Uffiċċju Konġunt — Postijiet Kummerċjali – ċens rivedut
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ persentaġġ li bih l-Uffiċċju Konġunt jikkapitalizza l-ammont ta’ ċens rivedut fuq postijiet kummerċjali (li kienu jappartjenu lill-Knisja) u li s-sidien ikunu jridu jifdu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’kazijiet ta’ ċnus perpetwi rivedibbli fuq postijiet użati ghal skopijiet kummerċjali, iċ-ċens jigi kapitalizzat bil-5% wara li dan jigi rivedut skont il-klawsoli relatati mal-konċessjoini emfitwetika oriġinali.
Min-naħa l-oħra, mhiex
policy
tad-Dipartiment illi ċnus temporanji fuq postijiet użati għal skopijiet kummerċjali jinfdew.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Uffiċċju Konġunt jistabilixxi reviżjoni ta’ ċens (fuq talba ta’ sidien) fuq proprjetajiet residenzjali li qabel kienu jappartjenu lill-Knisja u li fil-kuntratt tagħhom ikun hemm stipulat li tali reviżjoni ssir fuq il-bażi ta’ ġurnata xogħol ta’ ħaddiem skont il-basic minimum wage u li tkun prevalenti fis-sena tar-reviżjoni, jiġu kkunsidrati l-addizzjoni tal-bonus statutorji li jingħata lil kull ħaddiem kull sena ma dak tan-National Basic Minimum Wage?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawk il-każijiet fejn ir-revizjoni trid issir skont il-basic minimum wage, hekk kif stipulat fil-kundizzjonijiet tal-konċessjoni emfitewtika orġinali, din ir-revizjoni ssir skont l-indici tal-minimum wage hekk kif imħabbar fuq il-gazzetta tal-Gvern.
Uffiċċju Konġunt – applikazzjonijiet għal ċens fuq proprjetajiet residenzjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, kemm huwa n-numru ta’ case officers fl-Uffiċċju Konġunt li qegħdin jaħdmu fuq:
(a) applikazzjonijiet biex jiġi mifdi ċ-ċens fuq proprjetajiet residenzjali li s-sidien ikunu għamlu rikjesta biex jifdu ċ-ċens; u
(b) proprjetajiet li jkun għalqilhom iċ-ċens u għalhekk ikunu fi stadju ta’ reviżjoni skont il-kuntratt oriġinali tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Uffċċju Kongunt hemm erbgħa uffiċjali li jaħdmu fuq l-skemi tal-fidi taċ-ċnus.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — assistent parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kienux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ boathouses tal-Gvern li hemm fl-inħawi tax-Xemxija, fejn qabel kien jorbot il-vapur t’Għawdex? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq dawn il-boathouses, u kemm mill-boathouses instab li għandhom ħsarat estensivi fihom, b’mod partikulari fis-saqaf? Billi fuq dawn il-boathouses hemm triq pubblika, jista’ jaċċerta li l-ħsarat li hemm f dawn il-boathouses jissewwa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-boathouses li qed jagħmel referenza għalihom huma mibnija fuq art li kienet ngħatat b’ċens perpetwu permezz ta’ kuntratt datat 20 ta’ Lulju 1728. Infurmat ukoll illi t-triq li hemm fuq dawn il-boathouses ġiet iffurmata meta nbnew dawn il-boathouses u għalkemm hija triq pubblika mhiex meqjusa bħala li hi proprjetà tal-Gvern.
Uffiċċju Konġunt — Postijiet residenzjali – ċens rivedut
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ persentaġġ li bih l-Uffiċċju Konġunt jikkapitalizza l-ammont ta’ ċens rivedut fuq postijiet residenzjali (li kienu jappartjenu lill-Knisja) u li s-sidien ikunu jridu jifdu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawk il-każijiet ta’ ċnus perpetwi rivedibbli, iċ-ċens jigi kapitalizzat bil-5% wara li dan ikun ġie rivedut skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-konċessjoni emfitewtika oriġinali.
F’dawk il-każijiet ta’ ċnus temporanji rivedibli, dejjem fuq residenzi ordinarji, dan iċ-ċens ma jiġix kapitalizzat, izda japplikaw l-ammonti stipulati.
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li s-servizz tat-telefonati 153 ma jibqax jingħata minn Għawdex? Minn fejn qed jingħata issa dan is-servizz? X’se jsir mill-ħaddiema Għawdxin li kienu jagħmlu dan il- back office work f’Għawdex stess?
Dipartiment tal-Artijiet – stallazzjonijiet fuq art pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu permessi mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet minn Jannar 2013 ‘l hawn għall-istallazzjonijiet fuq art pubblika ta’ fixed pavement publicity sign fil-lokalitajiet kollha? Jista’ jqassam din l-informazzjoni xahar b’xahar u lokalità b’lokalità? Kemm ġie impost ħlas fuq kull fixed pavement publicity sign? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji ħarġu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2013 sal-lum id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma ħariġx permessi ġodda għall-installazzjonijiet fuq art pubblika ta’ fixed pavement publicity sign fil-lokalitajiet kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jittella’ ħajt tal-ġebel madwar il-Kulleġġ tal-Libjani f’Ta’ Ġiorni (ritratti qed jingħataw separatament) li ssostitwixxa l-għeluq oriġinali li kien hemm qabel (kif indikat fir-ritratt li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l-ħajt huwa kopert b'permess tal-iżvilup PA 1461/15 maħruġ fil 25 ta'Settembru 2015.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati mill-1998 sal-2013
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’legizlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor. Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19930, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi ta’ petrol indikati fir-risposta, diġà qegħdin quddiem il-case officers? Fejn huma dawn il-każijiet indikati fit-tweġiba?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li din għandha quddiema 34 applikazzjoni validata fejn għadu ma ġiex konkluż ir-rapport tad-Direttorat tal-Ippjanar.
Tabella li turi l-ammonti ta’ dawn l-applikazzjonijiet kif inhuma maqsuma skont il-lokalità:
Kunsill Lokali
Ammont
Għajnsielem
2
Ħal Għaxaq
1
Il-Gżira
1
L-Iklin
1
Ħal Luqa
2
Wied il-Għajn
1
Il-Mellieħa
1
Il-Mosta
1
In-Naxxar
2
Paola
2
Ħal Qormi
4
Ir-Rabat
1
Ir-Rabat (Għawdex)
3
San Ġiljan / Sliema
1
San Pawl il-Baħar
2
Is-Siġġiewi
1
Is-Swieqi
1
Ix-Xagħra
1
Ix-Xewkija
2
Ħaż-Żabbar
2
Iż-Żurrieq
2
Total
34
San Pawl il-Baħar – pompi tal-petrol f’San Pawl il-Baħar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn jinsabu s-siti li saru applikazzjonijiet għalihom għall-bini ta’ pompi tal-petrol f’San Pawl il-Baħar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni kif mgħoddija mill-MEPA hija li zewg siti huma applikazzjonijiet għall-bini ta’ pompi tal-
petrol
ġodda f’San Pawl il-Bahar li huma dawn:
Site at,
Triq Burmarrad,
Burmarrad,
San Pawl il-Baħar
Site at,
Triq Burmarrad, Burmarrad,
San Pawl il-Baħar
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Fl-2013 u fl-2014 l-ispiża fuq il-bordijiet li jaqgħu taht l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienet mal-€100,000 inqas milli kienet fl-2011 u fl-2012.
Għal dis-sena l-istima hija li l-ispiza tkun mal-€150,000 inqas milli kienet fl-2014.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistix HR Management Plan għas-servizz pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja ta' dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li din hija l-ewwel darba li tfassal b’mod formali HR Managment Plan għas-servizz pubbliku.
Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali u Direttur
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali u Direttur li kienu fil-kariga fid-9 ta' Marzu 2013 għadhom iservu fl-istess kariga li kellhom sal-lum? Fil-każ ta dawk li ma kellhomx il-kuntratt imġedded, jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tal-IPSL (RSS) li ġew identifikati bħala li jistgħu jiġu mqiegħda f’impjieg permanenti, matul din is-sena? Ma’ liema organizzazzjonijiet, korporazzjonijiet jew awtoritajiet ġew impjegati b’mod permanenti, f’kull każ separatament? ? Kemm fadal persuni li għad iridu jiġu f’post permanenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Wara li fl-2014 gie ffinalizzat il-Ftehim Kollettiv li bih il-ħaddiema tal-RSSL ingħataw id-dinjita’ li jixraqilhom, illum l-Gvern qiegħed jagħti l-opportunita li fejn jkun hemm postijiet permanenti ma’ entitajiet pubblici u/jew servizz pubbliku, fejn ikun possibbli skont ir-regoli taċ-Ċivil, il-ħaddiema tal-RSSL jingħataw id-dritt li japplikaw. Ix-xogħol fuq l-ezerċizzju li għamel riferenza għalih l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu għadu jinsab għaddej.
Belt Valletta – ħwienet li qalbu l-kirja għal ċens
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-ħwienet fil-Belt Valletta li tagħhom hu sid il-Gvern, , li matul din is-sena qalbu l-kirjiet tagħhom għal ċens,? Kemm fadal ħwienet biex jagħmlu din il-qalba?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-Iskema tal-Ħwienet li għalissa hija miftuħa għall-ħwienet tal-Belt biss, u dawn qegħdin jiġu proċessati. L-ewwel kuntratti mistennija jsiru fil-ġranet li ġejjien.