Jista' il-Ministru jgħid min ħa l-offerta jew tender sabiex jiġi mneħħi l-materjal ta' l-asbestos li jinsab fil-power station tal-Marsa?
Jista' jgħid min hu responsabbli bħala konsulent li jara li x-xogħol isir skond proċeduri stabiliti ta' l-EU?
Min qed jieħu ħsieb li jsiru t-testijiet neċessarji magħrufa bħala AFT (Airborne Fiber Tests) ġewwa u barra l-area ta' l-attivita'?
Fejn qed jiġi storjat dan il-materjal li preżentement qiegħed jinqala'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’riferenza għall-collective agreement li kien sar ma' l-Enemalta rigwardanti l-pensjonijiet, fis-sens li dawn kellhom jogħlew awtomatikament skond l-għoli tal-ħajja, jistà l-Ministru jgħid jekk dan il-ftehim għadux viġenti u jekk fl-affermattiv hux qiegħed jigi onorat?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ftehim Kollettiv tal-2002-2005 maqbul mal-General Workers' Union kien iffirmat fit-3 ta' April 2003. Minħabba li l-ħlas tal-pensjonijiet isiru mid-Dipartiment ta' Social Security, l-Enemalta tinforma lil imsemmi dipartiment sabiex taġġusta l-pensjonijiet skond il-Ftehim Kollettiv. Dan sar permezz ta' ittra mibgħuta mill-uffiċċju tar-Riżorsi Umani ta' Enemalta lid-Director General ta' Social Security fis-7 ta' Mejju 2003. Jekk l-aġġustament għadu ma sarx l-Enemalta m'għandha l-ebda kontroll fuqu.
Pajjiżi membri fl-UE — Kumpanniji li nvestew f'Malta
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju 2004 investew f'Malta?
Jista’ jgħid ta' liema nazzjonalita’ huma u x'tip ta' investiment għamlu?
Jista’ jgħid kemm jammonta l-investiment u kemm qed iħaddmu nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-1 ta' Mejju 2004 'l hawn, il-Malta Enterprise approvat 16-il proġett minn kumpanniji li huma stabbiliti fl-Unjoni Ewropea. In-nazzjonalita' ta' dawn l-azjendi huwa kif jidher hawn taħt:
Nazzjonalita' Numru ta' Progetti
Malta 9
Italja 1
L-Ingilterra 3
Germanja 2
L-Irlanda 1
Total 16
Dawn il-kumpanniji ser jinvestu fis-setturi msemmija hawn taħt:
Farmaċeutiċi
Elettronika
Stampar
Metal u "Stainless Steel"
Ikel u Xorb
Ħġieġ
ICT
L-investiment totali hu ta' ċirca LM11 il-miljun lira.
Kumpanniji oħrajn li rċevew l-approvazzjoni għall-proġetti li kienu pprezentaw qabel Mejju 2004 u li bdew l-preparazzjoni għall-operat f'Malta wara Mejju huma:
Kumpannija Ingliza fis-settur tal-manifattura tal-karrozzi
Kumpannija Germaniza fis-settur ta' l-aċċessorji tal-karrozzi
Kumpannija Spanjola fis-settur tal-farmaċewtika.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, għadux impjegat tal-korporazzjoni Enemalta? Jekk fin-negattiv, minn mindu ma baqax impjegat tal-korporazzjoni Enemalta u għaliex għad għandu għad-dispożizzjoni tiegħu karozza tal-korporazzjoni Enemalta għall-użu privat tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persuna ndikata qiegħdha fuq "vacation leave" li ma kienx ġie utiliżżat minnu fis-snin preċedenti. Konsegwentement għandu dritt juża l-karozza msemmija.
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet li qed tagħmel il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fir-rigward ta' l-inkonvenjent li dejjem qed jiżdied fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6645 u ċioe' jgħid min kienu l-persuni li applikaw għall-ġurnalisti/news co-ordinators fil-PBS u xi kwalifiċi akkademiċi jew xi studji qed jagħmlu fil-qasam ġurnalistiku?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6644 u ċioe' jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandu l-ħaddiem tal-PBS li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm-il sena ilu jaħdem fil-PBS u kemm ilu jagħmel xogħol fil-qasam ta' l-aħbarijiet fl-istess kumpannija? X'inhu l-grad fil-PBS ta' din il-persuna?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsja parlamentari numru 6643 u ċioe' jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator news fil-PBS? Kemm-il sena ilha taħdem fil-PBS din il-persuna? Kemm ilha tagħmel xogħol ta' aħbarijiet fl-istess kumpannija? X'kien il-grad ta' din l-istess persuna qabel ingħatat il-kariga ta' co-ordinator news?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6640 u ċioe' jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator finance fil-qasam ta' l-accounts u book keeping? Kemm-il sena ilha taħdem fil-PBS din il-persuna? Kemm ilha l-istess persuna tagħmel xogħol ta' accounts fl-istess kumpannija? X'kien il-grad ta' din l-istess persuna qabel ingħatat il-kariga ta' co-ordinator finance? Kemm-il grad telgħet biex laħqet co-ordinator finance?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6641 u ċioe' jgħid kemm ilha taħdem fil-qasam tar-riżorsi umani l-persuna li ngħatat il-kariga ta' co-ordinator administration fil-PBS? X'kien il-grad ta' din il-persuna sal-lum u f'liema uffiċċju kienet taħdem?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6642 u ċioe' jgħid xi kriterji ntużaw fl-intervisti għall-ħatriet ta' co-ordinator finance u co-ordinator administrationfil-PBS? Kemm kienu jġorru marki kull wieħed minn dawn il-kriterji? Kemm ġabu marki l-kandidati li applikaw għal dawn iż-żewġ postijiet għal kull kriterju? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-bord ta' l-għażla għal dawn iż-żewġ gradi?
Tas-Sliema — Triq il-Kulleġġ l-Antik - Dħul ta' drenaġġ f'residenzi privati
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6701 u cioe' jista' jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isiru l-ispezzjonijiet u t-tiswijiet kollha neċessarji fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, f'Tas-Sliema minn bieb numru 3 sa numru 13, peress li r-residenti li joqogħdu f'dawn id-djar qed jidħlilhom ilma jew drenaġġ mill-ħitan tagħhom, liema ilma jew drenaġġ ġej minn xi leakage tas-sistemi ta' l-ilma jew drenaġġ li għaddejjin mill-istess triq jew f'xi triq fil-viċinanza?
Jista' il-Ministru jara tistax tiġi kkonsidrata bozza tat-triq fuq il-banka tal-lottu fi Triq Santa Liena, Birkirkara minħabba li hemm id-dlam bil-lejl f'din l-area?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-responsabbilta' għal dan it-tidwil huwa tal-Kunsill Lokali. L-Enemalta diġa' tat l-approvazzjoni tagħha lill-Kunsill Lokali biex tkun tista' teħel il-bozza fil-post imsemmi.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6528 u cioe' jista' jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Maltacom — Ħlasijiet pendenti tat-telefon minn għaqdiet sportivi
Question
Jista' il-Ministru jelenka kemm hemm għaqdiet sportivi u liema huma, li għadhom lura fil-ħlasijiet tat-telefon? X'inhu l-ammont li kull wieħed għandu jagħti? Kien hemm każi fejn inqatagħlhom it-telefon?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 1130.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jieħu flus il-gvern minn persuni/kumpanniji li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tweġiba għar-rigward tal-kontijiet pendenti ta' l-ilma filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda parlamentari nru. 6668 għar-rigward ta' kontijiet pendenti li jirrigwardaw il-konsum tad-dawl.
Meta kienet ġiet maħtura bħala konsultant tal-PBS l-ewwel darba l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Min kien ħatru? Minn fejn kien jitħallas, mill-ministeru jew mill-PBS?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-persuna imsemmija kienet inħatret bħala konsulent mal-PBS fl-1 ta' Jannar 2001. Huwa kien inħatar mill-Bord tad-Diretturi.
Ix-xogħol għal konsulenza mal-PBS tħallas mill-PBS.
X'inhi eżattament il-ħatra tal-persuna indikata separatament il-lum fil-PBS? Jaħseb il-Ministru li għadu mhux fl-interess tal-poplu li jiżvela x'kien qed jiswa lit-taxpayer dan il-konsulent tal-PBS? Jista il-Ministru jħabbar ir-remunerazzjoni, u vantaġġi oħra li jieħdu l-memmbri tal-Bord Editorjali.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.