Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sa Mejju 2016, kemm kien hemm mediċini li ġew investigati min-naħa tal-Awtorità tal-Mediċina minħabba li l-lingwa fil-fuljett informattiv ma kienx bl-Ingliż u/jew bil-Malti kif titlob il-liġi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minn Marzu 2013 sa Mejju 2016 l-Awtorita` dwar il-Medicini investigat sitt medicini fejn l-informazzjoni fuq il-pakkett ma kinitx bl-Ingliż u/jew bil-Malti.
Dawn il-mediċini ġew awtorizzati fis-suq Malti skont Artiklu 5 tad-Direttiva 2001/83/KEE fl-ahjar interess tal-pazjent.
Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Tista’ l-Ministru tgħid mill-persuni kollha li ħadmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, kemm kien hemm impjegati li kienu diġà jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku qabel ma bdew jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre u kemm minnhom ma kenux? Tista’ tgħid kemm baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku wara li l-Malta - EU Information Centre ma baqax jopera u f’kull każ fejn baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, sena b’sena? Jista’ jgħid x’kienu l-karigi tagħhom? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett sħiħ ta’ remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, li kienu jirċievu, kariga b’kariga? Tista’ tgħid fuq liema bażi kienu magħżula dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – direct orders
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-ebda entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma għamlet użu mill-Avukat jew mid-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 20146, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa li ngħataw tagħrif fuq il-bexx u kemm minnhom ingħataw iċ-ċertifikat relatat?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li 3412 utenti professjonali attendew kors dwar L-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi. Minn dawn bħalissa hemm 2053 utenti professjonali li ghandhom ċertifikat validu li jixtru, jittrasportaw, jaħżnu u jużuw Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti.
Awtorità tal-Mediċina – spezzjonijiet fuq kwalità ta’ mediċina
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sa Mejju 2016, kemm kien hemm talbiet lill-Awtorità tal-Mediċina biex jiġu investigati mediċini minħabba l-kwalità inferjuri tagħhom jew minħabba s-side effects li qed ikollhom fuq il-pazjenti?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minn Marzu 2013 sa Mejju 2016 l-Awtorita` dwar il-Mediċini ntalbet biex tinvestiga prodott mediċinali wieħed minħabba reazzjoni allerġika fl-għajnejn.
Tista' l-Ministru tgħidilna xi pjani hemm biex tiġi indirizzata l-problema li qegħdin jiffaċċjaw l-Organizzazzjonijiet Ekkleżjastiċi biex jirreġistraw taħt il-Voluntary Organization Act peress li l-mod kif dawn joperaw mhux konformi ma' dak li tipprevedi l-liġi, iżda dawn ma' għandhom l-ebda għażla? Filwaqt li jidher li l-Knisja Kattolika ġiet eżentata mill-Ministru, ma jidhirx li nstabet soluzzjoni għall-oħrajn, tista' l-Ministru tagħti previżjoni ta' meta din it-tip ta' organizzazzjoni ser tiġi regolamentata kif jixraq?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-26 ta’ April 2016, tnediet White Paper sabiex temenda l-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap 492 tal-liġijiet ta’ Malta) u li hija fi stadju ta’ konsultazzjoni pubblika. Fost emendi oħra, din il-White Paper tindirizza l-Organizzazzjonijiet Ekkleżjasitiċi. Rakkomandazzjonijiet jiġu milqugħa sas-6 ta’ Lulju 2016.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiġu riveduti l-proċeduri tar-reġistru pubbliku biex jirriflettu l-liġijiet li għaddiet din il-Kamra? Fiċ-ċertifikat tat-twelid se jibqgħu jitniżżlu annotamenti li jumiljaw lill-persuni involuti? Jekk iva, min se jkollu aċċess għall-informazzjoni fuq dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tispjega meta se ssir reviżjoni fuq il-liġi tal-Għaqdiet Volontarji biex nintroduċu l-kunċett ta' Għaqdiet Ekkleżjastiċi li fin-natura tagħhom huma differenti minn Għaqdiet Volontarji oħra? Tista' tispjega jekk hemmx pjanijiet biex id-dokumenti li dawn jagħtu lill-Kummissarju jibdew jiġu uploaded fis-sistema bħal dik tar-reġistru tal-kumpaniji?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-26 ta’ April 2016, tnediet White Paper sabiex temenda l-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap 492 tal-liġijiet ta’ Malta) għall-konsultazzjoni mal-pubbliku. Din il-konsultazzjoni tagħlaq fis-6 ta’ Lulju 2016.
Bħalissa qed isir xogħol sabiex jiġi żvillupat sit elettroniku ġdid tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji fejn se jkunu aċċessibli dokumenti li huma pubbliċi skont l-Att dwar Organizzazzjonijiet Voluntarji (Kap 492 tal-liġijiet ta’ Malta).
Tista' l-Ministru tispjega jekk hux minnu li ċertu organizzazzjonijiet volontarji qed jiġu mitluba dokumentazzjoni li prima facie jidhru aktar dettaljati minn dawk li jipprovdu kumpaniji? Jekk iva, tista' tgħid kif se titejjeb is-sistema ħalli dan is-settur ma jitgħabbiex b'burokrazija żejda?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji huma skont kif mitlub fl-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap 492 tal-Liġijiet ta’ Malta) u leġislazzjoni Sussidarjarja 492.01 Regolamenti tal-2012, dwar Prospetti Annwali u Kontijiet Annwali tal-organizzazzjonijiet volontarji. Id-dettalji mitluba fis-sottomissjonijiet tal-Prospetti Annwali u l-Kontijiet Annwali, huma skont id-dħul finanzjarju tal-organizzazzjoni volontarji propju sabiex ma jkunx hemm burokrazija żejda.
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern — persuni Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għall-fondi mqassma taħt l-iskema Voluntary Organisations Project Scheme tista’ l-Ministru tgħid għaliex mhux l-ammont kollu ta’ 700,000 ewro qed jiġi allokat lill-għaqdiet volontarji?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din is-sejħa tal-Voluntary Organisations Project Scheme tqassmet is-somma ta’ €682,329.49. Id-differenza li tammonta għal €17,670.51 ma setgħetx tiġi allokata peress li fil-klassifika tal-proġetti ġew żewġ proġetti bl-istess marka li flimkien jammontaw għal €44,000.00. Dan l-ammont mhux utilizzat ser jiżdied mas-sejħa tal-istess skema li se toħroġ f’Ottubru ta’ din is-sena.
B’referenza għall-fondi mqassma taħt l-iskema Voluntary Organisations Project Scheme tista’ l-Ministru tgħid min kienu l-assessuri tal-proġetti tal-għaqdiet applikanti? Kif intgħażlu dawn l-assessuri? Fuq liema kriterji?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti tal-iskema Voluntary Organisations Project Scheme kienu evalwati minn assessuri esterni għall-istess Ministeru wara sejħa li saret fi ħdan is-settur pubbliku permezz tal-intranet kif ukoll ħarġet fil-gazzetta tal-gvern. Is-sitt applikanti kollha wrew li kellhom l-esperjenza meħtieġa u kien konfemati bħala assessuri. Din kienet l-ewwel darba li dawn il-fondi, li kienu qabel jagħmlu parti mill-NGO Fund u li ilu jeżisti għal bosta snin, kienu evalwati minn assessuri esterni fejn kull proġett kien evalwat tal-anqas minn żewġ assessuri b’mod indipendenti. Il-lista tal-assessuri hija:
Ms Maria Carmela Borg
Mr Marixei Callus
Dr Katya DeGiovanni
Mr Geoffrey Formosa
Mr Brian Schembri
Mr Neville Zammit
B’referenza għall-fondi mqassma taħt l-iskema Voluntary Organisations Project Scheme tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-kriterji tal-għażla li ġew applikati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji tal-għażla li ġew applikati kienu pubblikati mal-Linji Gwida li ħarġu meta infetħu l-applikazzjonijiet tal-iskema Voluntary Organisations Project Scheme sabiex l-istess Għaqdiet Volontarji kienu nfurmati fuq liema kriterji l-applikazzjoni kienet ser tkun evalwata. Dawn il-kriterji tal-għażla kienu annessi bħala dokument Anness III li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-fondi mqassma taħt l-iskema Voluntary Organisations Project Scheme tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-punti allokati għal kull proġett applikant? Tista’ tgħid għaliex l-evalwazzjonijiet inżammu sigrieti s’issa? Tista’ tippubblika l-eżitu tal-evalwazzjonijiet li saru anke biex tipprovdi opportunità ta’ feedback u tagħlim lill-istess għaqdiet?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati ta’ l-iskema Voluntary Organisations Project Scheme, inklużi l-punti allokati għal kull proġett applikant, huma pubbliċi u huma aċċessibli fuq is-sit www.maltacvs.org. L-għaqdiet li ma kellhomx suċċess f’din is-sejħa jistgħu jitolbu laqgħa mal-uffiċjal responsabbli mill-iSkema fejn jingħataw id-dettalji tal-punti u r-rimarki tal-assessuri sabiex dan il-feedback iservi ta’ tagħlim għall-istess għaqdiet.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-mediċina Flexiseq żdiedet fil-prezz b'€6.35 għal €18.35?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li Flexiseq iddaħħal fis-suq lokali bil-prezz ta' €18.35 fit-2013. Illum għadu jinbiegħ bl-istess prezz. Għal żmien qasir il-prodott kien offrut fis-suq b’offerta promozzjonali ta’ €11.99.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 25104 u tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, sena b’sena? Tista’ tgħid x’kienu l-karigi tagħhom? Tista’ tgħid x’kien il-pakkett sħiħ ta’ remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, li kienu jirċievu, kariga b’kariga? Tista’ tgħid fuq liema bażi kienu magħżula dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Malta — EU Information Centre – ħaddiema fis-settur/servizz pubbliku
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija 25105 u tgħid mill-persuni kollha li ħadmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, kemm kien hemm impjegati li kienu diġà jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku qabel ma bdew jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre u kemm minnhom ma kenux? Tista’ tgħid kemm baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku wara li l-Malta - EU Information Centre ma baqax jopera u f’kull każ fejn baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.