Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li l-bozza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hemm fi Triq San Ġiljan, l-Isla, ħdejn Caffe' di Capri, li l-ħin kollu tpetpet, tiġi mibdula jew irranġata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bozza li saret referenza għaliha taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill Lokali tal-lokal.
X'inhi l-area totali ta' l-art li ngħatat lil SmartCity? X'inhi l-kera li trid titħallas kull sena u għal kemm tul ta' snin? Ingħatat xi income tax concession?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-kuntratt, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kemm hemm ħaddiema fulltime/part-time Maltin li jaħdmu fit-Tarzna ta' Bormla u tal-Marsa? Kemm minnhom huma fil-management? Kemm minnhuma ħaddiema tas-sengħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħala ħaddiema Maltin impjegati full time fil-facilitajiet ta’ Bormla u l-Marsa għandna dawn li gejjin: -
Fit-tarzna ta’ Bormla ghandna total ta’ 1554 ħaddiem. Minn dawn hemm 198 ħaddiem fis-settur tal-Management inkluż supervisors, filwaqt li 1122 huma ħaddiema tas-sengħa.
Fit-tarzna tal-Marsa għandna total ta’ 121 ħaddiem. Minn dawn hemm 18 il-ħaddiem fis-settur tal-Management inkluż supervisors filwaqt li 101 huma ħaddiema tas-sengħa.
Ma hemm l-ebda ħaddiem Malti impjegat part-time fil-Malta Shipyards Ltd.
Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006? Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema? X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema? Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġibdu films/dokumentarji/reklami f'Malta billi ntużaw il-faċilitajiet tal-films li jipprovdi pajjiżna u dan fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Liema kienu u kemm hu stmat li ntefqu flus f'kull wieħed?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25016 u jgħid fuq liema kriterji l-Air Malta għażlet li tingaġġa inġinier barrani fl-istess taqsima fejn telqu inġiniera Maltin bi skemi ta' early retirement? Tagħmel sens li l-ewwel tinkoraġixxi lin-nies jitilqu biex imbagħad tpoġġi ħaddiem barrani minflokhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24750 u 25344 u jikkonferma li l-Air Malta għamlet outsourcing ta' ċertu xogħol fil-qasam ta' l-IT fix-xhur li għaddew? Dan kemm ġie jiswa?
Jista' jikkonferma li dan il-kuntratt ingħata lill-kumpannija SITA aktar minn sena ilu? Liema kumpanniji oħra ġew ikkonsidrati qabel saret din l-għażla? Jista' jikkonferma jekk SITA ħadux kuntratti simili li kienu jinkludu networking, infrastructure, desktop work u applications qabel ġew magħżula għal dan il-kuntratt?
X'kienu l-problemi li nqalgħu ma' SITA riċentement fl-esekuzzjoni ta' dan il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Air Malta għamlet outsourcing ta’ ċertu xogħol fil-qasam ta’ l-I.T. li ingħata lill-Kumpanija S.I.T.A. L-ammont tal-kuntratt huwa ta’ natura kummerċjali. Nikkonferma wkoll s-S.I.T.A. ħadu kuntratti simili qabel ġew magħżula għal dan il-kuntratt.
Dwar l-aħħar mistoqsija ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda problema ma S.I.T.A. li setgħet affetwat l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt. Bħal f’kull arranġament formali bejn żewġ kumpaniji, dejjem jibqa’ lok għal diskussjonijiet u qbil fuq kif is-servizz għandu dejjem jitjieb u fil-fatt ġew krejati strutturi ta’ ‘governance’ interni biex jassiguraw dan. L-Air Malta tista’ tikkonferma li l-iskopijiet li għalih ġie konkluż dan il-ftehim qegħdin jiġu realiżżati b’mod kontinwu.
Jista' l-Ministru jgħix x'sejjer isir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Jista' jgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25928 u 25921 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jgħid x'permessi qed jistenna biex isir id-drenaġġ fi Triq Anton Falzon, Luqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tistenna l-permess neċessarju mill-Awtorita' tat-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diverzi bozoz fit-toroq qed jinbidlu minkejja li għadhom jixgħelu? Għaliex bozoz tajbin li qed jitneħħew u qed jintremew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema toroq qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' ħaddiema tal-Maltacom li qed jiġu mitluba li jagħmlu eżami skond id-dettalji li qed jintbagħtu separatament jekk dawn ma jgħaddux?
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-kont tad-dawl tal-familja mill-Imsida li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament huwiex korrett billi dan tela' għal Lm145.19c?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma għamlu spezzjoni fid-dar tal-persuna indikata mill- Onorevoli Interpellant fid-9 ta’ Mejju 2007. Instab leak fil-flushing u l-persuna intalbet biex tirranġa dan il-leak.
Twaħħal logger biex ikun stabilit b’ċertezza li dan kien l-uniku leak fis-sistema interna tal-konsumatur.
Il-każ se jgħaddi lil Advisory Board tal-Korporazzjoni biex jara jekk hemmx bażi jew le ta’ reviżjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24953 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surchargefuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Ottubru 2006 u Frar 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi d-dħul mis-surcharge bejn Ottubru 2006 u Frar 2007 mill-konsum domestiku kien ta' Lm6,378,624 filwaqt li dak mill-konsum kummerċjali u industrijali kien ta' Lm7,408,918.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn
a) 8,000 sa 9,000
b) 9,000 sa 10,000
c) 10,000 sa 12,000
d) aktar minn 12,000
e) anqas minn 5,000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi, l-impjegati li matul is-sena 2006 qalgħu bejn pagi / allowance / bonus / overtime kien kif ġej:
Lm
Ammont ta’ persuni
8,000 - 9,000
11
9,000 - 10,000
5
10,000 - 12,000
9
Aktar minn 12,000
8
*Anqas minn 5,000
20
* Dawn jinkludu part-timer, 2 casual substitutes, 2 riżenji u 2 fuq maternity leave.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24920 u jinforma lill-Kamra jekk hux minnu li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tħallas tariffa mnaqqsa (i.e. sussidjata) għall-elettriku li tikkonsma? X'inhi t-tariffa li tħallas l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-elettriku, u x'inhi l-ispiża ta' l-Enemalta biex tiġġenera u tiddistribwixxi l-elettriku bil-prezz taż-żejt illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tariffi li tħallas il-KSI huma skond l-Electricity Supply Regulations (ESR).
L-ispiża tal-Korporazzjoni Enemalta biex tiġġenera u tiddistribwixxi l-elettriku hija ta 6c2 għal kull unit billed. Din il-figura hija bbażata fuq il-prezz taż-żejt kif jidher fl-Estimi tal-Korporazzjoni għas-sena kurrenti 2006/7.