Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #19299 Sitting 298 2015-10-07 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Binjiet – retro fitting – energy efficient

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il binja pubblika gawdiet minn programm ta’ retro fitting biex isiru aktar energy efficient mill-1 t’April 2013 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet u x’xogħol sar fuqhom, miżura b’miżura? Kemm kienet l-ispiża li saret fuq kull binja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onoroveli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 15667.
Leg 12 PQ #19249 Sitting 297 2015-10-06 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi — tindif ta' art

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitnaddaf biċċa art li tinsab fi Triq il-Belt Valletta ġewwa Ħal Qormi peress li kif indikat fir-ritratti qed jingħataw separatament hemm ammont ta' skart li permezz tiegħu qiegħed jinġemgħu ġrieden u nsetti li qegħdin jikkawżaw rwejjaħ u mard? Kif ukoll, jista' l-Ministru jara li jittella' ċ-ċint li jdawwar din l-art peress li jinsab fi stat perikoluż għal kull min jgħaddi minn quddiem din l-istess art?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit gie identifikat. Il-MEPA innutat illi tezisti sitwazzjoni ta' periklu minħabba li ċ-ċint ta' mat-triq huwa baxx u l-livell tas-sit huwa xi metri 'l isfel mill-livell tat-triq. Għalhekk qed jittieħdu l-proċeduri neċessarji sabiex jigi identifikat sid l-art sabiex eventwalment din is-sitwazzjoni tigi rrangata. Peress illi hemm kwistjoni ta' periklu, il-Pulizija, Transport Malta, u l-Kunsill Lokali qed jigu informati bil-każ sabiex tittiehed l- azzjoni immedjata li hemm bzonn.
Leg 12 PQ #17739 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba dwar konsulenzi li qed jingħataw lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, lis-Segretarjat Privat tiegħi u lis-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva.
Leg 12 PQ #17974 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – permessi għal booths fil-Port taċ-Ċirkewwa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jinħarġu permessi mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal booths li jservu għall-bejgħ ta' biljetti għal vjaġġi minn Malta għall-Kemmuna fil-port taċ-Ċirkewwa? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni li mhux jinħarġu dawn il-permessi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fil-preżent il-MEPA ma hiex tipproċessa permessi li hemm riferenza għalihom fil-mistoqsija mressqa mill-Onor Interpellant. Fil-mument il-kwistjoni tal-lokazzjoni ta' ticket booths fiċ-Ċirkewwa qed tigi evalwata b'mod holistiku minn Transport Malta, anki f'diskussjonijiet ma ' entitajiet governattivi oħrajn.
Leg 12 PQ #18027 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Schemes — ħlas lis-sidien tal-plots

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16761 u jelenka ż-żoni jew postijiet fejn, minn Marzu 2013 sal-lum, id-Dipartiment tal-Artijiet ħallas lis-sidien oriġinali tal-plots tal-Home Ownership Schemes u jista’ jgħid kemm ħallas id-Dipartiment għal kull żona ? Kemm-il familja saret sid ta’ darha grazzi għal dan il-ħlas mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien oriġinali tal-Home Ownership Schemes?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn Marzu 2013 sa Lulju 2015 id-Dipartiment tal-Artijiet hallas total ta’ €1.87 miljun lis-sidien oriġinali tal-plots li intuzaw fil-Home Ownership Schemes. Kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qiegħed nipprezenta ma’ din it-twegiba lista ta’ diversi lokalitajiet fejn sar dan il-ħlas u kemm kien il-hlas f’kull kaz. Nistieden lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda lill-Ministru kkonċernat. Locality Valur tal-Art Interessi Total Value € € € Zurrieq 130,000 86,827.40 216,827.40 Mosta 512,330 333,351.42 845,681.42 Naxxar 97,916.54 63,589 161,505.54 Naxxar 109,458.46 72,923.09 182,381.55 Kalkara 133,000 85,104.36 218,104.36 Hal Luqa 4,300 3,596.86 7,896.86 Naxxar 86,500 59,439 145,939 Hal Qormi 4,171 4,683.66 8,854.66 Hal Qormi 3,198 3,590.38 6,788.98 Hal Qormi 5, 043.72 5,663.68 10,707.40 Had-Dingli 17,470 13,441.52 30,911.52 Marsa 8,086.83 9,226.05 17,312.88 Hal Gharghur 16,400 11,119.61 27,519.61 Hal Gharghur 55,000 38,530.48 93,530.48 Hal Qormi 1,521.66 2,631.43 4,153.09 Had Dingli 37,000 30,750.74 67,750.74 Msida 95,990 59,553.32 155,543.32 Birkirkara 6,300 3,976.67 10,276.67 Birkirkara 2,570 1,624.19 4,194.19
Leg 12 PQ #18028 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Siġġiewi – Ta’ Kirċippu – Home Ownership Schemes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16762 u jgħid kemm hu stmat li hu l-valur li d-Dipartiment tal-Artijiet irid iħallas lis-sidien oriġinali bil-valur tas-suq tal-lum għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Kirċippu, fis-Siġġiewi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-akkwisti ta’ proprjeta privata minħabba l-Home Ownership Scheme, imorru lura għas-snin tmenin. Il-kumpens dovut lis-sidien għal dawn l-akkwisti ilu pendenti minn dani ż-żmien. Il-valur tal-art li jrid jitħallas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Kirċeppu fis-Siġġiewi huwa ta’ €591,500. Ma’ dan l-ammont irid jiżdied ukoll il-ħlas tal-interessi li jiġi kkalkulat meta jsir il-kuntratt. Din is-sena l-gvern ħallas €1.2 miljun fuq kumpens ta’ esproprji varji relatati mal-Home Ownership Scheme biss. Il-ħlas ta’ kumpens fuq esproprji relatati mal-Home Ownership Scheme se jitkompla fiż-żmien li gej.
Leg 12 PQ #18029 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi – Ta’ Farsina – Home Ownership Schemes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16763 u jgħid kemm hu stmat li hu l-valur li d-Dipartiment tal-Artijiet irid iħallas lis-sidien oriġinali bil-valur tas-suq tal-lum għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Farsina f’Ħal Qormi? Kemm-il dar jew familja hemm f’din iż-żona li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhux imħallsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-akkwisti ta’ proprjeta privata minhabba l-Home Ownership Scheme imorru lura għas-snin tmenin. Il-kumpens dovut lis-sidien għal dawn l-akkwisti ilu pendenti minn dan iż-żmien. Il-valur tal-art flimkien mal-interessi li diġa ġew depożitati l-Bank biex isir il-ħlas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta Farsina, Hal Qormi huwa ta’ €30,504. Filwaqt li hemm ammont ta’ art oħra li flimkien il-valur tagħhom jammonta għal €76,706.51. Dan il-valur irid jiġi rivedut skont il-valur tas-Suq fl-2005 skont il-provediment tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Art għal Skopijiet Pubbliċi (Kap 88) kif ukoll irid jiżdied ma dan il-valur, l-ammont ta’ ħlas tal-interessi dovuti li jiġi kkalkulat meta jsir il-kuntratt. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, l-Onorevoli Membru huwa mitlub li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Ngħarraf lill-Onor Interpellant din is-sena l-gvern ħallas €1.2 miljun fuq kumpens ta’ esproprji varji relatati mal-Home Ownership Scheme biss. Il-ħlas ta’ kumpens fuq esproprji relatati mal-Home Ownership Scheme se jitkompla fiż-żmien li gej.
Leg 12 PQ #18805 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li jaħdmu maċ-ċivil

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu maċ-ċivil f’April 2013 u kemm hu llum, maqsuma skont il-kategoriji ta’ mpjieg kif huma fiċ-ċivil?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Kif jirrizulta minn din it-tabella minn April 2013 sa Settembru 2015, 72% tal-impjiegi li ¿diedu fiċ-ċivil kienu fil-gradi medici, fil-gradi tal-infermiera u l-paramedici u fil-gradi tal-edukazzjoni. Fil-fatt minn April 2013 sa Settembru 2015 zdiedu 809 impjiegi fil-gradi medici, fil-gradi tal-infermiera u l-paramedici u fil-gradi tal-edukazzjoni.
Leg 12 PQ #18806 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni b’diżabilita li jaħdmu maċ-ċivil

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li huma mpjegati maċ-ċivil u li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ mpjiegi skont il-liġi ta’ impjieg ta’ persuni b’diżabilità? F’liema gradi huma impjegati dawn il-persuni u kemm hemm impjegati f’kull każ u f’kull dipartiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fl-aħħar t’Awwissu, 2015 kien hemm 225 impjegati fis-Servizz Pubbliku li huma rreġistrati mal-Kummissjoni Persuni b’Di¿abilita’. Dettalji tal-gradi li huma rreġistrati bihom mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, kif ukoll tal-Ministeri jew Dipartimenti li huma rreġistrati magħhom, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17993 Sitting 294 2015-07-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ownership Scheme – sidien oriġinali tal-artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17444 u jgħid kemm-il sid oriġinali tal-artijiet li kienu għadhom taħt konvenju tħallsu taħt l-ownership scheme maqsumin sena b’sena bejn l-2008 u l-2013 skont il-lokalitajiet differenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #18006 Sitting 294 2015-07-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ lokalitajiet – twaqqiegħ ta’ bini u qtugħ ta’ blat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17795, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xorta waħda rapporti dwar dan li waslu għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u fil-każ, jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn ir-rapport għaddewx għand il-Building Regulations Office?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la darba l-infurzar tar-regolamenti rigward xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ta’ bini f’zoni turisici fix-xhur tas-sajf jaqgħu fir-responsabilta` tal-Building Regulation Office, meta l-Awtorita` tircievi ilmenti dwar dan, hi tinforma lill-klijenti li huma ghandhom jikkuntatjaw lill-Building Regulation Office.
Leg 12 PQ #17896 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet li ngħataw b’encroachment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment u li dwarhom saret talba biex jinħareġ tender skont id-disposizzjoni numru 8 (Disposal of a property already leased) tal-Policy on the disposal of non-residential government property thro’ letting, re-letting and emphytheutical concessions, sena b’sena mill-2013, inkluż minn min saret it-talba, għal liema skop, jekk ġietx aċċettata t-talba u kemm qegħdin iħallsu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 17894 u 17895.
Leg 12 PQ #17907 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — St. George's Bay - art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'trasferiment ta' art pubblika, taħt kwalsiasi titlu inkluż enchroachment kif hemm tal-bajja St. George's Bay f'San Ġiljan lil terzi mit-30 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija kien hemm? Jekk kien hemm, x'kienu l-kundizzjonijiet u b'liema mod ingħatat dan it-trasferiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17932 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — periti - aerial photographs

Question

Jista' l-Prim Ministru jara jekk hu possibli li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar tippermetti lill-periti jieħdu l-aerial photographs minn fuq l-internet bħal ma jsir għas-site plans biex b'hekk il-periti jiffrankaw ħafna ħin li jqattgħu fil-kju, jitnaqqas ix-xogħol fuq il-ħaddiema tal-MEPA u allura forsi anke jitnaqqsu l-prezz għal dan is-servizzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-Awtorita’ qed tipprepara serje ta’ servizzi li ser tkun qed toffri fil-futur fosthom is-servizz ta’ bejgh ta’ Aerial Photographs, mapep u ħafna mis-servizzi li jingħataw mill-Mapping Shop. Il-web site ta’ l-Awtorita’ l-gdida ser tigi revamped biex tkun iktar facli kemm għal publiku in generali kif ukoll b’servizzi apposta għal professjonisti.
Leg 12 PQ #17934 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imġarr Malta — Home Ownership Schemes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi iffinalizzat l-akkwist tal-art li fuqha ngħataw il-plots tal-Home Ownerhsip Scheme fl-Imġarr Malta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li sal-lum dawn il-plots ma jistgħux jiġu trasferiti mis-sidien tagħhom b'mod finali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fuq liema jinsab mibni l-plot tal-Home Ownership Scheme li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, minn dejjem kienet tal-Gvern u qatt ma kienet taħt esproprju. Barra minn hekk l-art fejn jinsab dan il-plot kienet trasferita lill-Awtorità tad-Djar permezz tal-Avviz Legali Nru 59 datat 25/4/1989. Għaldaqstant ġa la darba l-art issa hija amministrata mill-Awtorità tad-Djar, nitlob lill-Onorevoli Membru jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #17943 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Triq il-Mosta u Wesgħa Doris Zarb – arranġamenti ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex applikazzjonijiet pendenti biex isiru arranġamenti ġodda ta’ parkeġġ fi Triq il-Mosta u f’Wesgħa Doris Zarb, San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta saru dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tali applikazzjonijiet li diġà ġew approvati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li nħareġ permess bi DNO (DN 498/15 - site to be used as parking area from date of approval). Dan il-permess inħareġ fis 7 ta'April 2015. Fuq dan is sit partikolari l-MEPA rċievet ukoll applikazzjoni għal permess (full development TRK 162600 - Site to be used as parking as per approved DNO 498/15. Din l-applikazzjoni waslet fl-istadju ta’ screening.
Leg 12 PQ #17944 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Commission — binja użata bħala uffiċini

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17687, jista’ l-Prim Ministru jgħid għal liema binja/fond qed jirreferi li dwarha l-Kummissjoni qed tinnegozja l-kirja tagħha u li kellha l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-fond, li għalih tirreferi t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17687, huwa dak ta’ 52, Old Theatre Street, Valletta. L-approvazzjoni għall-kirja tiegħu kienet ingħatat mid-Direct Orders Section, fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi , fit-13 t’Awissu 2009 (Ref MF100/2000/6).
Leg 12 PQ #17953 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta' impjegati mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mal-Gvern jew entitajiet li fihom il-Gvern għandu interess bejn is-sena 2010 u 2013, sena b'sena u f'liema kariga ġew ingaġġati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #17986 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kundizzjonijiet fuq titolu ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’liema mod u għal liema raġuni jew motivazzjoni nbiddlu l-kundizzjonijiet li kien hemm fuq it-titolu legali li għandha jew kellha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament wara t-30 ta’ Maruz 2013? Meta saret it-talba għal tali tibdil tal-kundizzjonijiet? Meta ngħatat l-approvazzjoni? Min mexxa n-negozjati bejn iż-żewġ naħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17990 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – allokazzjoni ta’ proprjetà fi Pjazza San Ġwann mid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17601 u jgħid jekk minn Marzu 2013, id-Dipartiment tal-Artijiet allokawx, taħt kwalsiasi titlu, xi proprjetà fi Pjazza San Ġwann fil-Belt Valletta, jew xi fond (inkluż appartament) li jagħti għal fuq din il-pjazza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirrizultax li kien hemm xi allokazzjoni ta’ proprjetà taħt kwalsiasi titlu fi Pjazza San Ġwann fil-Belt Valletta minn Marzu 2013 ’l hawn. Għar-rigward ta’ appartamenti residenzjali l-allokazzjonijiet ma jsirux mid-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern u għaldaqstant l-Onorevoli Membru huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.