskors).
Barra minn hekk l-għalliema tal-Ingliż attendew kors Inservice msejjaħ Differentiation in the Secondary English Classroom li nżamm f’Lulju u f’Settembru ta’ din is-sena.
Fix-xhur li għaddew gradi differenti ta’ edukaturi, fosthom għalliema, kapijiet ta’ dipartimenti, uffiċjali edukattivi u kapijiet jew assistenti kapijiet tal-iskejjel, ingħataw taħriġ li kien jinkludi attendenza u parteċipazzjoni f’seminars, workshops u webinars. It-temi trattati kienu jinkludu it-tagħlim ibbażat fuq il-logħob, Edukazzjoni għal Żvilupp Sostenibbli u pedagoġiji tat-tagħlim tal-Matematika u suġġetti oħra.
F’suġġetti bħalma huma d-Disinn u Teknoloġija sar taħriġ speċjalizzat għall-għalliema permezz ta’ Sessjonijiet ta’ Sapport bil-għan li jkun hemm upskilling tal-ħiliet fl-użu ta’ magni u apparat li jintuża fit-tagħlim ta’ dan is-suġġett. Għalliema tal-ICT ser jingħataw il-possibiltà ta’ taħriġ bi preparazzjoni għall-introduzzjoni tas-sillabu l-ġdid tal-ICT.
L-uffiċjali edukattivi responsabbli mill-primarja ħa jingħataw taħriġ fl-użu tat-tablets ħalli hekk ikunu jistgħu jagħtu s-sapport tagħhom lill-għalliema tar-Raba’ Sena tal-primarja li l-istudenti tagħhom qorbu biex jingħatalhom it-tablet.
Bl-istess mod ġew imħarrġa l-edukaturi kollha li ser ikollhom x’jaqsmu mal-inizjattiva tal-One Tablet Per Child.
Taħriġ għall-Għalliema li jixtiequ jgħallmu suġġetti vokazzjonali
Għal dawn l-aħħar sentejn, id-Dipartiment tal-Kurrikulu, flimkien mal-Istitut għall-Edukazzjoni, organizza kors ta’ taħriġ għall-għalliema li wrew interess li jgħallmu xi wieħed mill-ħames suġġetti vokazzjonali ġodda fil-livell ordinarju tal-Bord tal-MATSEC. Il-kors joffri taħriġ fuq id-dokument uffiċjali fuq is-suġġetti vokazzjonali maħruġ mill-Bord tal-MATSEC, fil-kontenut tal-sillabu tas-suġġetti vokazzjonali, fil-kitba tal-programmi ta’ tagħlim, fil-mod applikat ta’ kif għandhom jiġu mgħallma dawn is-suġġetti, fil-proċedura innovattiva ta’ assessjar, u fuq il-mili ta’ dokumenti uffiċjali tal-MATSEC fuq il-proċess tat-tagħlim u tal-assessjar. Dan il-kors ta’ taħriġ huwa mifrux fuq 70 siegħa kif ġej:
· Fl-ewwel sena: taħriġ ta’ 40 siegħa fuq l-ewwel Unit (
Form 3
)
· Fit-tieni sena: taħriġ ta’ 15-il siegħa fuq it-tieni Unit (
Form 4
)
· Fit-tielet sena: taħriġ ta’ 15-il siegħa fuq it-tielet Unit (
Form 5
)
Bi ftehim mal-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta, dan il-kors huwa offrut ukoll lill-istudenti tal-Fakultà li waslu fl-aħħar sena tal-kors tal-B.Ed jew li qegħdin jagħmlu l-PGCE. Matul is-sena skolastika 2014-15 ġew ittrenjati 106 għalliem u 60 student universitarju f’Unit 1 tas-suġġetti vokazzjonali. Matul is-sena skolastika 2015-16 dawn ġew ittrenjati wkoll f’UNIT 2. It-taħriġ f’UNIT 1 reġa’ sar għal 75 għalliem u 17-il student universitarju ieħor li wrew l-interess jgħallmu xi wieħed mill-ħames suġġetti vokazzjonali.
Opportunitajiet mill-Institute for Education
L-Istitut għall-Edukazzjoni nieda l-Adaptation course li hu kors ta’ Post Graduate Certificate for Teaching and Learning in the Primary Sector f’Livell ta’ MQF 7 għall-għalliema gradwati fit-tagħlim f’suġġett mgħallem fis-sekondarja biex ikunu jistgħu japplikaw għal pożizzjoni regolari fil-Primarja skont l-MOU tal-2009 bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol u l-MUT.
L-Istitut għall-Edukazzjoni nieda wkoll l-Introductory course li hu kors f’Livell ta’ MQF 6 għall-għalliema li mhumiex iggradwati fit-tagħlim. Dan ukoll sar skont l-MOU tal-2009 bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol u l-MUT.
L-Istitut ħoloq ukoll korsijiet qosra u akkreditati bħala taħriġ kontinwu biex ikun jista’ joffrihom lid-diversi edukaturi skont il-ħtiġijiet li jkollhom fil-professjoni tagħhom. Dettalji dwarhom jistgħu jinkisbu minn www.instituteforeducation.gov.mt .
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma tal-ambaxxaturi tal-qari? Kemm kien hemm sessjonijiet minn meta bdiet din l-inizjattiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-Programm ‘L-Ambaxxaturi tal-Qari’ immexxi mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu huwa li jkompli jrawwem in-namra għall-qari fost it-tfal, u dan bis-sehem ta’ personalitajiet magħrufa lokali li qed jagħtu spinta lill-qari permezz ta’ attivitajiet ta’ qari għall-gost u diskussjoni fi skejjel u postijiet differenti.
Mill-bidu tal-programm sal-aħħar ta’ Awwissu tal-2016 saru 67 attività tal-qari għall-gost mill-Ambaxxaturi tal-Qari f’226 klassi, li fihom ipparteċipaw 5,390 student/a. Waqt dawn l-attivitajiet tqassmu wkoll 780 ktieb fil-libreriji tal-klassijiet.
Jobsplus – nefqa fil-pustaġġ u t-telekomunikazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn kien hemm żieda fil-pustaġġ u t-telekomunikazzjoni fin-nefqa mill-korporazzjoni ETC illum Jobsplus bejn is-sena 2014 u s-sena 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda fin-nefqa hija attribwita għall-eżerċizzju ta’ tindif ta’ data li qed tagħmel Jobsplus. Eżerċizzju ta’ dan it-tip ilu snin ma jsir u għaldaqstant huwa meħtieġ sabiex tinħareġ data korretta. Infurmat li proċess bħal dan jirrekjedi spejjeż konsiderevoli.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn fis-sena 2015 il-korporazzjoni ETC, illum Jobsplus, nefqet is-somma ta’ €93,181 f’Call Centre expenses? Jista’ jinforma jekk saritx sejħa pubblika għal dan il-kuntratt?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt tal-call centre ġie outsourced. Dan il-kuntratt ingħata b’direct order.