Jista' l-Ministru jgħid, jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-ħruġ tal-permessi għall-pompi tal-petrol ikunx liberalizzat u kulħadd ikun jista' japplika biex jiftaħ pompa tal-petrol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma naħsibx li jkun għaqli li wieħed jesprimi ruħu minn issa dwar xi pass li jista' jkun meħtieġ li jittieħed fil-futur. Madankollu, meta jkun il-waqt, il-gvern mhux ser joqgħod lura milli jagħmel dan. Dan jgħodd għal kull qasam ta' l-ekonomija.
Possibbli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma taċċerta li tagħti l-provvista ta' l-ilma lir-residenti kollha li joqogħdu fi Triq Ħadd in-Nies, f'Ħaż-Żabbar minħabba li hemm min ilu joqgħod f'din it-triq aktar minn għaxar snin u għadu bla servizz ta' ilma?
Jaħseb il-Ministru li din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u għandha tiġi rrimedjata fl-iqsar żmien possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tieħu ħsieb biex twassal is-servizz ta' l-ilma fl-imsemmija triq. Fil-fatt, bħalissa, il-post hemm kuntrattur imqabbad mill-Korporazzjoni biex jinstalla mejn ta' l-ilma u x-xogħol mistenni li jitlesta fi żmien qasir.
Pero` ser tibqa' parti żgħira mit-triq, li diġa' hemm nies joqgħodu fiha, li ma jistax jingħatalhom is-servizz ta' l-ilma. Dan għaliex fil-preżent ma jeżistix aċċess għal din il-parti tat-triq ħlief minn proprjeta' privata. Is-servizz lil din il-parti tat-triq ikun jista' jingħata meta jinfetaħ aċċess għal din il-parti.
Jista' l-Ministru jgħid lil min se jiġi allokat il-post numru 126, Archbishop Street, Valletta peress li hemm ħafna għaqdiet li jixtiequ jikruh? Tista' tittieħed deċiżjoni malajr? Jekk diġa' ġie f'arranġament, lil min ġie allokat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-hotels kollha f'Malta u f'Għawdex u l-ammonti tad-dawl u l-ilma pendenti jew le li għandha kull lukanda mal-Water Services Corportation u mal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma narax li jkun etikament korrett li nagħmel pubblika l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Daniel Ceci fi Triq Francesco Crispi kantuniera ma' Triq Ġużeppi Montebello u fi Triq Fieres kantuniera ma' Triq id-Dejma f'Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba rigward Triq Daniel Ceci u Triq il-Fieres qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Dwar il-bozza fi Triq Francesco Crispi, jiena nfurmat li t-talba ġiet approvata fit-22 ta' Frar 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Minstru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Infiq ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar il-flus li ntnefqu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Biex jiġu rranġati l-uffiċini tal-Ministeru fil-Berġa ta' Aragona, bejn il-5 ta' Settembru 1998 u llum, intefqet is-somma ta' Lm5460.58c.
Sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont 'itemized' mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi jew x'se tkun il-policy tal-gvern fid-dawl tar-rapport dwar Malta maħruġ mill-UE dwar: a) il-petrol bla ċomb; b) il-ħwienet duty free; c) it-Tarznari; u d) bejgħ ta' proprjeta' lil barranin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Naħseb li għadu kmieni biex wieħed jesprimi ruħu dwar il-policy li l-gvern ser jadotta fil-futur. Inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li meta jkun il-waqt, il-gvern jagħmel pubbliku il-policy tiegħu rigward is-setturi li għalihom qed issir referenza.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jaġixxi l-gvern għat-talbiet tal-EU rigward it-tnaqqis ta' ħaddiema minn mas-Servizz Pubbliku u dwar is-sussidju lit-tarznari tagħna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar l-amministrazzjoni pubblika, ir-rapport ta' l-Unjoni Ewropea jispeċifika:
'The executive's institutions function smoothly. The civil service numbers 30,500 employees in central government, which represents approximately 20% of the working population. There is scope for improving the efficiency and effectiveness of the public administration.'
Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sussidju lit-tarznari tagħna, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 4622.
Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kemm dawk ta' azjendi privati u ħwienet kif ukoll dawk privati (tad-djar)? Kemm se jkun il-perjodu li fuqhom se jinħadmu l-kontijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kontijiet tal-heavy consumers (industrijali/hotels u kummerċjali) diġa' bdew joħorġu. Għal dak li jirrigwarda konsumaturi domestiċi, fi ftit ġranet oħra se tintbagħtilhom ittra li fiha jkun spjegat il-kreditu li se jieħdu bħala riżultat tat-tariffi l-ġodda. Għal bidu ta' April jirċievu kont li jkun għal perjodu ta' xahrejn u nofs. Dawn ikunu xahrejn u nofs li jmiss wara l-perjodu li għalih nħareġ l-aħħar kont.
Il-kontijiet għall-konsumaturi domestiċi wara dak li jmiss se jibqgħu joħorġu għal perjodu ta' erba xhur. Naturalment dawn joħorġu xi ftit aktar spiss minn kull erba' xhur biex jiġi rkuprat iż-żmien li fih ma ntbagħtux kontijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk qed jiġu msejħa sabiex jippreżentaw ruħhom għal medical test dan l-aħħar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li wara talba tad-Direttur tax-Xogħol lill-kumpanija, xi ħaddiema tal-Kalaxlokk qed jintbagħtu l-Occupational Health and Safety Unit biex isirilhom eżami mediku skond l-Att numru VII ta' l-1994 għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li l-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta tiġi ristrutturata jew forsi privatizzata fil-futur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għad ma hemm l-ebda pjan dwar ristrutturizazzjoni jew privatizazzjoni tal-Petroleum Division ta' l-Enemalta.