Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3281 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Lanzon - Dawl

Question

Jista'l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Lanzon fuq id-dar "Little Flower" f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3282 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Ġnien Joanna - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Ġnien Joanna, Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3283 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Agostino Randon - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fil-ġnien ġewwa Triq Agostino Randon, Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3284 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq il-Pellikani - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Pellikani, fejn fin-nofs hemm razzett, f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Maltacom — Customer Service Assistant

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3663, jista' l-Ministru jispjega kif Customer Service Assistant li qiegħed fl-istess grad ma' ieħor u t-tnejn wettqu l-istess ħidma, filwaqt li ta' l-ewwel għandu iżjed snin ta' servizz l-ieħor ġab iżjed marki fil-kriterji għall-esperjenza? Jista' l-Ministru jispjega wkoll kif ingħataw il-marki għall-esperjenzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed tintalab hija ta' natura kunfidenzjali u personali. Tajjeb li wieħed jgħid li kull applikant għandu d-dritt jappella quddiem il-Board ta' l-Appelli (Promozzjonijiet) skond il-kriterji mniżżla f'Artiklu 3.1 tal-Ftehim Kollettiv.

Maltacom — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3664, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki (bħal "O" levels) u xi kredenzjali ta' użu tal-Microsoft Package (Word u Excel) għandhom, jekk għandhom, l-erba ħaddiema in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-grad li għalih qed tirreferi l-onorevoli Interpellant huwa dak ta' Customer Services Officer. Tajjeb jingħad li s-sejħa interna biex jimtlew vakanzi f'dan il-grad ma kinitx tesiġi li l-applikant ikollu kwalifiki u kredenzjali ta' użu tal-Microsoft PAckage (Word u Excel). Għaldaqstant ma narax li għandi nagħti nformazzjoni dwar kwalifiki ta' individwi meta l-applikazzjoni relattiva ma kinitx tesiġi li applikant ikollu kwalifiki biex seta' japplika għal dan il-grad.

Indiċi tal-Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Augmentin tat-tfal minn Lm2.44c8 issa qed jinxtara Lm2.56c7?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-bidla fil-prezz ta' l-Augmentin 475mg/5ml x 35ml hija dovuta għal żieda fil-prezz minn barra.
Leg 9 PQ #3274 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Sardinja - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq ta' Sardinja faċċata ta' "Arthur House f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3275 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq il-Blata - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Blata fejn id-dar "Je t'aime" f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3276 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq it-Tramuntana - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq it-Tramuntana, Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3277 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Sqaq Brittanika Nru 2 - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Sqaq Brittaniku Nru 2 wara l-knisja parrokkjali f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3278 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq l-Arkata Normanna - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Arkata Normanna fuq id-dar "Fleur d'Amour" f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant ġiet approvata fis-27 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #3279 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Birbixkilla - Dawl

Question

Jista'l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Birbixkilla fuq id-dar Numru 40, fi Sqaq Nru 1, Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Linji diretti tat-telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: DIPARTIMENT NUMRU TA' LINJI Segretarjat Privat tal-Ministru 6 (2 użati bħala fax) Segretarjat Parlamentari (Dr. G. Hyzler) 1 Segretarjat Parlamentari (Mr. E. Vassallo) 8 (1 użata bħala fax) Segretarjat Permanenti 3 (2 użati bħala fax) Kummerċ 2 Kompetizzjoni Ġusta 2 (1 użata bħala fax) Affarijiet tal-Konsumatur 4 (1 użata bħala fax) Proprjeta' Industrijali 2 (1 użata bħala fax) Industrija 2 (1 użata bħala fax) Statistika 3 Ippjanar Ekonomiku 2

Usura — Business Weekly

Question

Peress li s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo qal lill-Business Weekly li l-problema gravi ta' l-usura se titpoġġa fuq nett ta' l-agenda politika tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod konkret se jsir dan? Liema inizzjattivi speċifiċi se jittieħdu dwar l-usura mill-Ministeru tiegħek?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-artiklu li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma jikkwotax biss dak li qal is-Segretarju Parlamentari, iżda wkoll u primarjament lill-Ministru ta' l-Intern. Għalhekk wieħed jista' jitkellem dwar il-problema ta' l-użura fil-kuntest sħiħ ta' dak li ġew ikkwotati li qalu ż-żewġ Onorvoli Membri msemmija. Kif inkiteb fl-artiklu, l-gvern huwa konxju ta' din il-problema; tant li qed jikkunsidra li jagħmel din il-prattika bħala offiża kriminali. Naturalment għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar inizjattivi fi stadju daqshekk bikri.

Ajruport — Servizz ta' helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jiġi pproġettat biex helicopter ieħor jieħu post dak tal-Air Malta li jinstab wieqaf? Għaliex twaqqaf dan is-servizz? X'effett jista' jkollu fuq it-turiżmu għal Għawdex it-twaqqif ta' dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-servizz tal-Helicopter bejn Malta u Għawdex ġie sospiż fis-27 ta' Jananr biex ikun jista' jsir 'test analysis' tal-gear box mill-manifatturi tal-helicopter. Din hija prekawzjoni li tittieħed ta' spiss wara xi inċident ta' l-avjazzjoni, bħal ma kien hemm dan l-aħħar fil-każ ta' helicopter ta' l-istess tip fil-Maldives. Is-servizz jerġa jibda malli jkunu finalizzati dawn it-testijiet u jkun hemm clearance mid-Dipartimenti tal-Avjazzjoni Ċivili kemm ta' Malta kif ukoll tal-Bulgarija, peress li l-kumpanija tal-helicopters hija Bulgara. Għaddjjin diskussjonijiet mal-Kumpanija Bulgara dwar il-possibilta li l-kuntratt li jgħalaq fil-31 ta' Marzu li ġej, jiġi estiż. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nissuġġerixxi li l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-prodotti li ġejjin għolew matul dawn l-aħħar ġimgħat: Minn Sar Dixan 109c 120c Wipex Kitchen rolls 49c 55c5 Surf 300g 29c 34c5 Surf 600g 61c 66c8 Sertis paper napkins 29c 32c2 Stergene 50c 54c7 Svelto small 50c 57c5 Lux toilet soap 31c 33c Gilette shaving foam 77c 88c Jista' l-Ministru jikkonferma dan huwiex minħabba l-VAT jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li filwaqt li ż-żieda msemmija fil-prezz tad-Dixan, Svelto u Lux Toilet Soap qiegħda tiġi nvestigata, il-prezz tal-Gillette Shaving Foam 200ml mhux talli ma żdiedx, talli raħas minn 92 ċenteżmu għal 88 ċenteżmu. Il-ħames prodotti l-oħra qegħdin jiġu nvestigati mid-Dipartiment tal-Kummerċ.

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-prodotti li ġejjin għolew matul dawn l-aħħar ġimgħat: Minn Sar Always sanitary towels 109c 111c6 Safari big nectar 55c 60c Safari small nectar 15c 16c4 Toilet paper super save x 6 50c 55c Toilet paper Tana x 10 82c 89c Sapuna tal-ħwejjeġ Arrow 15c 17c Derh powder x 2 100c 110c Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn il-prodotti għolewx minħabba l-VAT jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn investigazzjoni li għamel l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta dwar ċaqlieq fil-prezz tal-'Always Sanitary Towels' irriżulta illi tlett prodotti għolew filwaqt li tmienja oħra roħsu wara l-introduzzjoni tal-V.A.T. Il-prezzijiet iċċaqalqu kif jidher hawn taħt:- Diċembru 1998 Jannar 1999 Always Normal Lm1.190 Lm1.300 Always Normal Plus Lm1.190 Lm1.300 Always Super Plus Lm1.190 Lm1.300 Always Pantiliners Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Night Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Normal Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Super Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Normal Plus Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Super Plus Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Normal Plus Lm2.130 Lm2.050 Always Ultra Super Plus Lm2.130 Lm2.050 Is-sitt prodotti l-oħra qegħdin jiġu nvestigati mid-Dipartiment tal-Kummerċ.

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li ż-żieda fil-prezz ta' mediċini, minħabba żidiet minn barra, qed tiġi applikata għall-mediċina bl-istess lot number u mhijiex tiġi applikata għal lots importati qabel bi prezz irħas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qiegħed isir monitoring fi spiżeriji f'Malta u f'Għawdex biex jiġi assigurat li meta jiżdied il-prezz ta' mediċina, din iż-żieda ma tgħaddix ukoll għall-konsenji ta' qabel ta' l-istess mediċina. L-istess ħaġa tiġri meta jiġi ordnat roħs fil-prezzijiet.