Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14817 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Jum Dinji tal-Ktieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel li nhar l-10 ta' Marzu, 2000 segwew iċ-ċirkolari biex jieqfu għal 20 minuti u jaqraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn stħarriġ li sar irriżulta li kważi l-iskejjel primarji kollha segwew iċ-ċirkolari u għamlu 20 minuta qari fl-10 ta' Marzu. Informat ukoll li madwar nofs l-iskejjel sekondarji segwew l-istess ċirkolari.
Leg 9 PQ #15451 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MUT — Ftehim Kollettiv

Question

Jaħseb il-Ministru li tkun idea tajba li fi ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Union of Teachers jidħol l-għarfien ta' kwalifika tan-nurses bħala li tkun waħda minn dawk li jkun hemm allowance għaliha, fid-dawl ta' l-edukazzjoni inklussiva u l-bżonn ta' nurses li jamministraw mediċina lit-tfal b'diżabilita' fl-iskejjel, peress li hemm kindergarten assistants bi kwalifiki ta' nurse imma bħalissa din il-kwalifika ma tintgħarafx għal skop ta' allowance?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ftehim dwar il-Klassifikazzjoni u Ristrutturar tal-Facilitators u l-Kindergarten Assistants diġa' jipprovdi għall-allowances għall-kwalifiki relevanti fl-erba' livelli ta' Dottorat, Masters, First Degree u Diploma, l-istess kif hemm provdut fil-Ftehim dwar l-Għalliema u anke f'dak ta' l-Instructors.
Leg 9 PQ #15655 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel xi xogħol fil-pixxina nazzjonali? Saret sejħa pubblika jew ingħataw b'direct order? Kemm hu stmat li se tqum kull biċċa xogħol li qed issir fil-preżent?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed isiru diversi xogħlijiet fil-Pixxina Nazzjonali: Fil-fatt, ix-xogħol fuq l-uffiċini tal-Kumitat Olimpiku Malti qed isir minn kuntrattur 'turnkey' imqabbad mill-Kumitat Olimpiku Malti. Ix-xogħol fuq l-ewwel sular (taħt il-main terrace) qed isir mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru ta' l-Ambjent. Ix-xogħol l-ieħor fil-livell tal-'pool deck' qed isir mill-kutrattur, is-Sur G Ellul ta' Triq il-Latmija, Żabbar, u dan ġie mqabbad mill-'Board' tat-Tmexxija tal-Pixxina skond il-proċeduri normali. Dan ix-xogħol ser jiswa' madwar Lm2000 (elfejn lira).
Leg 9 PQ #15656 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali — Każi ta' emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jassigura li xogħlijiet li qed isiru fil-preżent fil-pixxina nazzjonali m'hu qed isir xejn li ser inaqqas is-safety f'każ ta' emerġenza jew xi bżonn ta' ambulanza jew fire engine?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #15657 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Ċentru sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet għal bini ta' ċentru sportiv fil-Kottonera? Jekk hemm xi pjanti, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Ma' min saru diskussjonijiet fuq dan iċ-ċentru sportiv? Jikkonferma li l-ground tal-football se jkun biss għal five-a-side u mhux full size? Għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li tkun biss għal five-a-side?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-pjanti ġew sottomessi l-Planning Authority u ser inħallihom għal xahar fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra biex l-Onor. Membru jkun jista' jikkonsultahom. Id-diskussjonijiet saru kif hemm indikat fir-rapport li minħabba l-voluminosita` tiegħu wkoll ser inħalli għal xahar fl-Uffiċċju tal-Clerk biex jiġi konsultat mill-Onor. Membru. Rigward il-pitch għal five-a-side, nirreferi l-Onor. Membru għat-Tweġiba tar-Risposta numru 13720.
Leg 9 PQ #15659 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Lawrija ta' Ph.D.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn studenti Maltin u barranin biex jagħmlu studji/riċerka li twassal għal-lawrija ta' Ph.D. fl-Universita' ta' Malta matul dawn l-aħħar tliet snin u f'liema fakultajiet kienu dawn? Kemm minn dawn ġew aċċettati u kemm rifjutati u f'liema fakultajiet? X'kienu r-raġunijiet li kienu japplikaw fil-każ ta' dawk li ġew rifjutati?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' l-għadd ta' applikanti għall-gradi ta' Masters of Philosophy u Doctor of Philosophy, kif ukoll l-għadd li ġew aċċettati u li ġew irrifjutati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ġew inklużi kemm dawk li applikaw għall-grad ta' Master of Philosophy kif ukoll dawk għad-Doctor of Philosophy għax min jiġi aċċettat għall-ewwel grad imsemmi jista' jitħalla jittrasferixxi l-istudji tiegħu għall-grad ta' Doctor of Philosophy wara li jgħaddi ċertu żmien ta' studju u jitqies il-livell tax-xogħol li jkun għamel sa dak iż-żmien. Informat li l-applikazzjonijiet ma jiġux aċċettati jew għax l-applikanti ma jkollhomx il-kwalifiki meħtieġa, jew għax l-Universita` ma jkollhiex min jista' jagħmilha ta' superviżur fil-qasam mixtieq mill-applikant.
Leg 9 PQ #15704 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Language/science labs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm language labs u science labs fl-iskejjel statali, primarji u sekondarji separatament? F'liema skejjel jinsabu? Hemm ħsieb li fil-futur qarib jiżdied in-numru ta' dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

L-infomrazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #15705 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Art rooms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu art rooms fl-iskejjel statali, primarji u sekondarji? F'liema skejjel jeżistu dawn l-art rooms? Jaħseb li hemm biżżejjed minn dawn? Kemm hemm bħalissa art teachers fl-iskejjel statali, primarji u sekondarji separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Sekondarji u tas-Snajja' hemm 40 Art Rooms. Dawn jinsabu fl-iskejjel li se nsemmi: B'Kara BSS - 1 Cospicua GSS - 1 Gżira BSS - 1 Ħamrun GSS - 2 Marsa BSS - 1 Samra GSS - 1 Qormi BSS - 1 Mosta GSS - 1 Paola BSS - 1 Rabat GSS - 1 St Venera BSS - 1 Tarxien GSS - 2 Żebbuġ BSS - 1 Żurrieq BSS - 1 Corradino BJL - 2 Blata l-Bajda GJL - 3 Ħamrun BJL - 2 Mrieħel GJL - 2 Ħandaq BJL - 3 Sandhurst GJL - 2 Verdala BJL - 1 St Luċia GJL - 1 Victoria BJL & Sec - 2 Żejtun GJL - 2 Naxxar BS - 2 Victoria GJL & Sec - 1 Marsa GS - 1 Tarġa Gap Trade Sc. - 2 Informat ukoll li fl-iskejjel Primarji hemm 14-il għalliem Peripatetic ta' l-Art u fl-iskejjel Sekondarji u tas-Snajja' bħalissa hemm 69 għalliema ta' l-Arti.
Leg 9 PQ #15445 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kottonera

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14372 fejn il-Ministru semma "miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva li jiffavorixxu aktar lil dawn it-tfal" tal-Kottonera, jista' jgħid matul din is-sena skolastika x'miżuri konkreti ttieħdu ta' din ix-xorta? X'miżuri ta' din ix-xorta qed jiġu ppjanati għas-sena skolastika d-dieħla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li barra għajnuna li ngħatat mis-servizz mogħti mill-peripatetic teachers beda wkoll jitħejja Literacy Programme li se jiġi mwettaq, fost skejjel oħra, f'dawk ta' Bormla, l-Isla u l-Birgu. Dan il-programm ikun imfassal fuq il-bżonnijiet ta' l-iskola partikolari hekk kif ġew identifikati fil-Baseline Assessment li sar f'Mejju 1999. Il-programm jinħadem f'kollaborazzjoni mill-qrib ħafna ma' l-għalliema u jkun gwidat mil-Literacy Unit ta' l-Universita` u mill-Complementary Education Unit tad-Dipartiment tal-Kurrikulu. Informat ukoll li l-Programm se jibda jkun implimentat minn Settembru 2000.
Leg 9 PQ #15449 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MUT — Ftehim Kollettiv

Question

Jaħseb il-Ministru li fi ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Union of Teachers ikun hemm linji ċari tar-responsabbiltajiet tal-kapijiet ta' l-iskejjel fuq il-minor staff biex dan ma jibqax jiġi mċaqlaq mis-segretarjat tal-ministeru bla konsultazzjoni u kunsens tal-kapijiet u jaħsibx li wasal iż-żmien li jkun hemm definizzjoni ċara tad-dmirijiiet tal-general hands biex il-kapijiet, ikunu jafu x'jistgħu jqabbduhom jagħmlu fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Diġa' qed isir xogħol biex jiġu ċċarati r-responsabbilitajiet tal-kapijiet ta' l-iskejjel fuq il-minor staff u d-definizzjoni tad-dmirijiet tal-general hands.
Leg 9 PQ #15450 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MUT — Ftehim Kollettiv

Question

Jaħseb il-Ministru li fi ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Union of Teachers għandhom jitneħħew ċerti riġiditajiet fil-ftehim ta' l-1994 dwar min jista' jikkwalifika biex jimla' l-postijiet ta' subject co-ordinators, assistenti kapijiet, kapijiet, uffiċjali edukattivi u assistenti diretturi biex tittaffa l-problema li nħolqot li ftit qed ikun hemm japplikaw għal dawn il-postijiet tant importanti għat-tmexxija tajba tas-sistema edukattiva f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva.
Leg 9 PQ #15617 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Erin Serracino Inglott

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' l-istudenti li jattendu l-iskola Erin Serracino Inglott, Bormla? Kemm hemm tfal fl-iskola? Kemm kien in-numru ta' studenti li kienu assenti mill-iskola ġurnata b'ġurnata mill-1 ta' Frar sa l-aħħar ta' Marzu? X'kienet ir-raġuni ta' dan l-assenteiżmu mill-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti li jattendu fl-iskola Erin Serracino Inglott, Bormla, huma: Form I - 134 Form II - 109 Form III - 68 Form IV - 104 Form V - 97 Total - 512 Lista bin-numru ta' studenti li kienu assenti ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15635 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Mina ta' Sta. Liena

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex il-mina ta' Sta. Liena, Bormla, tingħata manutenzjoni li hemm bżonn? Jista' wkoll jara li jekk u meta dan ix-xogħol isir, ma jipparkjawx aktar karozzi taħt l-istess mina storika?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru għall-Ambjent peress li l-manutenzjoni tal-bini in kwistjoni huwa r-responsabilta` tal-Kottonera Rehabilitation Committee filwaqt li l-management tat-traffiku hija r-responsabilta` tad-Dipartiment tat-Toroq.
Leg 9 PQ #15649 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, b'mod ġenerali, x'inhi tagħmel id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar il-problema ta' l-assenteiżmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena skolastika s-Sezzjoni Welfare tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ffukat l-attenzjoni tagħha fuq numru ta' skejjel sekondarji partikolari. B'dan il-għan is-Social Workers ħadmu mat-tfal, mal-ġenituri, il-familji, l-istaff ta' l-iskejjel u professjonisti oħrajn biex jippruvaw inaqqsu l-assentejiżmu f'dawn l-iskejjel. Eżerċizzju simili qiegħed isir fil-primarji.
Leg 9 PQ #15650 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Arena ta' l-Indipendenza - Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tlesta dwar ir-riabilitazzjoni tal-faċilitajiet sportivi fl-arena ta' l-Indipendenza fil-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Arena ta' l-Indipendenza ser tkun riabilitata sa dan is-Sajf. Ta' min jgħid li x-xogħol fuq it-turf ser isir mill-Floriana FC skond programm li tfassal ma' esperti fis-suġġett u dak skond il-proċeduri normali li jsiru fuq grounds ta' dan it-tip.
Leg 9 PQ #15700 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technical Institute Electrians — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li lill-istudenti ta' l-ewwel sena tat-Technical Institute Electricians qed jgħidulhom li jew isibu sponsor huma inkella jaqtgħulhom l-Lm40 allowance tas-sajf u fl-istess ħin dawn l-istudenti ma jistgħux jaħdmu part-time? Jista' jikkjarifika x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-awtoritajiet edukattivi jiċħdu kategorikament li intqal diskors simili lill-istudenti. Informat ukoll li l-ETC ippruvat issib xogħol lil kull apprendist sa minn Lulju ta' l-ewwel sena ta' l-apprendistat il-quddiem. Fl-aħħar nett informat li, l-istudenti għandhom dritt għall-għotja ta' Lm100 fix-xahar bejn Lulju u Settembru kemm jekk jinstabilhom xogħol u anke jekk le. Madanakollu, kemm il-darba l-apprendist jinstablu xogħol, jekk ma jattendix ma jitħallasx.
Leg 9 PQ #13760 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Diġa' kelli l-okkażjoni nirrispondi li f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f'dan il-każ tkopri disa' snin.
Leg 9 PQ #15441 Sitting 284 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13544 dwar ix-xogħol ta' manutenzjoni li se jsir fl-iskejjel statali?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #15256 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li ngħataw xi għajnuna finanzjarja mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport fi snin 1998 u 1999? Kemm kienet din l-għajnuna lil kull għaqda u għal-liema skop ingħatat?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' l-għaqdiet sportivi li ngħataw għajnuna finanzjarja matul l-1998 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-għajnuniet li ġew mogħtija mis-Segretarjat Parlamentari matul l-1999 nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11935. Informat li l-għajnuniet li ngħataw minn Settembru 1998 'l hawn huma mogħtija skond dawn il-kriterji: għal organizzazzjoni u kompetizzjonijiet internazzjonali f'Malta, parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet barra minn Malta, għajnuna lil nurseries, titjib u żvilupp ta' faċilitajiet u attivitajiet mixxelanji.
Leg 9 PQ #15437 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Senat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li se jidħlu fis-seħħ dawn iż-żewġ deċiżjonijiet unanimi tas-senat ta' l-Universita' (laqgħa: 13 ta' Jannar 2000): 1) "Proficiency in English" tiddaħħal f'xi forma jew oħra bħala suġġett fl-eżamijiet tal-matrikola? 2) Systems of knowledge ma jibqax suġġett obbligatorju għaċ-ċertifikat tal-matrikola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemmx data preċiża għal meta jiddaħħlu fis-seħħ iż-żewġ deċiżjonijiet imsemmija. Il-Ministeru għadu qed jinsisti għal konsiderazzjoni aħjar tal-kwestjoni mill-MATSEC Board.