Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu xi passi partikolari biex ikun hemm koordinazzjoni dwar modi ta’ dixxiplina fuq dawk li għandhom xi forma ta’ negozju? Jekk iva, f’liema oqsma seħħew xi bidliet matul din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jkun possibli li r-Reġistru tal-Artijiet jibda juża l-pjanti aġġornati li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
San Pawl il-Baħar/Qawra – proprjetajiet li jridu jiġu regolarizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema proprjetajiet f’San Pawl il-Baħar/Qawra ġew identifikati biex jiġu regolarizzati? Fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet, f’liema toroq, u kemm units hemm involuti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riċerki sabiex jigi stabbilit it-titlu tal-art għadu għaddej. Kif jigi konkluz dan l-ezerċizzju, jkun jista’ mbagħad jinbeda l- proċess ta’ identifikazzjoni ta’ dawk il-propjetajiet li jkunu jridu jigu regolarizzati.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm sottomissjonijiet għall- proposti għar-reklamazzjoni tal-art, matul din is-sena? Fejn huma l-lokalitajiet ta’ dawn il-proposti, u kemm minnhom qed jiġu evalwati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena , ma kien hemm l-ebda applikazzjoni mal-MEPA għar-reklamazzjoni tal-art.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess biex ikun hemm reklamar fl-ispazju fuq il-ħajt li hemm ħdejn il-latrina pubblika fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill l-MEPA li ma ngħata l' ebda permess fejn gie indikat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
L-Imsida – Triq Ċensu Farrugia – embellishment ta’ art
Question
B’referenza għall-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Prim Ministru jara li jsir embellishment tal-art li hemm fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida? X’hemm maħsub u meta hu maħsub li jsir dan l-embellishment? X’konsultazzjoni kien hemm mal-Kunsill Lokali tal-Imsida u mar-residenti li joqogħdu biswit din l-art?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Embellishment ta’ art fi Triq Censu Farrugia fl-Imsida kif elenkat fl-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġie propost mill-Kunsill Lokali Msida. Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern jista’ jagħti biss permess biex dan ix-xogħol isir u fil-fatt il-Kunsill ġie mitlub biex jibgħat id-dokumenti neċessarji biex jinħareġ il-permess. Peress li dan huwa proġett tal-Kunsill Lokali Msida, nitlob lil Onorevoli Interpellant biex iressaq il-kumplament tad-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19812 u jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kontra avviż ta’ infurzar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward ta’ grada li qiegħda tagħlaq aċċess pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Minn informazzjoni pprovduta mill-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jirrizulta li nħarġet AvviŻ tal-Infurzar u ta' Twettieq ECF182/15 fit-28 t’Awissu 2015 u dan l-AvviŻ ġie ppreŻentat lis-sid u lill-okkupant fil-15 ta’ Settembru 2015. L-AvviŻ jagħti sittax-il gurnata Żmien sabiex titneħħa l-barrikata li saret mingħajr permess. Minn spezzjoni li saret fid-19 ta’ Ottubru 2015 irrizulta li l-barrikata ma tneħħietx minkejja diversi tentattivi mill-Uffiċċjali tal-Infurzar sabiex min għamel dan l-iŻvilupp illegali jneħħi din il-barrikata minn jeddu. F’dan l-istadju l-kaŻ qed jigi riferut lis-sezzjoni tal-Azzjoni Diretta sabiex tittiehed iktar azzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19606 u jgħid jekk hux minnu li parti mit-tender għall-kiri ta’ karozzi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kisirx waħda mir-regoli tal-kuntratt tal-għoti tat-tender minħabba l-fatt li s-servizz ma bediex jingħata minkejja li kien hemm data stipulata li fiha kellu jibda s-servizz?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għal snin sħaħ il-MEPA kienet tikri mal-50 karozza b’direct order.
Fix-xhur li għaddew il-MEPA ħarget tender sabiex tingħata opportunita lil kull operatur fis-suq.
L-għotja ta’ dan it-tender kienet ibazzata fuq l-irħas rati li jigu sottomessi.
Ninsab informat mill-MEPA li fuq medda ta’ għaxar snin l-ispiża ta’ din l-Awtorita fuq kiri ta’ karozzi b’direct order laħqet it-€3 miljun.
Bil-kuntratt preżenti, li ingħata lil min offra l-irħas offerta, il-MEPA qed tistenna li se tnaqqas l-ispiza tagħha fuq kiri ta’ karozzi b’€271,000 fuq medda ta’ 5 snin.
Minn tagħrif mgħoddi lili mill-MEPA jirriżulta li wieħed mill-operaturi kien tard b’numru ta’ gimgħat fil-konsenja tal-karozzi.
Waqt li tagħraf li kien ikun ħafna ahjar kieku l-konsenja tal-karozzi saret fiz-zmien, il-MEPA informatni li ma kienx hemm ksur tal-kuntratt kif jingħad mill-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, b’referenza għall-ftehim milħuq fl-2014 fil-kawża li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kienet qed tinstema quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Civili, fiex kien jikkonsisti dan il-ftehim u kemm thalsu flus minn fondi pubblici?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid s’issa kemm kienet l-ispiża governattiva fi sponsorships, promotions, marketing, konferenzi, artikli, safar u affarijiet oħra relatati mal-iskema tal-IIP?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13499 u 11296 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jaħdmu mal-awtoritiajiet u korporazzjonijiet tal-Gvern f'Marzu 2013 u kemm hu llum? F'liema aġenziji huma impjegati dawn il-persuni? Kemm huma impjegati ma' kull entità separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-personaġġi li se jkollhom monument fi Pjazza Kastilja?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif jaf l-Onor Interpellant, fi Pjazza Kastilja diġa fil-prezent hemm monumenti tal-eks Prim Ministri Pawlu Boffa u George Borg Olivier u tal-patrijott Manwel Dimech.
Għall-immedjat kif diga intqal pubblikament huwa ppjanat li magħhom jizdied monument tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17392 u 17040 u jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħall-Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegati kienu ta' persuni rikonoxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Għal-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18805, filwaqt li għat-tieni parti nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18806.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħlasijiet li jsiru mill-Urban Improvement Fund jistgħux jintużaw biex isiru tiswijiet fit-toroq tal-madwar proġetti partikolari, liema toroq jitkissru b’riżultat ta’ tali proġett? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar twettaqx xi forma ta’ spezzjoni fuq it-toroq ta’ madwar il-proġett, kemm qabel jinbeda x-xogħol kif ukoll wara li jitlesta x-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil-Onorevoli Membru li proposti li normalment jikkwalifikaw għal-UIF huma dawk li huma imniżżla skont id-dokument mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll il-link : http://www.mepa.org.mt/projects-initiatives ,l-ispezzjonijiet li jsiru huma marbutin u limitati mal-progetti li jkunu maqbula b'mod kontrattwali li jikkwalifikaw għal-fondi tal-UIF.
Korporazzjonijiet, awtoritajiet, kumpaniji u aġenziji tal-Gvern – ħaddiema impjegati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li huma impjegati mad-diversi korporazzjonijiet, awtoritajiet, kumpaniji u kull tip ta’ aġenzija oħra tal-Gvern, preżentament, każ b’każ? Kemm kien in-numru ta’ persuni impjegati mal-istess gruppi, separatament f’Marzu 2013?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma, u fejn qegħdin, f’numru għal kull lokalità, it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex art mhux maħduma, tinkesa bil-ħamrija jew tiżdied ħamrija ma’ dik li diġà hemm? Kemm art hija proposta li tiġi affetwata b’tali applikazzjonijiet? Kemm tali applikazzjonijiet ġew approvati mill-MEPA, matul l-aħħar tliet snin? Kemm art kienet affetwata b’dawn id-deċiżjonijiet, u f’liema lokalità, lokalità b’lokalità, jinsabu dawn l-ispazji?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19959, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiema ħamsa u għoxrin (25) applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ tqiegħid jew żieda ta’ ħamrija fuq art mhix maħduma u ġew approvati għaxar (10) applikazzjonijiet għall-istess tip ta’ żvilupp mill ewwel ta’ Jannar 2013 sa llum.
Annessa tinsab lista li turi l-ammonti ta’ applikazzjonijiet u l-ammonti totali ta’ art f’metri kwadri, kif kwotata mill-Periti fl-applikazzjoni oriġinali, ta’ dawn l-applikazzjonijiet maqsuma skont il-lokalità.
Lokalità
Ammont ta' Applikazzjonijiet
Ammont ta' Art f'metri kwadri
Dingli
1
1,800
Ghajnsielem
1
315
Gudja
1
4,621
Mqabba
1
4,412
Naxxar
1
1,230
Rabat
1
4,100
Safi
1
905
San Gwann
1
303
Siggiewi
1
1,559
Xewkija
1
1,440
Grand Total
10
20,685