Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #17991 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każijiet ta’ Acquisition/Recognition rents kapitalizzati

Question

Jista’ l-Prim Ministrun jwieġeb mistoqsija parlamentari 17600 u jelenka kemm każijiet ta’ acquisition/recognition rents ġew kapitalizzati (fl-aħħar sentejn) ta’ esproprji li kienu bil-possession and use? Jista’ jgħid f’liema bliet jew irħula kienu dawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar sentejn kien hemm total ta’ 167 ka¿ li kienu bil-possession and use u li kellhom l-acquisition/recognition rent ikkapitalizzat. Minn dawn 91 każ kellhom l’acquisition/recognition rent ikkapitalizzata kollha filwaqt li 76 każ kellhom sehem indiviż ikkapitalizzat. Dawn il-proprjetajiet kienu fil-lokalitajiet tal-Birgu, Bormla, l-Isla, l-Marsa u l-Belt Valletta.
Leg 12 PQ #17992 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ esproprjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17614 u jgħid x’kien l-iskop pubbliku għal kull każ li semma fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17445 fejn tħallas l-espropju b’permuta, fl-intier jew parti minnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #16836 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IAID – Rapport tal-Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni tal-Internal Audit and Investigations Department (IAID) li sar fl-aħħar ġimgħat dwar l-operat tal-ex Kap tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-rapport ma giex mogħti lill-Prim Ministru u lanqas gie kkumissjonat mill-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #17867 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Artijiet fil-fatt tax xi konċessjoni biex art li tinsab fil-parkeġġ (parti mill-istess art) li kien inawgurat xi xhur ilu, mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttra u mis-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, filfatt jintuża għal xi skop ieħor? Jekk iva, lil min ingħata il-konċessjoni u taħt liema kundizzjonijiet? Kemm qed jitħallas tagħha din l-art u minn min?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Jista l-Onorevoli Interpellant jgħid għal liem lokalità qegħda tirreferi id-domanda parlamentari Nru 17867.
Leg 12 PQ #17873 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Billboards bil-permess tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-billboards kollha li għandhom il-permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’pajjiżna llum u jindika l-post fuq is-siteplan, id-data ta’ meta saret kull applikazzjoni u meta ngħata l-permess, flimkien mar-referenza ta’ kull applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17890 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

House of Four Winds — kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data wara Marzu 2013 li l-Bank of Valletta talab lid-Dipartiment tal-Artijiet biex it-titlu ta' kera li kellu fuq il-House of Four Winds isir wieħed ta' emfitewsi? Jista' jgħid meta tali talba ġiet milqugħa mill-Gvern? Jistax jikkwota l-artikolu tal-Liġi li in forza tiegħu l-kera saret emfitewsi f'dan il-każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17891 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

House of Four Winds — kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-workings kollha biex il-Gvern u l-BOV waslu għas-somma li l-Bank ħallas sabiex ingħata titolu ta' emfitewsi flok kera fuq il-House of Four Winds? Kemm kienet is-somma li l-Bank ħallas lill-Gvern biex inbidel it-titolu legali tiegħu fuq il-House of Four Winds?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17894 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet li ngħataw b’encroachment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm proprjetajiet li ngħataw b’encroachment u li dwarhom saret talba biex jinħareġ tender skont id-disposizzjoni numru 8 (Disposal of a property already leased) tal-Policy on the disposal of non-residential government property thro’ letting, re-letting and emphytheutical concessions, mis-sena 2013 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment , la fis-snin li għaddew u lanqas illum ma kienx iżżomm statistika ta’ proprjetajiet li oriġinarjament kienu ngħataw b’encroachment u wara saret talba biex jinqaleb b’titlu ta’ kera wara sejħa għall-offerti.
Leg 12 PQ #17895 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet li ngħataw b’encroachment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment u li dwarhom saret talba biex jinħareġ tender skont id-disposizzjoni numru 8 (Disposal of a property already leased) tal-Policy on the disposal of non-residential government property thro’ letting, re-letting and emphytheutical concessions, sena b’sena mill-2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Membru li jirreferi għat-tweġba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 17894.
Leg 12 PQ #16761 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Schemes — ħlas lis-sidien tal-plots

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka ż-żoni jew postijiet fejn, minn Marzu 2013 sal-lum, id-Dipartiment tal-Artijiet ħallas lis-sidien oriġinali tal-plots tal-Home Ownership Schemes u jista’ jgħid kemm ħallas id-Dipartiment għal kull żona ? Kemm-il familja saret sid ta’ darha grazzi għal dan il-ħlas mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien oriġinali tal-Home Ownership Schemes?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #16762 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Siġġiewi – Ta’ Kirċippu – Home Ownership Schemes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-valur li d-Dipartiment tal-Artijiet irid iħallas lis-sidien oriġinali bil-valur tas-suq tal-lum għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Kirċippu, fis-Siġġiewi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #16763 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi – Ta’ Farsina – Home Ownership Schemes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-valur li d-Dipartiment tal-Artijiet irid iħallas lis-sidien oriġinali bil-valur tas-suq tal-lum għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Farsina f’Ħal Qormi? Kemm-il dar jew familja hemm f’din iż-żona li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhux imħallsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17426 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat tal-Gvern Malti – preżenza ta’ konsulent

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-konsulent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx preżenti f'laqgħat fejn kien hemm preżenti l-Gvern Malti mill- 1 ta’ April 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il laqgħa attenda? Jista' jgħid x'terms of reference kellu fir-rigward ta’ dawn il-laqgħat? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tax-xogħol li wettaq matul dan il-perjodu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4770, 4930, 4971 u 10338.
Leg 12 PQ #17709 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma jekk hu jew xi membri fis-Segretarjat tiegħu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi li nħarġu f’ismu jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħu? Jekk fl-affermattiv min huma dawk awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għalliema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cardsgħal kull credit card minn Marzu 2013 u jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17710 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – entitajiet — użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi? Jekk fl-affermattiv min huma dawk l-entitajiet li huma awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards pubbliċi għal kull entità minn Marzu 2013 u jista’ jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #16675 Sitting 290 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kodiċi ta’ Etika tal-Minsitri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kodiċi ta’ Etika tal-Minsitri kif issa rivedut?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dokument mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Miegħu qed jitpoġġa wkoll dokument iehor intitolat Manwal ta’ proceduri tal-Kabinett.
Leg 12 PQ #16676 Sitting 290 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forti tas-Salvatur – ċens perpetwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-data meta l-enfitewsi perpetwu gravanti l-Forti tas-Salvatur mogħti b’ċens perpetwu f’April 1958 għall-użu bħala batching plant tal-konkos ġie mifdi? Jsita’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-att pubbliku li bih f’April 1958 ingħata ċ-ċens mill-Gvern lill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interepllant li enfitewsi perpetwu gravanti tal-Forti tas-Salvatur infeda permezz ta’ Att Pubbliku datat 27 ta’ Jannar 1982. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Att Pubbliku li permezz tiegħu fid-29 ta’ Marzu 1958, din il-proprjetà ngħatat mill-Gvern lill-privat.
Leg 12 PQ #17793 Sitting 290 2015-07-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA u l-SPED — Proġetti ta' land reclamation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17526 u ċjoè: Billi waqt id-diskussjoni riċenti dwar il-MEPA u l-SPED donnu li kien hemm indikazzjoni li dak li jikkonċerna l-proġetti ta' land reclamation kienu se jiġu abbandunati, minħabba d-diffikultajiet kbar li hemm biex tali reclamation isseħħ f'Malta, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm deċiżjonijiet formali biex din il-politika ma tibqax tiġi segwita, almenu għall-futur immedjat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-pozizzjoni tal-gvern favur proġetti ta’ land reclamation ma inbidlitx. L-interpetazzjoni tiegħu hija waħda żbaljata.
Leg 12 PQ #17795 Sitting 290 2015-07-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ lokalitajiet – twaqqiegħ ta’ bini u qtugħ ta’ blat

Question

Għal dawn l-aħħar snin, fil-bidu tas-sajf, , jitħabbru sensiela ta’ lokalitajiet li fihom suppost ma jsirx twaqqigħ ta’ bini u lanqas qtugħ ta’ blat, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irċeviet ilmenti dwar ksur ta’ dan l-avviż, u kif kienu maqsuma dawn l-istess ilmenti lokalità b’lokalità, matul din is-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-infurzar tar-regolamenti rigward xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ta’ bini jaqgħu fir-responsabilta` tal-Building Regulation Office u għalhekk l-Awtorita` ma tilqax tali lmenti.
Leg 12 PQ #17796 Sitting 290 2015-07-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siti ta’ kostruzzjoni — protezzjoni

Question

Billi huma bosta ċ-ċirkostanzi li fihom siti ta’ kostruzzjoni jitħallew mhux imdawra sew b’xi forma ta’ protezzjoni, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm irċeviet ilmenti l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar dan, lokalità b’lokalità matul din is-sena? X’passi ttieħdu, u dwar liema każijiet ttieħdu dawn il-passi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-infurzar tar-regolamenti rigward xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ta’ bini jaqgħu fir-responsabilta` tal-Building Regulation Office u għalhekk l-Awtorita` ma tilqax tali lmenti.