Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #20012 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – studju dwar il-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi studju fuq kif il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja tiġi mdawwla? Jekk iva, jista’ jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20013 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja — proġett ta’ dwal mal-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa sabiex jiġi pprovdut id-dawl li jdawwal il-faċċata ta’ Kastilja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20014 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – proġett ta’ dwal mal-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienet il-kumpanija li għamlet id-dawl li jdawwal il-faċċata ta’ Kastilja u kemm ġie jiswa dan il-proġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20038 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sigħat ta' xogħol mitlufa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati mitlufa sigħat ta' xogħol (man hours) mill-impjegati kollha taċ-Ċivil, dipartiment b'dipartiment nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Ottubru, b'riżultat ta' konġestjoni kbira speċjali tat-traffiku li kien hemm dakinhar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #20050 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Restoration Unit – konsultazzjoni dwar id-dawl fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ir-Restoration Unit tal-Gvern kienx ikkonsultat fuq is-sistema tad-dawl li ġiet stallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja? Liema esperti oħra tar-restawr ġew ikkonsultati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20051 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – kuntratt tad-disinn tas-sistema tad-dawl

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħa l-kuntratt tad-disinn tas-sistema tad-dawl li ġiet stallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja? Min ħa l-kuntratt tal-installazzjoni tas-sistema tad-dawl? Jista’ jagħti break down tal-ispiża sħiħa għall-installazzjoni ta’ din is-sistema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20052 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern — ħaddiema fi gradi ta' senior management

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19585 peress li l-mistoqsija oriġinali kienet ċara u l-informazzjoni mitluba kienet tirreferi għad-Dipartimenti kollha fi ħdan il-Ministeri kollha u mhux biss dawk taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni sħiħa mitluba fil-mistoqsija oriġinali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministeri konċernati.
Leg 12 PQ #20058 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies, ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru, fl-istess perjodu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #19341 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sid ta’ garaxx — attività

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara jekk il-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux il-permessi neċessarji sabiex ikunu jistgħu jitwettqu attivitajiet ekonomiċi fih?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn informazzjoni mogħtija mill-Awtorita Maltija għal-Ambjent u l-Ippjannar ,ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-siti li hemm riferenza għalihom fil-mistoqsija parlamentari huma żewġ siti differenti u mhux l-istess garaxx. Mill-aħħar spezzjoni li saret fis-7 ta' Ottubru 2015, jirriżulta illi ż-żewg garaxxijiet kienu qed jintużaw għal parkeġġ ta' vetturi. Gie innotat ukoll illi quddiem sit minnhom, kien hemm truck ipparkjat mgħobbi żewġ mobile toilets. Is-sid gie imfakkar illi l-garaxx jista' jintuza biss ghal-parkeġġ ta' vetturi u mhux għal skopijiet kummerċjali.
Leg 12 PQ #19344 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sid ta’ Garaxx – skart imferrex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni ma’ sid ta’ garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qiegħed iħalli ammont sostanzjali ta’ skart imferrex ma’ kullimkien u għaldaqstant qed joħloq inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 19343.
Leg 12 PQ #19930 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta’ pompi tal-petrol — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentament applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi tal-petrol f’Malta u Għawdex quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn, bħala lokalità huma dawn l-applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li bħal issa din għandha quddiemha seba’ u sittin (67) applikazzjoni għal żvilupp relatati ma’ pompi tal-petrol. Mit-tagħrif mogħti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-applikazzjonijiet saru f’dawn il-lokalitajiet kif indikat f’din it-tabella : Kunsill Lokali Ammont Attard 2 Birkirkara 3 Birzebbugia 1 Floriana 1 Ghajnsielem 2 Ghaxaq 1 Gzira 2 Hamrun 1 Iklin 2 Kirkop 1 Lija 1 Luqa 3 Marsascala 1 Marsaxlokk 1 Mdina 1 Mellieha 1 Mosta 2 Mqabba 1 Msida 3 Naxxar 3 Paola 2 Qormi 4 Rabat 2 Rabat (Gozo) 3 Safi 1 San Giljan / Sliema 1 San Pawl il-Bahar 6 Santa Venera 1 Siggiewi 2 Swieqi 1 Tarxien 1 Xaghra 1 Xewkija 2 Zabbar 2 Zebbug 1 Zejtun 2 Zurrieq 2 Total 67
Leg 12 PQ #19931 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta’ Djar tal-Anzjani — applikazzjonjiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentament applikazzjonijiet għal Djar tal-Anzjani, f’Malta u Għawdex? F’liema lokalitajiet huma dawn l-applikazzjonijiet inkluż talbiet għal charge of use għal djar tal-anzjani? Kemm minnhom huma tal-Gvern, kemm minnhom huma tal-privat u kemm huma f’forma ta’ PPP?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiemha tnejn u tletin (32) applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ djar tal-anzjani li tletin minnhom saru mill-privat, waħda mill-gvern u oħra minn kunsill lokali. Mit-tagħrif moghti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-applikazzjonijiet saru f’dawn il-lokalitajiet kif indikat f’din it-tabella : Kunsill Lokali Ammont Attard 1 Balzan 1 Balzan / Lija 1 Birkirkara 2 Birzebbugia 1 Gharb 2 Gudja 1 Gzira 1 Hamrun 1 Marsascala 1 Msida 1 Mtarfa 1 Pieta 1 Rabat (Gozo) 2 Safi 1 San Giljan 2 San Lawrenz 1 San Pawl il-Bahar 1 Santa Lucija 1 Sliema 2 Swieqi 2 Vittoriosa (Birgu) 1 Xaghra 1 Zebbug 3 Total 32
Leg 12 PQ #19956 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fortizza Campbell — żviluppi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi żviluppi partikolari li huma mistennija li jseħħu għal dak li jirrigwardja l-fortizza Campbell, fl-inħawi ta’ Selmun il-Mellieħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għad m’hemm l-ebda żviluppi partikolari għal dak li jirrigwardja Fortizza Campbell fl-inħawi ta’ Selmun, il-Mellieħa.
Leg 12 PQ #17783 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Artijiet tal-Gvern – ċnus, kirjiet jew trasferiment minn individwu għall-ieħor

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern inbiegħu, ingħataw b’ċens, b’kiri, trasferiment minn individwu għall-ieħor jew b’permuta fl-aħħar 12-il xahar? Lil min inbiegħu jew ingħataw (entità jew individwu)? Fuq liema kundizzjonijiet ingħataw (jekk hux bejgħ, ċens, kiri, trasferiment jew permuta)? F’liema lokalità u triq? X’kienet id-daqs tal-proprjetà jew art? Għal liema raġuni ingħataw l-art jew proprjetà in-kwestjoni (residenzjali, kummerċjali, żvilupp, biedja, eċċ.)? X’kien il-valur tal-proprjetà f’kull transazzjoni li saret skont il-periti tad-Diviżjoni tal-Artijiet u Proprjetajiet tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #19583 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attivitajiet f’kumpless

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-Gvern jew entitajiet li jaqgħu taħtu m’għandhomx jorganizzaw attivitajiet fil-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta hu fatt magħruf li f’dan il-post hemm bosta illegalitajiet fosthom zoo illegali fejn numru ta’ annimali qed jinżammu f’ambjent li mhux addattat għalihom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif jaf sew l-Onor Interpellant il-bosta illegalitajiet li huwa stess irrefera għalihom fil-mistoqsija tiegħu, jmorru lura snin sħaħ. Infurmat mis-Segretarjat Parlamentari li fl-aħħar sentejn u nofs, il-MEPA ħadet azzjoni skont il-liġi dwar dawn l-illegalitajiet, waqt li iktar kmieni dis-sena l-pulizija fethet proċeduri fil-Qorti dwar iz-zoo illegali li hemm riferenza għalih fl-istess mistoqsija. Il-messaġġ tal-Gvern huwa li l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-azzjonijiet meħtiega kontra l-illegalitajiet.
Leg 12 PQ #19586 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — performance bonuses tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma d-Dipartimenti tal-Gvern fi ħdan il-Ministeri li għadhom ma ħallsux il-performance bonus lill-ħaddiema tagħhom tal-ewwel sitt xhur ta' din is-sena (Jannar sa Ġunju)? Għaliex għadhom ma tħallsux?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-performance bonuses għall-ewwel sitt xhur tal-2015 tas-senior management fid-Dipartimenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma kollha approvati u tħallsu, ħlief tnejn li qed jiġu konklużi u ser jitħallsu mas-salarju li jmiss.
Leg 12 PQ #19812 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – avviż ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra avviz ta’ infurzar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward ta’ grada li qiegħda tagħlaq aċċess pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #19847 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħ'Attard — Triq l-Imdina - binja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-binja dilapidata fi Triq l-Imdina f'Ħ'Attard biswit iċ-Ċimiterju ta' Ħ'Attard hijiex proprjetà pubblika jew privata? Qed isir użu minnha? Jista' jordna li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq din il-binja storika? Jista' jgħid jekk għandiex konnessjonijiet mal-akwadott ta' Wignacourt u x'użu kien isir minnha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, din il-binja ma tidhirx li hija proprjetà tal-Gvern.
Leg 12 PQ #19884 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandux impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’legiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Leg 12 PQ #19585 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern — ħaddiema fi gradi ta' senior management

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma d-Dipartimenti tal-Gvern fi ħdan il-Ministeri li l-ħaddiema tagħhom fi grad ta' senior management għadhom ma tħallsux il-performance bonus għas-sena 2014 u x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li il-performance bonuses għas-sena 2014 tas-senior management fid-Dipartimenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru tħallsu.