Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-ħaxix frisk matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-volum ta' ħaxix frisk li ddaħħal fil-pitkaliji ta' Malta u Għawdex u l-prezz medju matul l-2001 kien kif jidher hawn taħt:
Ħaxix kgs
Prezz Medju
Malta
35,431,771
17c10
Għawdex
1,894,258
19c7
Tajjeb li nfakkar li għal skop ta' statistika, id-dulliegħ u l-bettiegħ huma klassifikati mal-ħaxix u mhux mal-frott, l-istess kif isir barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'preparazzjoni saret matul dawn l-aħħar tlett snin sabiex isir il-grading fil-Pitkalija Ċentrali tal-Ħxejjex u l-Frott li jiproduċu l-bdiewa tal-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin ħarġet tender u sar ix-xogħol kollu meħtieġ biex saret link permezz ta' fibre optic cable bejn il-Pitkaliji kollha, il-Kooperativa Ċentrali tal-Bdiewa, APS Bank u l-'Main Gates' ma' l-Uffiċċju Ċentrali tal-Pitkalija.
Qed isir wkoll xogħol biex jibda l-Grading u l-Bar Coding fil-Pitkaija. Dan ix-xogħol qed isir bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-MITTS. Is-sejħa għal offerti b'konnessjoni ma' dan il-proġett mistennija titfassal dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li filwaqt li progress report ta' l-UE dwar Malta jsostni u jiddikjara li ma sar ebda progress rigward l-organic farming, uffiċjali tad-Dipartiment qed jgħidu lill-bdiewa li f'pajjiżna mhux possibli li niżviluppaw il-produzzjoni agrikola organika? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din id-dikjarazzjoni u r-rapporti li għamel id-Dipartiment sabiex wasal għall-din il-konkluzzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
M'jinix f' pożizzjoni li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjoni u r-rapporti li għalihom qed jirriferi l-Onor. Interpellant għas-sempliċi raġuni li din id-dikjarazzjoni u dawn ir-rapporti saru biss fl-immaġinazzjoni ta' l-Onor. Interpellant.
Ma teżisti l-ebda dikjarazzjoni jew rapport li "jgħidu lill-bdiewa li f'pajjiżna m'hux possibbli li niżviluppaw il-produzzjoni agrikola organika" kif qed jagħti x'tifhem l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-bajd frisk matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-produzzjoni globali ta' bajd frisk f'Malta u Għawdex fl-2001 hi stmata li kienet ta' 71,406,151. Ma nżammux ċifri separati għal Malta u Għawdex. Il-prezz medju kien ta' bejn Lm1.00 u Lm1.20 kull kartuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-laħam tal-fenek matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba m'hix irregistrata mħabba li l-industrija tal-fniek fil-parti kbira tagħha hi 'cottage industry'. Qed tinġabar informazzjoni biex wieħed jagħti ndikazzjoni tal-produzzjoni matul is-sena 2001.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-varjetajiet tal-materja prima ta' l-ikel u tal-prodotti ta' l-ikel li fuqhom il-Gvern qed jitlob lill-UE testendi lill-pajjiżna d-dritt ta' supply measure bil-għan li wara sħubija fl-UE pajjiżna jibqa jgawdi l-liberalizazzjoni fil-kummerċ ta' l-ikel li għandu llum meta għadna mhux membru ta' l-UE?
Kemm huma l-kwantitajiet f'tunnellaġ li qed jintalbu f'dawn is-supply measures?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tinsab fin-Negotiating Position Paper tas-26 ta' Lulju, 2001 li kopja tagħha tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 14 ta' Jannar, 2002. Għar-rigward, tat-tieni parti tal-mistoqsija l-kwantitajiet f'tunnellati jkunu magħrufa meta jkun iffinalizzat u approvat mill-MEUSAC d-dokument dwar l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-ġbejniet friski matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qatt ma nżammu records tal-produzzjoni attwali ta' ġbejniet friski li normalment jiġu prodotti minn numru kbir ta' raħħala ndividwali li jżommu n-nagħaġ u mogħoż għal dan l-iskop.
Iżda miċ-cifri ta' kemm hawn nagħaġ u mogħoż f'Malta u f'Għawdex u ta' kemm hi l-produzzjoni medja ta' ħalib ta' dawn in-nagħaġ u mogħoż hu kkalkulat li l-produzzjoni ta' ġbejniet friski tlaħħaq madwar 2,000 tunnellata f'Malta u madwar 1,000 tunnellata f'Għawdex.
Il-prezz tal-ġbejniet friski jvarja bejn 10 ċenteżmi u 15 -il ċenteżmu -l waħda, skond id-daqs.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r r-raġunijiet li l-Gvern qed jitlob lill-UE testendilu d-dritt għall-numru ta' supply measures fuq l-importazzjoni tal-prodotti u l-materja prima ta' l-ikel tal-poplu tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fid-dokument magħruf bħala Negotiating Position Paper (N.P.P.) tas-26 ta' Lulju, 2001 u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 14 ta' Jannar, 2002.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tad-dulliegħ, tuffieħ u frott matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-volum ta' dulliegħ, tuffieħ u frott li ddaħħal fil-pitkaliji f' Malta u Għawdex fl-2001 u l-prezz medju kienu kif jidher hawn taħt:
MALTA
GĦAWDEX
Dulliegħkgs Prezz Medju
474,168 17c43
Dulliegħkgs Prezz Medju
120,544 14c38
Tuffieħkgs Prezz Medju
17,809 11c77
Tuffieħkgs Prezz Medju
5,705 14c02
Frott kgs Prezz Medju
2,330,080 27c35
Frott kgs Prezz Medju
126,617 40c48
Tajjeb li nfakkar li għal skop ta' statistika, id-dulliegħ u l-bettiegħ huma klassifikati mal-ħaxix u mhux mal-frott, l-istess kif isir barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-produtturi tal-majjal lokali fir-rigward tal-bejgħ tal-karkassa tal-majjal fis-suq lokali?
Fil-fatt din se tibqa timbiegħ sħiħ jew se jibdew jinbiegħu biss partijiet minnha?
Fil-kas li tibda timbiegħ bil-partijiet minn se jagħmel tajjeb għat-telf li jsofru l-produtturi tal-majjal?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qegħdin isiru diskussjonijiet ma' l-istake holders kollha dwar kif, fl-aħjar fl-interess ta' l-industrija, għandu jsir il-marketing tal-majjal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex taċ-ċanga friska matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-produzzjoni taċ-ċanga matul is-sena 2001 kienet kif jidher hawn taħt:
Bovini Baqar
Malta 2,763 2,552
Għawdex 154 67
Il-prezz medju lill-ħwienet tal-laħam kien ta':
Għoġiela (ta' wara) Lm 1.63,8 kull kg
(ta' quddiem) Lm 1.38,6 kull kg
Baqar (ta' wara) Lm 1.00,0 kull kg
(ta' quddiem) Lm 0.88,2 kull kg
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-ħalib frisk matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-produzzjoni f'Malta u f'Għawdex, separatament, tal-ħalib frisk matul l-2001 kienet:
Malta: 7,157,666 gallun jew 33,505,488kg.
Għawdex: 2,506,938 gallun jew 11,375,136kg.
Total: 9,664,604 gallun jew 45,240,624kg.
Il-prezz medju tal-ħalib kien Lm 0.73 -il gallun jew Lm0.156 -il kg.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-majjal frisk matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-produzzjoni u l-qatla totali ta' majjal f'Malta u Għawdex matul is-sena li għaddiet kienet kif jidher hawn taħt:
Rjus f’Malta
Piż f’kilos
Rjus f’Għawdex
Piż f’kilos
Rjus f’Biċċerija Privati
Piż f’kilos
Total ta’ Rjus
Total ta’ kilos
Piż Medju
Totali
110,104
8,832,136
6,249
515,440
6,926
582,685
123,279
9,930,261
80.6
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-produtturi tal-majjal lokali li għandhom il-kwota tat-trobbija, wara s-sħubija ta' Malta fl-UE?
Il-kwota fil-fatt se titneħħa?
Jekk huwa l-każ meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
M'hix l-intenzjoni tal-Gvern li jneħħi l-kwota tal-majjal anki wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib lokali li għandhom il-kwota tat-trobbija, wara s-sħubija ta' Malta fl-UE?
Il-kwota fil-fatt se titneħħa?
Jekk huwa l-każ meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib lokali li għandhom il-kwota tat-trobbija tkun magħrufa wara li jkunu konklużi n-negozjati bejn Malta u l-UE dwar Kapitlu 7.
Skond in-National Position Paper li Malta bagħtet lill-Konferenza Dwar id-Dħul ta' Malta fl-UE, Malta qed titlob kwota nazzjonali ta' 60,000 tunnellata ta' ħalib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.