Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Korsijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bdew korsijiet b'temi ġodda fl-ETC matul ix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar? X'kienu dawn il-korsijiet u kemm qed jattendu u kemm qed jattendu nies għalihom? Kemm hu t-tul ta' kull kors? Kemm qed jattendu nies għal kors tan-NIFTE bħalissa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru 1999 ma beda l-ebda kors b'temi ġodda. F'Novembru 1999, fl-Ability Development Centre bdew dawn il-korsijiet: Getting Through Programme li għalih qed jattendu 6 persuni Literacy Programme li għaliħ qed jattendu 3 persuni Electronics/Literacy li għalih qed jattendu 3 persuni. Dawn il-korsijiet idumu 16 il-ġimgħa kull wieħed u bħalissa għadhom għaddejjin. F'Jannar 2000 beda il-kors tal-"Core Skills" li għandu tul ta' ġimgħatejn. S'issa l-attendenza kienet hekk: Data tal-bidu tal-kors Attendew 10 ta' Jannar 27 persuna 24 ta' Jannar 53 persuna Matul ix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar ma beda l-ebda kors tan-Night Institute. Bħalissa qed jattendu 80 parteċipant għal-korsijiet tan-NIFTE.

Djar — Skemi għall-irranġar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu applikaw nies għall-iskema ta' l-irranġar tal-gallariji fil-Kottonera? Kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet? Kemm hemm kuntratturi li qed jagħmlu dan ix-xogħol u min huma? Kemm ġew ivvotati flus għal din l-iskema u kemm ġew minfuqa flus s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Iskema li ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Għalhekk nagħtih parir jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Impjiegi — Persuni boarded out

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni u ġew mogħtija pensjoni ta' l-invalidita' matul is-snin 1990 - 1999? Kemm minn dawn il-persuni kienu nisa u rġiel? X'eta' kellhom dawn in-nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Day centres

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13551, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-kuntratturi privati li jipprovdu t-trasport għal day centres għal persuni b'diżabilita' f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid x'inhu l-valur ta' kull kuntratt ta' trasport li ġie mogħti? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti nħarġux b'tender jew b'direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kuntratturi privati li jipprovdu t-trasport għal "day centres" għall-persuni b'diżabilita' f'Malta huma l-Mini Bus Coop Ltd. u l-UBS. L-ewwel ditta għandha l-maġġoranza tal-vjaġġi waqt li t-tieni ditta għandha xi ftit vjaġġi. Ma sar l-ebda kuntratt ma' dawn iż-żewġ ditti. Dawn iż-żewġ ditti ilhom ħafna snin jagħtu dan is-servizz. Is-servizz li dawn iż-żewġ ditti qed jagħtu lid-"day centres" huwa a bażi ta' l-approvazzjoni li l-Ministeru tal-Finanzi kien ta fl-1993 lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għal trasport ta' persuni b'diżabilita'. Ir-rati ta' kull "trip" ġew approvati mill-Ministeru tal-Finanzi.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-Institute of Tourismn Studies impjega watchman li ma kienx qed jirreġistra għax-xogħol meta ma' l-ETC hemm 539 persuni li qed jirreġistraw għal xogħol ta' din ix-xorta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-ITS jaqa' taħt id-Dipartiment tat-Turiżmu bħal kull impjieg mad-Dipartimenti tal-Gvern, m'humiex obbligati li jimpjegaw nies li qed jirreġistraw, iżda biżżejjed jagħmlu avviż fuq il-Gazzetta tal-Gvern.

Djar — Kera

Question

Peress li f'mistoqsija parlamentari numru 12,558 l-Viċi Prim Ministru qal li l-kalkoli huma ħżiena, qed nibgħat kopja tal-P3 tas-sena 1996 u 1997, u għalhekk jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga mill-ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li erġajt tlabt lid-Dipartiment ikkonċernat sabiex jerġa' jaħdem is-sussidju rriżulta li m'hemm ebda żball. Għalhekk, m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12588.

Pensjonanti — Taxxa

Question

Issa li l-pensjonanti ġew informati li l-ħlas tat-taxxa se tibda tinqatagħlhom direttament mill-pensjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu għamilx social impact assessment fuq kif jistgħu jiġu milquta ċertu pensjonanti, minħabba din il-miżura? Jekk dan l-impact assessment sar, x'jirriżulta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-miżura ġiet mdaħħla wara kunsultazzjoni mill-Għaqda tal-Pensjonanti u kien hemm ukoll pensjonanti li talbu direttament lid-Dipartiment biex it-taxxa titnaqqas mill-pensjoni. L-Onor. Interpellant messha tifhem li din il-miżura amministrattiva tevita li l-pensjonanti jkollhom iħallsu t-taxxa dovuta minnhom fl-aħħar tas-sena u minflok din tinfirex matul ix-xhur tas-sena. B'hekk, fl-aħħar tas-sena la jkollhom iħallsu taxxa u l-anqas ikollhom taxxa x'jieħdu lura. Din hi l-istess sistema li biha jħallsu l-impjegati kollha f'dan il-pajjiż.

ETC — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Jannar, 2000 skond il-lokal minn fejn ġejjin? X'inhi l-eta' tagħhom, skond il-lokal tagħhom? X'inhuwa l-livell edukattiv tagħhom, skond l-eta' u l-lokal? Għal-liema mpjiegi qed jirreġistraw skond l-eta' u l-lokalita'? Kemm ilhom jirreġistraw, skond l-eta' u l-lokalita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhux possibbli li din l-informazzjoni tinġabar fi ftit ġranet għaliex tirrikjedi eżerċizzju dettaljat wisq. Pero, l-Onor. Membru tista' tirreferi għall-istatistika ppubblikata mill-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika li fiha tweġiba għal uħud mill-mistoqsijiet tagħha.

Għajnuna soċjali — Karta Roża

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-eżerċizzju li ġie mħabbar fil-budget, dwar ir-reviżjoni ta' l-hekk imsejħa kartuna roża u safra, inbediex? Jekk inbeda, x'qiegħed isir? Jekk għadu ma nbediex, meta se jinbeda? Kif beħsiebu l-gvern jagħmel dan l-eżerċizzju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-ewwel fażi ta' l-eżerċizzju li ġie mħabbar fil-Budget dwar ir-reviżjoni ta' l-hekk imsejħa Kartuna Roża w Safra li jintitolaw persuna għal għoti ta' mediċini b'xejn inbeda. F'dan l-istadju ġie mwaqqaf kumitat fid-Dipartiment tas-Saħħa, u li fuqu hemm rappreżentant tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa, bl-iskop li sussegwentement it-"Task Force" li għandha titwaqqaf u li ser tinkludi wkoll rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi, jkollha bażi fuqhiex taħdem. Għaldaqstant hu indikat li għal aktar dettalji dwar l-istadju li wasal fih dan l-eżerċizzju, din il-Mistoqsija tiġi riferuta wkoll lill-Ministru nkarigat mis-Saħħa.

SVDP — Anzjana

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol l-iSptar San Vincenz fejn hemm ir-raġel tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-anzjana, li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, applikat biex tidħol fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule fl-24 ta' Jannar 2000. Hemm aktar applikanti nisa li għandhom l-irġiel residenti f'San Vinċenz de Paule u kollha qed jiġu kkunsidrati skond il-każ tagħhom.

Bormla — Nugrufun

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitwaqqaf l-inkonvenjent li qed ikollhom ibatu r-residenti fi Triq San Ġużepp u Triq il-Konservatorju, Bormla, peress li miċ-ċmieni fuq il-bejt tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla qed joħroġ ħafna nugrufun, kif ukoll qed ikollhom ibatu minn storbju, speċjalment bil-lejl, mil-ġeneraturi li hemm fuq il-bejt? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se ssir xi ħaġa, jew hux se jibqgħu jbatu għal dejjem dan l-inkonvenjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkonvenjent li nqala' miċ-ċmieni tad-dar ta' Bormla diġa' ġie rranġat. Ninfurmak ukoll li l-ġeneratur tad-dar ma jintużax bil-lejl u għalhekk m'għandux ikun hemm storbju f'dan ir-rigward.

Impjiegi — Żidiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11756, fejn fir-risposta ntqal li l-persuna ndikata separatament kellha tiġi informata bil-miktub dwar il-pensjoni tagħha, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir dan wara li għaddew aktar minn xahrejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata issa nfurmata dwar il-kalkolu tal-pensjoni tagħha. Jiena nfurmat li d-dewmien li kien hemm biex din il-persuna tkun infurmata kien dovut għall-investigazzjonijiet li riedu jsiru dwar is-salarji tal-post li kien jokkupa l-pensjonant u l-pensjonijiet tas-servizz li jirċievi.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC timponix numru ta' xogħlijiet li persuna li qed tirreġistra għax-xogħol tkun tista' tinkiteb għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta persuna tiġi tirreġistra tingħata għażla sa ħames preferenzi ta' xogħol li tkun tista' tirreġistra għalihom.

Djar — Problemi b'ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir spezzjoni fuq post, li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija, minħabba li qiegħed ikun hemm problema bl-ilma jqattar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn il-persuna li applikat u ġiet reġistrata bin-numru 12520 mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li hija ħandikappata, għadha ma ġietx mogħtija akkomodazzjoni u dan meta l-applikazzjoni ġiet intavolata fis-sena 1995? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn fil-każ ta' din il-persuna anqas l-inspection għadha ma saret? Jista' jgħid għalfejn dan il-każ ma ġiex ittrattat bl-urġenza li ġew biha ttrattati każi oħra li nqdew fi ftit ġranet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tkun ikkunsidrata flimkien ma' dawk l-oħra li iridu pjan terran fil-Birgu biss.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 15959: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 14447: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 16151: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni numru 14362: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.