Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12978, riferuta lilu mill-Minstru għas-Servizzi Ekonomiċi u cioe': x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12983 li ġiet riferuta lili mill-Ministeru għal Għawdex u cioe': x'inhi s-sitwazzzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12982 li ġejt mitlub nirriferi lilu mill-Ministru ta' l-Intern u cioe': x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda bħala CSAs mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mis-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000, ġew impjegati 37 Assistenti Każwali Soċjali ġodda li minnhom 25 ħadu post dawk il-25 li rriżenjaw f'dan l-istess perjodu.
L-applikazzjonijiet baqgħu dejjem miftuħin u għaldaqstant dejjem ġew ikkunsidrati dawk li kienu applikaw.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni fuq ix-xogħol matul is-sena 1999? Kemm minn dawn kienu mal-gvern, korpi parastatali, awtoritajiet, mal-privat u self-employed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' talbiet li kellu d-Dipartiment fis-sena 1999 kien ta' 5,151. Minn dan in-numru kien hemm 4,647 persuna li weġgħu bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u l-31 ta' Diċembru, 1999.
Dawn it-talbiet kienu mqassmin kif indikat hawn taħt:
IMPJEGATI MA' NISA IRĠIEL TOTAL
------------- ---- ------ -----
Privat 381 2,324 2,705
Gvern 85 386 471
Parastatali 36 357 393
Malta Drydocks 1 782 783
Għar-rashom 5 290 295
TOTAL 508 4,139 4,647
----- --- ----- -----
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni 'l fuq min 61 li qed jaħdmu illum? Kemm minn dawn huma mal-gvern, mal-privat, ma' korpi parastatali, ma' awtoritajiet u self-employed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni 'l fuq minn 61 sena li kienu jaħdmu f'Diċembru 1999 kien ta' 2,715 (il-figura teskludi l-gvern).
Skond informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, f'Diċembru 1999 kien hemm 1,254 persuna jaħdmu mal-privat, 89 ma' korpi parastatali u ma' awtoritajiet, filwaqt li 1,372 persuna kienu self employed.
Rigward il-figura ta' numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-gvern li għandhom il-fuq minn 61 sena din tista' tinġabar mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw litri ta' methadone miċ-ċentru tad-droga lil persuni li jabbużaw mid-droga miċ-ċentru tad-detox matul is-sena 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul is-sena 1999, ingħataw 5,074.696 litri ta' Methadone miċ-Ċentru tad-Detox ġewwa l-Isptar San Luqa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-lift ta' Blk E3, Triq id-Deffa, Ta' Xbiex? Peress li x-xogħol ta' proċedura u permessi kollu tlesta mir-residenti, jista' jgħid x'qiegħed iżomm milli jsir ix-xogħol meħtieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-residenti tal-blokk applikaw fl-14 ta' Diċembru 1999 taħt Skema V - biex tiġi installata s-sistema tal-lift, peress li din l-Iskema ġiet estiża għall-blokki kollha tal-Gvern fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex fejn jgħixu persuni b'diżabilita' ta' mobilita'. Fit-3 ta' Jannar 2000 saret spezzjoni fuq il-post fejn prima facie jidher li tista' tiġi installata s-sistema tal-lift.
Peress li fl-applikazzjoni ma hemmx indikat liema persuna fil-blokk in kwistjoni għandha xi problema ta' mobilta', fit-28 ta' Jannar 2000 l-Awtorita' tad-Djar kitbet lis-Segretarja tar-Residents' Association biex tagħti l-informazzjoni neċessarja anke b'mod konfidenzjali.
L-Awtorita' tad-Djar qegħda fl-aħħar fażi biex jiġu impjegati Architect & Civil Engineer u Mechanical Engineer fl-għan ewlieni li jieħdu ħsieb il-proċeduri għall-installar tal-lifts. Hu ittamat li l-proċeduri jibdew fi żmien qasir.
Jista' l Viċi Prim Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari Nru.12974 li ġejt mitlub nirriferi lilek mill-Ministru tal-Finanzi, ċioe' jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija 12972 li ġejt mitlub nirriferi lilek mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni ċioe', jista' jgħid kemm hemm ħaddiema impressed mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12979 u ċioe' jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tielet parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12975 riferuta lilu mill-Ministru tat-Turiżmu u cioe': X'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti ċ-ċifri tan-nies li bdew jirreġistraw għax-xogħol (part 1) xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum u l-irħula li ġejjin minnhom? Kemm minnhom kienu self-employed, raħal b'raħal? Kemm minnhom kienu rġiel 'il fuq minn 45 sena? Kemm minnhom kienu żgħażagħ taħt l-20 sena? Kemm minnhom kienu nisa?
Jista' jgħid kemm fadal ħaddiema taħt l-iskema ta' l-awżiljarji? Kemm għandhom salarji fix-xahar? X'se jagħmel il-gvern Nazzjonalista f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw bħala watchmen ma' l-ETC? Mill-5 ta' Settembru, 1998 kemm ġew impjegati bħala watchman mas-Servizz Pubbliku jew ma' azjendi parastatali u fejn? Fuq liema sistema ntgħażlu dawk li kienu qed jirreġistaw u kemm kien ilhom jirreġistraw qabel ma ntgħażlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
* In-Numru ta' nies li qed jirreġistraw u li għandhom waħda mill-preferenzi bħala "watchman" huwa ta' 539. (sal-31 ta' Jannar, 2000)
* Mill-5 ta' Settembru 1998 sa 31 ta' Jannar 2000, bħala "watchman" ġiet impjegata persuna waħda biss mas-Settur Pubbliku filwaqt li ħadd ma ġie impjegat mal-korpi parastatali.
* Din il-persuna ġiet impjegata mal-"Institute of Tourism Studies" u din ma kienitx tirreġistra għax-Xogħol.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nisa u rġiel jaħdmu bħala mpjegati; impjegati għal rashom (self-employed) anke part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom sena b'sena mill-1995 sal-1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati korrimenti fuq il-post tax-xogħol matul is-sena 1999 xahar b'xahar lid-Dipartiment tax-Xogħol fis-settur privat u fis-settur pubbliku? Kemm-il darba tressqu nies il-qorti? Kemm-il darba l-gvern ħa passi dixxiplinarji kontra ħaddiema jew foreman li jaħdmu mal-gvern? Il-foreman ġieli nżamm responsabbli li l-ħaddiema li jkunu taħtu jilbsu l-ilbies protettiv u jieħdu dawk il-miżuri ta' sigurezza adegwata, u jekk fl-affermattiv, f'kemm-il każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il-sena jaħdmu bla permess matul is-sena 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul l-1999, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, qabdet 79-il persuna taħt is-16 il-sena li kienu qegħdin jaħdmu bla permess. Dawn kienu imqassmin hekk:-
Jannar 2
Frar 7
Marzu 5
April 3
Mejju 7
Ġunju 8
Lulju 5
Awissu 4
Settembru 16
Ottubru 7
Novembru 12
Diċembru 3
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt is-16-il-sena li qed jaħdmu bil-permessi neċessarji illum? Kemm kien in-numru ta' tfal li ngħataw permess jaħdmu is-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul is-sena 1999, u li nqalgħu min fuq ir-reġistru (part A) għaliex inqatgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul is-sena 1999 kien kif ġej:
399 nqatgħu għax irrifjutaw xogħol;
465 nqatgħu għax instabu jaħdmu; filwaqt li
62 nqatgħu għax m'attendewx xi taħriġ offrut mill-Korporazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw persuni ġodda għax-xogħol xahar b'xahar matul is-sena 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li bdew jirreżistraw għax-xogħol xahar b'xahar matul is-sena 1999 kien kif ġej:
Jannar 1999 - 321
Frar 1999 - 295
Marzu 1999 - 269
April 1999 - 303
Mejju 1999 - 274
Ġunju 1999 - 297
Lulju 1999 - 726
Awissu 1999 - 686
Settembru 1999 - 424
Ottubru 1999 - 448
Novembru 1999 - 291
Diċembru 1999 - 246