Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ċint ta’ għalqa li waqa’?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ser jagħmel kuntatt mall-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament sabiex tiġi iddentifikata l-għalqa fejn hemm iċ-ċint li waqa’ u jittieħdu passi skont il-bżonn.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida ġiet impjegata mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Lulju 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant tgħid x’tifhem ezattament bil-frażi ‘persuna ġdida’.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenti u persuni f’position of trust
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet tal-konsulenti u tal-persuni f’position of trust li ġew impjegati mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ma’ dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid x’inhu s-salarju tagħhom u x’perkaċċi għandhom? Jista’ jgħid x’inhu t-terms of reference ta’ kull konsulent?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 1048, 2334, 4380, 4590 u 17739.
Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18530, peress li minkejja dan il-każ jinsab sub judice u l-persuna nvoluta xorta għadha titfa’ d-drenaġġ tal-annimali fit-triq, jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex dan l-abbużż jieqaf immedjatament u mhux nistennew li meta l-każ jinqata' mill-Qorti fejn dan jista' jieħu snin oħra għad-detriment tal-ambjent, agrikoltura u l-persuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minn tagħrif mogħti lili mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, peress illi ttieħdet azzjoni legali mid-Direttorat tal-Agrikoltura fil-konfront tas-sid tar-razzett, l-Awtorita ma tistax tiehu azzjoni ulterjuri. Jekk l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiehu azzjoni ulterjuri f'dan l-istadju, din tista' tikkomprometti l-azzjoni li ttiehdet fil-Qorti. Madankollu, jien informat li l-Awtorita qed tinforma lid-Direttorat tas-Sahha Ambjentali sabiex jittieħdu l-passi neċessarji minn naha tagħhom.
Referendum għall-Kaċċa – pulizija ma tħallsux għas-sevizzi tagħhom
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali għaddietx il-pagament tagħha għas-servizzi li l-Pulizija taw fir-Referendum tal-Kaċċa lill-Korp tal-Pulizija??
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Kummissjoni Elettorali għaddiet il-pagamenti kollha mitluba mill-Pulizija għas-servizzi li taw fir-Referendum tal-Kaċċa u l-Kunsilli Lokali 2015.
Għawdex – responsabilitajiet dwar anzjanità attiva
Question
Jista` l-Prim Ministru jindika liema huma r-responsabilitajiet fid-dekasteri mogħtija minnu relatati mal-anzjanità attiva għall-gżira Għawdxija li jaqgħu taħt il-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninfurma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill- Ministru konċernat.
Jista` l-Prim Ministru jgħid jekk l-art fin-Naxxar faċċata ta` fejn qabel kien hemm il-Kumpless tal-Fieri fl-istess lokalità għadhiex tgħajjat lin-Naxxar Lions FC, liema art kienet ingħatat mid-Dipartiment tal-Artijiet fl-amministrazzjoni preċedenti bl-approvazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport sabiex tkun tista` tinbena faċilità sportiva mill-istess għaqda sportiva?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15423.
In-Naxxar – art identifikata għall-faċilità sportiva
Question
Jista` l-Prim Minstru jgħid liema art ġiet identifikata jew mogħtija lin-Naxxar Lions FC mid-Dipartiment tal-Artijiet, jekk mhux dik ta’ quddiem il-Kumpless tal-Fieri fin-Naxxar, sabiex ikunu jistgħu jibnu faċilità sportiva?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar din l-art għadhom għaddejjien.
MEPA – kunsill lokali ta’ Santa Luċija — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-ilment tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija għan-nom ta’ diversi residenti mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk din investigatx, il-legalità ta’ xogħlijiet (inkluż l-istallazzjoni ta’ arbli twal bil-wire tal-ħadid bejniethom u t-tneħħija ta’ ħamrija) li wħud qabdu u għamlu dan l-aħħar f’area pubblika fil-ħamrija f’Dawret it-Torri, Santa Luċija, faċċata tal-bidu ta’ Triq in-Narċis?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi gejt infomat mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li investigat l-ilment u rrizultalha li xi individwu (jew individwi) installa/w sistema ta’ ħadid baxx (angle irons) biex idawwru għalqa li tinsab faċċata ta’ Triq in-Narċis, Santa Luċija. S’issa dan l-individwu/i għadu mhux magħruf minkejja diversi attentati li saru. Bħalissa l-investigazzjoni qegħda fi stadju ta’ stħarriġ mad-Dipartiment tal-Artijiet għal informazzjoni li jista jkollu fuq din il-biċċa art. Mit-tagħrif mgħoddi lili mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ix-xogħol li sar għandu jitnehha peress illi kwalunkwe xogħol ta’ dan it-tip jirrikjedi permess mill-istess Awtorita’.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – servizz ta’ kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kemm l-Uffiċċju tiegħi kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li huma parti mid-dekasteru tiegħi , ma għamlu jew qed jagħmlu l-ebda użu mis-servizzi tal-kumpanija msemmija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex sar il-video uffiċjali taċ-CHOGM 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-video ufficjali tad-diska ‘The People We Are’ gie ko-finanzjat bejn ic-CHOGM Malta 2015 Taskforce u l-Malta Film Commission.
Ix-xogħol fuq il-video sar mill-PBS.
Il-PBS gie magħżul wara li kien hemm sejħa pubblika fl-4 ta’ Mejju 2015.
L-għażla saret skond kriterji li gew stabiliti u mniżżla fl-istess sejħa.
L-ispiża totali fuq dan il-video kienet ta’ €17,452.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ħlasijiet li għaddew jew għad iridu jgħaddu bħala pagament lil kull individwu involut fil-produzzjoni kollha tal-video uffiċjali taċ-CHOGM 2015?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu s-salarju li qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Sherpa fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kuntratt definit jew indefinit għall-pożizzjoni ta' Sherpa li qed jokkupa dan l-istess individwu? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' dan l-individwu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpelant li l-individwu li qed jagħmel riferenza għalih, ma jitħallasx u m’għandux kuntratt għall-pożizzjoni ta' Sherpa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il dar jew familja hemm fiż-żona Ta’ Farsina f’Ħal Qormi li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li bnew fuqha għadha mhux imħallsa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-akkwisti ta’ proprjeta privata minhabba l-Home Ownership Scheme jmorru lura għas-snin tmenin. Il-kumpens dovut lis-sidien għal dawn l-akkwisti ilu pendenti minn dan iż-żmien.
Il-proċess sabiex l-art li kienet meħtieġa għall-iżvilupp tal-Home Ownership Plots fiż-żona ta’ Farsina, tiġi kompletament akkwistata mill-Gvern u s-sidien oriġinali jitħallsu jinsab għaddej. Fiż-żona ta’ Farsina hemm 133 Home Ownership Scheme plots li minnhom kien għad fadal 64 plot li kien għaddej il-proċess biex l-art li nbnew fuqha titħallas.
Sa issa matul l-2015, 27 plot ma baqgħux iktar b’konvejnu għaliex l-art li nbnew fuqha issa tħallset.
Għaldaqstant fiz-żona ta’ Farsina fadal biss 37 dar li qegħdin mibnija fuq art li għadha mhux imħallsa.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant din is-sena l-gvern hallas €1.2 miljun fuq kumpens ta’ esproprji varji relatati mal-Home Ownership Scheme biss.
Il-ħlas ta’ kumpens fuq esproprji relatati mal-Home Ownership Scheme se jitkompla fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il dar jew familja hemm fiż-żona Ta’ Kirċippu fis-Siġġiewi li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li bnew fuqha għadha mhux imħallsa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-akkwisti ta’ proprjeta privata minħabba l-Home Ownership Scheme jmorru lura għas-snin tmenin. Il-kumpens dovut lis-sidien għal dawn l-akkwisti ilu pendenti minn dan iż-żmien.
Fiz-żona ta’ Kirċippu għad fadal biss 5 plots minn 85 plot, li huma mibnija fuq art li għadha mhux imħallsa.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi din is-sena l-gvern ħallas €1.2 miljun fuq kumpens ta’ esproprji varji relatati mal-Home Ownership Scheme biss.
Il-hlas ta’ kumpens fuq esproprji relatati mal-Home Ownership Scheme se jitkompla fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li parti mit-tender għall-kiri ta’ karozzi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kisirx waħda mir-regoli tal-kuntratt tal-għoti tat-tender minħabba l-fatt li s-servizz ma bediex jingħata minkejja li kien hemm data stipulata li fiha kellu jibda s-servizz?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kellu safar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn siefer (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh f’kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Għall-perjodu Lulju – Ottubru 2014, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12115.
Għall-perjodu Novembru 2014 – Lulju 2015, l-informazzjoni hija kif tidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor Interpellant li fuq impenji uffiċjali barra l-pajjiż inkun akkumpanjat minn membri tal-Kabinett, membri tal-Grupp Parlamentari tal-gvern, minn uffiċjali tas-Segretarjat privat tiegħi u minn uffiċjali oħra tal-gvern. F’okkazzjoni waħda kont akkumpanjat mill-mara tiegħi wara li intbghatet lilha stedina uffiċjali minn naħa tal-organizzaturi barranin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’safar sar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn sar is-safar (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista’ jgħid min mar għal kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il binja pubblika gawdiet minn programm ta’ retro fitting biex isiru aktar energy efficient mill-1 t’April 2013 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet u x’xogħol sar fuqhom, miżura b’miżura? Kemm kienet l-ispiża li saret fuq kull binja?
Jista' l-Prim Ministru jara li jitnaddaf biċċa art li tinsab fi Triq il-Belt Valletta ġewwa Ħal Qormi peress li kif indikat fir-ritratti qed jingħataw separatament hemm ammont ta' skart li permezz tiegħu qiegħed jinġemgħu ġrieden u nsetti li qegħdin jikkawżaw rwejjaħ u mard? Kif ukoll, jista' l-Ministru jara li jittella' ċ-ċint li jdawwar din l-art peress li jinsab fi stat perikoluż għal kull min jgħaddi minn quddiem din l-istess art?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit gie identifikat. Il-MEPA innutat illi tezisti sitwazzjoni ta' periklu minħabba li ċ-ċint ta' mat-triq huwa baxx u l-livell tas-sit huwa xi metri 'l isfel mill-livell tat-triq. Għalhekk qed jittieħdu l-proċeduri neċessarji sabiex jigi identifikat sid l-art sabiex eventwalment din is-sitwazzjoni tigi rrangata. Peress illi hemm kwistjoni ta' periklu, il-Pulizija, Transport Malta, u l-Kunsill Lokali qed jigu informati bil-każ sabiex tittiehed l- azzjoni immedjata li hemm bzonn.