Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir reviżjoni tal-kera biex jingħata s-sussidju lill-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija parlamentari u li tinsab tgħix bl-assistenza soċjali u għandha tliet itfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-persuna indikata imissha issirilha reviżżjoni tas-sussidju tal-kera f'Ġunju li ġej u dan jinħadem fuq id-dħul tagħha matul l-1999.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta persuna tgħaddi bord mediku fuq bażi ta' invalidita' permanenti, x'miżuri jieħu d-dipartiment sabiex kull liċenzja li jista' jkollha dik il-persuna ma tibqax aktar valida? Kemm inqabdu persuni mill-ispettorat tad-dipartiment fis-snin 1998 u 1999 li kienu qed jaħdmu waqt li kienu ġew boarded out indefinittivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onor. Membru li l-pussess ta' xi liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija biex tmexxi kummerċ jew negozju ma ttellifx id-dritt ta' persuna għal Pensjoni ta' l-Invalidita', sakemm dik il-persuna li tkun intitolata għal-Pensjoni għal-Invalidita' ma tkunx qed tagħmel xogħol bi qliegħ permezz ta' din il-liċenzja.
Biex ma jiġix duplikat xogħol, fejn ikun jinħtieġ investigazzjoni dwar xogħol li jkunu qed jagħmlu persuni waqt li jkunu jirċievu Pensjoni ta' l-Invalidita', din issir mill-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq talba tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Kemm il-darba persuna tinstab li qegħda taħdem waqt li tirċievi l-Pensjoni ta' l-Invalidita', il-pensjoni titwaqqaf minnufih u l-ħlas li jkun sar żejjed jintalab mill-persuna kkonċernata. Id-Dipartiment ma jżommx statistika ta' kemm twaqqfu pensjonijiet minħabba r-raġuni msemmija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tista' tagħmel persuna li għalkemm hi sid ta' darha mhijiex f'pożizzjoni finanzjarja li tagħmel it-tiswijiet neċessarji u se tispiċċa bis-saqaf jaqa' fuqha? Jaf il-Ministru li din il-persuna lanqas biss tista' tapplika għal akkomodazzjoni alternattiva, peress li hija sid tal-proprjeta' u se jkollha tibqa' f'din id-dar li tinsab fi stat perikoluż bil-perikoli kollha li dan iġib miegħu? Dettalji ta' din il-persuna qed jintbagħtu separatament.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna indikata tista' tapplika taħt l-iskema 2 ta' l-Awtorita' tad-Djar fejn tkun tista' tibbenefika minn għotja sa Lm1800 u self sussidjat sa Lm4000 biex tagħmel ix-xogħolijiet neċessarji.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord li kien twaqqaf fi żmien amministrazzjoni Laburista dwar il-kera? Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati kollha ta' l-ETC? Jista' jgħid x'inhi l-paga ta' kull ħaddiem u x'inhuma l-fringe benefits? Jista' jgħid liema huma dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu fl-ETC mill-5/9/98 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru trid ċertu żmien sabiex tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tilfu xogħolhom mill-5/9/98 'il hawn? Jista' jispeċifika f'liema settur kienu jaħdmu dawn il-ħaddiema qabel ma tilfu xogħolhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' kemm ħaddiema tilfu xogħolhom xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa tmiem Diċembru 1999 maqsumin f'setturi kif mitluba.
Irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru li din l-istatistika trid tinqara fid-dawl ta' kemm persuni oħra sabu mpjieg fis-setturi konċernati kif ukoll man-numru sostanzjali ta' impjiegi ġodda li nħolqu fis-settur privat matul il-perijodu minn Settembru 1998 sa Diċembru 1999.
Parti minn din it-Tweġiba kienet diġa' ġiet imwieġba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 7561.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13113 fejn ġie mistoqsi x'kienu d-diffikultajiet li kellu l-Gvern Nazzjonalista meta ddeċieda li ma jwaqqgħax il-blokki ta' flats fejn kien joqgħod is-Sur Riccardo Cesare fil-Furjana? Jista' jgħidilna file number ta' dawk l-inkwilini li kienu jgħixu f'dan il-blokk u li rrifjutaw post alternattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħaddiem, f'xi dipartimenti, li wrew ix-xewqa li jiffurmaw koperattivi bejniethom? Jista' jgħid minn liema dipartimenti ġew u jekk it-talba tagħhom ġietx aċċettata? Liema servizz xtaqu joffru permezz tal-koperattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li bħalissa jeżistu tlett koperattivi reġistrati tal-Gvern,
Dawn huma:
1. Koperattiva tat-Tabelli u Sinjali tat-Traffiku
2. Koperattiva tal-Mastrudaxxi
(Dawn jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Servizzi u Manutenzjoni)
3. Koperattiva "Linen Service" Soċjeta' Limitata
(Din il-koperattiva taqa' taħt id-Dipartiment tas-Saħħa)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm talba mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li bħalissa d-diskussjonijiet jinsabu fi proċess avvanzat, kif ukoll jeżisti proċess ieħor fi stat preliminari mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar 2000. Iżda f'Diċembru 1999, ġew trasferiti 21 skrivan minn dipartimenti oħra tal-Gvern biex ix-xogħol tal-'Staggers' jibda jsir Għawdex.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorita' tad-Djar mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara talba lill-E.T.C. mill-Awtorita' tad-Djar għall-mili ta' żewġ postijiet ta' "Receptionist/Clerks", saru l-"interviews" minn "Selection Board" nominat għal ta' l-apposta lil dawk il-persuni mibgħuta mill-E.T.C. u fis-17 ta' Novembru 1999 ġew impjegati żewġ persuni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-djar għall-anzjani tal-privat li kellhom jgħollu l-miżati tagħhom minħabba l-miżuri li ħa l-Gvern fil-budget, bħalma kellhom jagħmlu d-djar tal-Knisja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-operat tad-Djar privati tal-anzjani huwa ta' natura kummerċjali u għalhekk il-miżati jiġu stabbiliti mid-domanda u mis-suq. Ir-rwol tal-Gvern huwa biss li jiġi aċċertat li jinżammu l-istandards stabbiliti.
Ministru għall-Politika Soċjali — Social impact assessment
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu għamilx social impact assessment fuq kif il-livell ta' l-għajxien tal-ħaddiema qed jiġi milqut minħabba tnaqqis sostanzjali fil-pagi, b'riżultat taż-żieda fil-ħlasijiet tas-sigurta' soċjali u biż-żieda fir-rati ta' l-income tax? Jekk dan l-impact assessment sar, x'irriżulta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istqarrija ta' l-Onor. Membru dwar 'tnaqqis sostanzjali fil-pagi, b'riżultat taż-żieda fil-ħlasijiet tas-sigurta' soċjali u biż-żieda fir-rati ta' l-income tax' ma naħsibx li tirrifletti l-verita'.
Nassigura lill-Onor. Membru li l-miżuri li kellu jieħu dan il-Gvern fl-interess nazzjonali fil-"Budget" ta' din is-sena, ttieħdu wara konsiderazzjoni serja ta' l-impatt soċjali li dawn il-miżuri jista' jkollhom u mhux kif kien sar mill-Amministrazzjoni preċedenti meta kienu tħabbru ż-żidiet qawwija fir-rati tal-ħlas tad-dawl u l-ilma.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12981 li ġiet riferuta lili mill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u cioe': x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lil sid il-post kemm hu l-prezz kummerċjali tal-post 23, Blk 7, Triq Wiġi Rosati, Bormla? Jista' jinforma lill-Kamra kif tinħadem l-iskema ta' sussidju fuq ix-xiri ta' postijiet tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Meta l-Awtorita' tad-Djar tirċievi applikazzjoni għax-xiri ta' postijiet tal-Gvern okkupati mill-inkwilini konoxxuti, jintbgħat perit biex jagħmel valutazzjoni tal-post. Fuq dan il-valur jiġi maħdum is-sussidju fuq il-prezz skond l-Iskema. Illum l-Iskema relattiva hija Skema 6 li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Ottubru 1999.
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid lill-inkwilin biex japplika ma' l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fil-common parts ta' Blokk 1B, San Ġwann t'Għuxa, Bormla? Fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li x-xogħolijiet jikkonsistu f'tikħil tal-faċċati. Jien infurmat wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin ħierġa sejħa għall-offerti biex dan ix-xogħol isir mill-kuntrattur.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Ħaddiema li spiċċaw
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema matul l-1999 li ġew ittrasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u x'grad kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13163.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed iħallsu l-anzjani residenti fid-dar ta'l-anzjani ta' Bormla? Jista' jgħid għalxiex huma intitolati l-anzjani għal dan il-ħlas? Jista'jgħid ukoll jekk hux minnu li l-ħlas se jogħla dalwaqt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-residenti fid-dar ta' l-Anzjani ta' Bormla qed iħallsu l-istess rati bħalma jħallsu l-anzjani residenti fis-sitt idjar l-oħra tal-Gvern. Ir-residenti fid-Dar ta' Bormla għandhom ukoll l-istess drittijiet bħar-residenti fid-Djar l-oħra tal-Gvern.
Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex tiġi reveduta r-rata massima ta' ħlas li anzjani residenti f'Dar għall-Anzjani ta' l-istat jkun jista jiġi mitlub li jħallas. Madankollu r-rata ta' ħlas ser tibqa' tkun marbuta mal-persentaġġ ta' 60% tad-dħul kollu tar-resident.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12976, riferuta lilu mill-Ministru għall-Ambjent u cioe: X'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati dirett mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 12977 riferuta lilu mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjni u cioe': X'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed illum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.