Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni matul is-sena 1999? X'tip ta' marda kellhom u x'eta' kelhom f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment hija n-numru ta' persuni li ġew mogħtija pensjoni ta' l-Invalidita' matul is-sena. Għalhekk qed nirriproduċi tabella bl-istatistika dwar persuni li ngħataw pensjoni ta' l-Invalidita' wara li ġew boarded out mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul l-1999.
PERSUNI LI ĠEW BOARDED-OUT MATUL L-1999
Etajiet Numru ta' Persuni
------- -----------------
20 sena sat-30 sena 6
31 sena sal-40 sena 27
41 sena sal-50 sena 143
l' fuq minn 50 sena 576
TOTAL 752
----- ---
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati tilwimiet industrijali matul is-sena 1999 u liema kienu l-azjendi, korpi parastatali u/jew dipartimenti tal-gvern milquta f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tnejn u disgħin (92) tilwima industrijali ġew reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg matul is-sena 1999. Tlieta u tletin (33) minnhom jikkonċernaw korpi parastatali / awtoritajiet / korporazzjonijiet tal-Gvern, waqt li disa u ħamsin (59) minnhom jikkonċeraw stabbilimenti privati.
Qiegħed inpoġġi listi ta' dawn it-tilwim industrijali fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala allowance tat-tfal matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala bonus kontributorju matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tieghi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala pensjoni għal diżabilita' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta'benefiċċju imħallas mill-gvern bħala għajnuna soċjali matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala assistenza supplimentari matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċji imħallsa mill-gvern bħala għajnuna għal mard matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru iwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija 12972 li ġejt mitlub nirriferi lilek mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, ċioe' jista' jgħid kemm hemm karozzi impressed mal-Ministeru jew mad-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu impjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13282.
Peress li fil-brochure "Separation Mediation Service" maħruġ mis-Social Welfare Development Programme jingħad li min juża s-servizz ikun mitlub iħallas u dwar ir-rata huwa mitlub jikkuntattja l-uffiċċju biex ikun jaf kemm,jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma r-rati ta'ħlas? Kif ġew deċiżi? Kemm daħħlet l-SWDP minn dawn is-servizzi minn mindu bdiet tiċċarġja għalihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-servizz ta' "Seperation Mediation" qiegħed, fil-preżent jingħata b'xejn għaliex għadu fi stadju sperimentali.
Il-Brochure imsemmi hu wieħed antik u minkejja li jsemmi li s-servizz hu bi ħlas, fil-prattiku dan qatt ma sar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn day centres f'Malta u f'Għawdex? Fejn huma? Kemm jattendu guvintur u xebbiet f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Kemm hemm staff f'kull ċentru? X'inhi l-ispiża kapitali u rikorrenti f'kull ċentru f'kull sena? Kemm hi l-ispiża tat-trasport f'kull ċentru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Istitut Internazzjonali tal-Ġerentoloġija — Twaqqif
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġie mwaqqaf u meta għalaq l-Istitut Internazzjonali tal-Ġerentoloġija bħala entita' għaliha?
Għal-liema raġuni ġie magħluq? Hemm ħsieb li dan jerġa' jinfetaħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-istitut tal-Ġerontoloġija, nitlobu jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16231: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16030: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16141: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16083: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16113: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Ministeru għas-Servizzi Soċjali — Karozzi impressed
Question
B'rifernza għall-mistoqsija parlamentari numru 12980, fejn il-Viċi Prim Ministru qal li: "Il-gvern qed jesplora attivament l-aħjar metodu biex ikun jista' jwettaq il-proposta elettorali tiegħu dwar l-impjegati impressed", jista' jgħid meta din il-wegħda se titwettaq? Jista' jgħid jekk ħaddiema oħra każwali li jaħdmu mal-gvern bħal clerk typists se jiġu mpjegati direttament mal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Waqt li nerġa' ntenni li l-Gvern qed jesplora l-possibiltajiet f'dan ir-rigward b'mod attiv, m'hinix f'pożizzjoni li nipprovdi data definittiva kif qed jitlob l-Onor. Membru.
Dwar il-proposta ta' mpjieg permanenti għal dawk l-impjegati każwali li ilhom mal-Gvern għal żmien twil, anke f'dan il-każ il-Gvern qed jesplora kif din il-proposta tista' titwettaq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11897 li saret xahrejn ilu u li sat-2 ta' Frar kienet għadha ma ġietx risposta? F'din id-domanda staqsjet lill-Ministru biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' l-impjieg tas-Sur Robert Lawrenti.
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-letter of resignation tas-Sur Robert Lawrenti jew, jekk hu l-każ, l-ittra tat-termination of contract ta' l-ETC?
Jista' jispjega kif is-Sur Lawrenti ħa tliet xhur leave f'sena waħda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn hawn u ftit ġranet oħra ser inkun f'pożizzjoni li nwieġeb il-Mistoqsija 11897.
Fid-dawl ta' l-inċidenti traġiċi li seħħew dan l-aħħar, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu biex isaħħaħ l-ispettorat li jieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-reklutaġġ ta' spetturi huwa biss wieħed mill-inizjattivi li jittieħdu. L-Onor.Interpellant għandu jkun jaf li kemm il-Ministeru kif wkoll id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg għandhom programm ta' ħidma, mifrux fuq diversi snin biex ikunu salvagwardati aħjar is-saħħa u s-sigurta' f'kull post tax-xogħol. Fost dawn ta' min wieħed isemmi it-twaqqif ta' Awtorita' għall-Ħarsien tas-Saħħa u s-Sigurta', it-traspożizzjoni tad-Direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-materja, ir-reklutaġġ ta' spetturi u ta' nies bi kwalifiċi speċjaliżżati biex ikunu jistgħu jagħtu servizz f'dan il-qasam. Barra minn hekk, it-Taqsima Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol kompliet bil-ħidma tagħha ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni, fejn fost affarijiet oħra żammet ir-rwol sinifikanti li kellha fl-organiżżar tal-kors universitarju li jwassal għal Diploma. Irid jingħad ukoll li diġa bdew taħdidiet ma' li Staff Development Organization biex jinbdew sensieliet ta' "lectures" għal ħaddiema tal-Gvern.