Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi, impjegat ħaddiem wieħed wara d-9 ta' Mejju 2013. Dan intgħażel wara avviż fil-midja u wara intervista ma' kull kandidat/kandidata. Il-ħaddiem li ntgħażel kien qed ifittex ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012 u fis-2013 u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ambaxxatur mhux residenti li għandu paga jew allowance jew xi tip ta' ħlas ieħor kull xahar? Kemm hu l-ammont u min qed jieħu dan il-benefiċċju? Jista' jgħid minn meta beda jingħata dan il-ħlas?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm għaxar (10) Ambaxxaturi mhux residenti li qed jieħdu Onoraria ta' €5,000 fis-sena. L-Onoraria tibda tingħata mid-data tal-appointment.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10462, jista’ l-Ministru jgħid min kienu ż-żewġ uffiċjali Maltin li kienu qegħdin jieħdu ħsieb l-affarijiet matul il-ġimgħa li ntemmet 13 ta’ Lulju 2014?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ uffiċjali Maltin li kienu qegħdin jieħdu ħsieb l-affarijiet matul il-ġimgħa li ntemmet 13 ta' Lulju 2014 kienu s-Sinjorina Nathalie Muscat - Attache', u s-Sur Arthur Taliana - Counsellor.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – azzjonijiet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi maħtufin minn żewġ social workers Ġermaniżi u meħuda barra minn Malta mingħajr awtorizzazzjoni jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Ministeru dwar il-każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qatt ma ġie avviċinat dwar dan il-każ.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista aġġornata tal-persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Tista' l-Onor. Interpellant tindika għal-liema perjodu qiegħda tirreferi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqħhu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom, għaliex fil-fatt f'kull pożizzjoni mpjegat jieħu deċiżjonijiet.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom, għaliex fil-fatt f'kull pożizzjoni mpjegat jieħu deċiżjonijiet.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom, għaliex fil-fatt f'kull pożizzjoni mpjegat jieħu deċiżjonijiet.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-entita' li taqa' taħtu ma taw l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmijin fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kemm l-Ambaxxatur Malti għal Tripli kif ukoll is-Second Secretary fl-istess ambaxxata ma kenux fl-Ambaxxata Maltija matul il-ġimgħa li ntemmet il-Ħadd 13 ta’ Lulju 2014? Min approva li dan jitħalla jsir? Jista’ jgħid min kien responsabbli mill-ambaxxata matul din il-ġimgħa msemmija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur ta’ Malta fi Tripli kien jinsab Malta għal-Laqgħa tal-Ambaxxaturi li saret fil-ġimgħa msemmija. Il-ġranet li fihom kellu jkun assenti kienu bejn id-9 u t-12 ta’ Lulju u kellu jiorritorna Tripli fit-13 ta’Lulju. Dawn ma kienux ġranet leave, imma ġranet li fihom attenda l-imsemmija laqgħa f’ Malta. L-Ambaxxatur ma setax jirritorna Tripoli għaliex ingħalaq l-ajruport.
Ninforma ukoll lil-Onor. Interpellant li fl-Ambaxxata Maltija fi Tripoli ma hemmx “Second Secretary”. Matul dan il-perjodu kien hemm żewġ Uffiċjali Maltin jiehdu ħsieb l-affarijiet
Tħaffir għaż-żejt — blata kontinentali Maltija - relazzjonijiet mal-Italja
Question
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 7973, jista’ l-Ministru jgħid preżentement x'inhu l-eżitu tan-note verbale li l-Gvern Malti bagħat lill-Gvern Taljan dwar il-pretensjoni tal-Italja tat-2012 fuq parti kbira tal-blata kontinentali Maltija fil-Lvant ta' Malta, aktar u aktar meta hemm ċertezza lil hemm gas hydrates u possibbiltà ta' ħażniet ta' żejt fl-area? Ma jaħsibx li għandu jressaq id-drittijiet ta' pajjiżna fuq il-Blata Kontinentali fil-Lvant ta' Malta quddiem il-Ġnus Magħquda?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Membru lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-vetturi kollha mikrija jew leased mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament lil kull dipartiment tal-Gvern, awtorità, korporazzjoni jew kwalunkwe entità governattiva oħra fid-dekasteru minn Marzu 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija u jindika wkoll, f’kull każ, saritx sejħa pubblika għall-offerti u jekk le, jgħid għaliex le?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ġewx leased jew mikrija karozzi mingħand il-kumpanija msemmija, mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Jista’ l-Ministru jara kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għandha diffikultà sabiex tingħata ċ-ċittadinanza Maltija meta t-tifel tagħha ilu sena Malti?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna li tmexxi s-segretarjat tal-Commonwealth responsabbli mill-Organizzazjoni taċ-CHOGM f’Malta? Jista’ jispeċifika s-salarju, allowances u benefiċċji oħra jekk ikun il-każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-persuna li tmexxi s-Segretarjat tal-Commonwealth bħalissa hija l-E.T. Kamalesh Sharma.
Jekk l-Onor. Interpellant irid ikun jaf aktar dettalji, ġentilment nitolbu jidħol fil-website tal-Commonwealth, www.thecommonwealth.org.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn qed jopera s-segretarjat tal-Commonwealth u jgħid kemm hu l-complement ta’ ħaddiema/uffiċjali, min huma, f’liema karigi jinsabu, kemm qed jitħallsu individwalment u kif ġew reklutati?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat tal-Commonwealth jopera minn Londra. Dwar l-informazzjoni l-oħra mitluba, l-Onor. Interpellant jista' jidħol fil-website tas-Segretarjat.
Jista` l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur ta` Malta għall-UNESCOl-E.T. Monsinjur Arċipriet Emeritus Joe Vella Gauci huwiex imħallas bħala Ambaxxatur jew bħala Konsulent? Kif jispjega li l-indirizz mogħti fil-web site tal-UNESCO huwa ta’ uffiċċju fiċ-Ċittadella, meta fir-realtà, kera uffiċċju fix-Xagħra? Jista’ jgħid b’liema mod inkera dan l-uffiċċju fix-Xagħra, ċioè jekk hux b`tender jew b’direct order? Jista` jgħid ukoll kemm hemm persuni jaħdmu miegħu u jekk dawn humiex seconded minn uffiċċji oħrajn tal-Ministeru?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-UNESCO jirċievi biss il-ħlas ta’onorarja ta’ €5,000, bħall-ambaxxaturi mhux residenti l-oħra.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kien diġà ta struzzjonijiet biex l-indirizz jinbidel għal dak tal-Ministeru u qiegħed f'kuntatt mal-UNESCO biex dan ikun rifless ukoll fil-website tal-organizzazzjoni.
Fid-dawl tal-kwistjoni urġenti dwar it-theddida għat-titlu ta' Wirt Dinji tal-Belt Valletta lejn tmiem is-sena l-oħra, is-Segretarjat Parlamentari li dakinhar kien responsabbli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali, kera b'direct order post minn fejn seta' jopera l-Uffiċċju tad-Delegazzjoni Permanenti ta' Malta għall-UNESCO, għal żmien temporanju ta' massimu ta' tmien xhur. Din l-informazzjoni kienet ġiet żvelata lill-midja lokali waqt press conference mogħtija mill-Onor. Jose' Herrera fil-Fortress Builders, Valletta, fis-17 ta' Frar, 2014.
Attwalment fl-Uffiċċju tad-Delegazzjoni Permanenti ta’ Malta għall-UNESCO hemm taħdem persuna waħda, trasferita b’mod temporanju (temporary transferred) mill-Ministeru għal Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra is-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-ħatra? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-ħatra? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li ġew assenjati lilhom il-pożizzjonijiet vakanti?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija mill-Onor. Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 9545.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid għal kull każ, x’kien ix-xoghol, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ma ngħataw l-ebda xogħol b'direct order jew tender lill-kumpanija msemmija fiż-żmien imsemmi fil-mistoqsija.