Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25293 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Signs

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabilita ta' l-ispazju li jkun hemm bejn sign li turi li jibda l-lokal tal-Fgura fi Triq Wied Blandun u sign li turi li jibda Raħal Ġdid peress li f'dan l-ispazju qed jinġabar skart domestiku u donnu ż-żewġ lokalitajiet ma żridux jieħdu responsabilita' għalih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirrefei l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922 seduta 392.
Leg 9 PQ #25294 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid min xhiex qed jiġi kkawżat żbruff tad-drenaġġ li hemm ħiereġ f'Hompesch Road quddiem il-knisja tal-Fgura? X'hinu qed isir għal dan l-inkonvenjent u meta hemm il-ħsieb li jissewwa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ta' spiss qiegħda tinstadt din il-medda tad-drenaġġ minhabba kwantita kbira ta' tiben u rix li jakkumula. Dan barra xi ħmieġ ta' annimali li qieghed jintrema minn xi individwi fil-sistema tad-drenaġġ abbusivament.
Leg 9 PQ #25316 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25460 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Awtorita' tar-Riżorsi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ntefaq s'issa u kemm hu ippjanat li se jiġi jiswa x-xogħol li qiegħed isir fl-uffiċji ġodda ta' l-Awtorita' tar-Riżorsi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-riabilititazzjoni tal-uffiċini l-ġodda ta' l-Awtorita' tar-Rizorsi kien diġa' avvanzat qabel ma twaqqfet l-Awtorita' għaliex kien se jkun okkupat mis-Sezzjoni tad-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni. Il-parti l-kbira tax-xogħol li sar, sar bin-nies tad-Divizjoni. L-ispiza totali hija stmata li tleħħaq mal-Lm25,000. S'issa tħallsu biss il-'partitions' (Lm3,343) u l-'airconditioners' (Lm600).
Leg 9 PQ #24868 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Wholesalers Area

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jinformana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru. 24503?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ilmenti msemmija fl-ittra li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant kienu kkonfermati minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. Dan id-Dipartiment informa lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar dan u ssuġġerixxa illi jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #24715 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Insib

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'diffikultajiet ġodda nqalgħu biex f'daqqa waħda l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament qed issirilha oġġezzjoni li tarma l-mansab fl-Għadira tal-Mellieħa meta dan jinsab fuq il-perimetru taz-zona kif indikata fil-pjanta mibgħuta separatament li fiha ma jistax isir insib minħabba r-riżerva u meta din il-persuna qatt ma qalgħet inkwiet, qatt ma kisret il-liġi u qatt ma wżat is-senter fl-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-konfini tar-riserva naturali hekk kif jinstabu fil-preżent ilhom li ġew stabbiliti mill-1993, bis-saħħa ta' Avviż Legali 144 ta' l-1993 li ġie fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 1994. It-teħid ta' l-għasafar mhux permess fil-konfini ta' riserva naturali skond l-Avviż Legali ta' l-1993. Minn stħarriġ li għamel id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jirriżulta li fit-12 ta' Marzu 2001 il-Pulizija ta' l-A.L.E. waqfet persuna waqt li dan instab jonsob fil-konfini tar-riserva naturali hekk kif stabbiliti fl-Avviż Legali 144 ta' l-1993. Għaldaqstant qed jittieħdu passi kriminali fil-konfront tiegħu hekk kif titlob il-liġi. Ma saret l-ebda oġġezzjoni għall-persuna msemmija.
Leg 9 PQ #24843 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Azziopardi Street - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru xogħlijiet biex jissewwew il-ħsarat fir-residenza 88, Azzopardi Street, Marsa, ikkawżati mis-sistema tad-drenaġġ tal-gvern? Peress li l-anzjana in kwestjoni qed tgħix f'diffikultajiet kbar, jista' d-dipartiment jara li x-xogħlijiet meħtieġa jsiru immedjatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħlijiet meħtieġa ser isiru immedjatament mid-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Leg 9 PQ #24956 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Infestazzjoni ta' Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment ta' l-ambjent se jieħu xi passi biex l-area li tinsab bejn it-toroq Ġuże Cardona u Ġorġ Zammit f'Ħal Qormi u li fiha qed jitwaddab l-iskart bil-konsegwenza ta' infestazzjoni ta' ġrieden tiġi almenu magħluqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #25038 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Kaċċa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi emedata l-liġi dwar il-kaċċa biex l-eta minima ta' meta wieħed għandu jikkaċċja tiġi ta' 18-il sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24261 (Seduta 511).
Leg 9 PQ #25169 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti ta' Triq Patri Girgor Grima, Ħal Għaxaq, ser jibdew jibbenefikaw minn sistema tad-drenaġġ bħal kumplament ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li din it-triq flimkien ma' toroq oħra jinsabu f'livell iżjed baxx mis-sistema eżistenti tad-drenaġġ, ġie ddisinjat scheme li bih huwa maħsub li jitqabbdu t-toroq kollha ta' l-akwata. Biex dan l-scheme jiġi implimentat, jeħtieġ l-ewwel li jiġi ppubblikat easement bin-numru WD 221/97/1 li ntbagħat lid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Dan l-easement li jrid jgħaddi minn raba li jinħadem, huwa twil madwar 560 metru għall-istess bypass ta' Ħal Għaxaq. Kif dan l-easement jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, jibdew il-proċeduri biex jinħarġu tenders, kemm għall-mains tat-toroq, kif ukoll għal dan il-collector main. L-istima għal dan ix-xogħol tiswa 'l fuq minn mitt elf lira. Minħabba l-ispiża qawwija biex isir dan ix-xogħol u minħabba prioritajiet oħra, dan ix-xogħol sejjer isir f'fażijiet għax kif wieħed jista' jara l-istima tlaħħaq madwar wieħed minn tmienja ta' l-istima kurrenti tal-vot kollu għall-estensjonijiet tad-drenaġġ madwar Malta. Huwa diffiċli li wieħed jintrabat b'dati eżatti meta dan ix-xogħol se jiġi implimentat.
Leg 9 PQ #25170 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi installata l-pompa tad-drenaġġ fi Triq Settembrina, Ħal Għaxaq u dan wara li dik li kellha tiġi nstallata ġiet mibgħuta banda oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi m'hemm ebda problema fil-pompi ta' Għaxaq Pumping Station. Ħadd mill-ħaddiema fil-workshop m'huwa infurmat illi pompa li kellha titwaħħal fi ħdan l-istazzjon ġiet installata band'oħra.
Leg 9 PQ #25171 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jibqalhom jistennew s-sistema tad-drenaġġ, ir-residenti ta' Triq l-Isparvier, Ħal Għaxaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25169 ta' din is-seduta.
Leg 9 PQ #24709 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Ġiorni — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi sforzi u x'jista' jsir biex il-ġibjun li hemm fil-qasam tad-djar f'Ta' Ġiorni ma jibqax jitħallat mad-drenaġġ kull darba li jfur u jnitten lil kull min jgħix fl-inħawi u jimlihom bin-nemus u jikkaġuna problema għal saħħithom? Hemm xi ħsieb li jsiru xogħlijiet biex isolvu din il-problema? Meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li d-drenaġġ li qiegħed imur ġol-ġibjun li hemm fil-qasam tad-djar f'Ta' Ġiorni, ġej minn block flats, id-Dipartiment tas-Saħħa informa lid-Dipartiment tad-Djar biex din il-ħsara tiġi rranġata. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #24733 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħut Mejjet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'investigazzjoni saret mid-dipartiment ta' l-ambjent dwar ir-rapport li deher fil-ġurnal "l-orizzont" f'paġna 3, nhar il-Ġimgħa 23 ta' Marzu, dwar ħut mejjet taħt il-gaġġeġ tat-tonn, kif esebit b'filmati, mill-koperattiva nazzjonali tas-sajd?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex jinvestiga r-rapport ta' ħut mejjet taħt il-gaġeġ tat-tonn f'San Pawl il-Baħar. L-investigazzjonijiet għadhom sejrin.
Leg 9 PQ #24948 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Għaxaq — Triq Giovanni Scicluna - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jinvestiga x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' Triq Giovanni Scicluna, Ħal Għaxaq, sal-lum għadhom mingħajr sistema ta' drenaġġ u jiddependu mill-użu tal-fossa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija tinsab f'parti baxxa magħrufa bħal ta' l-Andar, viċin il-ground tal-football. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ħadem fuq sistema u skema globali għall-area ta' madwar li jinkludu toroq oħrajn bħal Triq Settembrina, Patri Grima, Triq l-Isparnier, Triq it-Telleritu u toroq oħra ta' madwar. Qegħdin isiru l-easements u expropriations neċessarji biex minnhom jgħaddu madwar 2 kilometri ta' katusi u bini ta' Pumping Station ġdida. Dan ix-xogħol li jiswa madwar Lm150,000 huwa maħsub li jinbeda fil-futur.
Leg 9 PQ #24954 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Air Pollution

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir bil-għan li l-petrol u d-diesel użat partikolment għal vetturi jiġi speċi ta' ffiltrat ħalli jitnaqqas l-exhaust u l-air pollution?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-exhaust u t-tniġġiż ta' l-arja ma jonqsux billi wieħed jiffiltra l-petrol jew id-diesel. Passi għaqlin li ħa l-Gvern dan l-aħħar kienu: 1. L-importazzjoni ta' diesel b'kontenut baxx ta' kubrit (low sulphur diesel) li seħħ minn Frar 2001, u 2. L-importazzjoni ta' petrol b'kontenut baxx ta' ċomb li seħħ minn Novembru 2000.
Leg 9 PQ #25000 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Dumping

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex art miftuħa fejn qed isir dumping u li tinsab faċċata ta' Triq l-Ikħal ġewwa M'Scala titnaddaf u tingħalaq skond kif hu stipulat fil-liġi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #25071 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Torri San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn waqaf ir-restawr ta' Torri San Tumas, Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li, għalkemm ix-xogħol fuq is-sit huwa preżentament wieqaf, bħalissa qegħdin isiru l-aħħar preparamenti biex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-kumplament tar-restawr fuq it-Torri ta' San Tumas f'Wied il-Għajn.
Leg 9 PQ #25134 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Health & Safety Equipment

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown fuq infieq ta' health and safety equipment li inxtara minn Ottubru 1998 sal-lum għall-kull dipartiment li jaqa taħt ir-responsabilita' tiegħu, kull dipartiment separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: DIPARTIMENT 1998 1999 2000 3/2001 LM. LM. LM. LM. Ministeru għall-Ambjent Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 732. 473. 1781. 367. Uffiċċju tal-Proġetti għar-Riabilitazzjoni / 130. 745. / B.I.C.C. / / 86. / Unit għal Ambjent Nadif 561. 1510. 2879. 35. Dipartiment tad-Drenaġġ 2698. 3702. 141133. 3570. Dipartiment tal-Bini u Inġinerija 201. 715. 2053. / Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi 272. 3962. 5053. 4681. Dipt. tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u Distretti 3880. 4812. 6287. 582. W.M.S.I.D. 1964. 3989. 2765. 884.
Leg 9 PQ #24943 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Bajja ta' San Tumas — Kiosk

Question

B'riferenza għal konċessjoni tal-permess fir-rigward tal-kiosk bl-isem ta' Sensi fil-Bajja ta' San Tumas, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istess sid hux se jiġi mogħti permess ukoll jgħatti l-ħamrija bil-konkos sabiex jagħmel l-imwejjed? Jista' jgħid x'passi qegħdin jittieħdu sabiex dan ma jsirx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.