Korporazzjonijiet, awtoritajiet, kumpaniji u aġenziji tal-Gvern – ħaddiema impjegati
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19958 u 18805, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li huma inklużi fl-informazzjoni li ngħatat fir-risposta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li r-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 18805 tirreferi għall-Impjegati Pubbliċi li qegħdin f’Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, kif mitlub mill Onor. Interpellant stess.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema Ministeru hu inkarigat mit-tqegħid tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex u dan stante illi mistoqsijiet li saru lill-Ministru għal Għawdex u lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment fuq dan is-suġġett ġew imwieġba t-tnejn li huma billi rreferew għall-Ministru kkonċernat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li r-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18805 tirreferi għall-Impjegati Pubbliċi li qegħdin f’Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, kif mitlub mill Onorevoli Interpellant stess.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 6047 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 337, l-Erbgħa 18 ta’ Novembru 2015)
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant bl-informazzjoni mitluba minnu :
ASSISTANT
TECHNICAL OFFICERS
TECHNICAL
OFFICERS
SENIOR
TECHNICAL OFFICERS
PRINCIPAL
TECHNICAL OFFICERS
UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
1
1
2
GOVERNMENT PRINTING PRESS
1
GOVERNMENT PROPERTY DEPARTMENT
14
(3 impjegati mill-Resource Support & Services Ltd)
8
(1 impjegat mill-Engineering Resources Ltd)
MEPA
12
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-Dipartimenti, Divizjonijiet, Direttorati u Uffiċċji li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li joffru sistema ta’ teleworking huma:
· Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni
· Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti (Strategija u Implimentazzjoni)
·
Uffiċċju tal-Kabinett
inkluz id-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet
· Management Efficiency Unit
· Resource Support and Services Ltd
· Environment and Planning Review Tribunal
· Public Service Commission
· Dipartiment tal-Informazzjoni
· Stamperija tal-Gvern
· Uffiċċju Elettorali
· Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern
· MEPA
It-Telework jigi awtorizzat taħt dawk il-kundizzjonijiet kif speċifikati fil- Public Service Management Code (PSMC) [Kapitlu 5.2 (Other Measures for Work Family Balance) Sezzjoni 5.4.2 – Telework], Telework Policy u Guidelines on the Implementation of Telework by Public Service and Public Sector Employees, jew fil- Ftehim Kolletiv fil-ka¿ ta’ Entita Pubblika.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk inħariġx permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex dan l-aħħar ġew stallati mal-erba’ units tal-arja kundizzjonata fil-gallarija prinċipali tal-Palazz Presidenzjali hekk kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-units tal-arja kundizzjonata ġew impoġġija fil-gallarija prinċipali tal-Palazz Presidenzjali b'mod temporanju minn Heritage Malta in konnessjoni mal-Wirja li tfakkar l-450 anniversarju mill-Assedju l-Kbir. Dan sar b’mod kompletament riversibbli u mingħajr ma ntmiss bl-ebda mod il-bini jew l-aperturi. L-esibiti f'din il-Wirja għandhom bzonn kontroll tal-klima (per ezempju temperatura u umdita`) sabiex ma ssirilhomx ħsara. Il-Wirja ser tagħlaq fis-6 ta' Diċembru 2015 u Heritage Malta kkonfermat illi l-units ser jitneħħew sas-7 ta' Diċembru 2015.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li d-dħul kollu li se jkun hemm mill-irkant tal-vetturi kollha li se jintużaw mill-mexxejja fil-Valletta Summit u CHOGM se jmur kollu kemm hu, u mhux parti, għall-karità?
CHOGM – preparazzjoni u avvenimenti – nefqa totali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi n-nefqa totali li tkopri l-preparazzjoni u l-avvenimenti kollha marbuta maċ-CHOGM? Jista’ jagħti break down dettaljata tan-nefqa? Jista’ jagħti stima ta’ kemm telf ta’ xogħol se jiswa dan l-avveniment lill-pajjiż minħabba l-għeluq tal- Università, telf ta’ ġranet tal-iskola u għeluq ta’ toroq?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il encroachment permit ingħata mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-perjodu Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern– Investigazzjoni dwar Strada Zekka
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, apparti l-investigazzjoni tal-IAID dwar il-każ ta’ Strada Żekka, kemm-il investigazzjoni oħra mill-IAID hemm bħalissa dwar id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru investigazzjonijiet oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala l-ġimgħa li għaddiet, jew ftit jiem ilu, l-IAID ġabret diversi kaxxi tal-files tad-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern mill-impjegat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhiex prassi li jingħataw dettalji logistici waqt investigazzjoni li jistgħu jippreġudikaw l-istess investigazzjoni.
Ħaddiema fis-settur pubbliku – edukazzjoni u saħħa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispjega kif wasal għall-kalkolu ta’ 72% fiż-żieda tal-ħaddiema tas-settur pubbliku li ddaħħlu jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa meta jekk wieħed iqabbel l-istatistika ta’ Frar 2013 u April 2015 kif tidher fil-Gainfully Occupied Population isib li kienu inqas minn 50% li marru jaħdmu f’dawn iż-żewġ oqsma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18,805, liema tabella hija bba¿ata fuq informazzjoni li għandu l-Public Administration HR Office (PAHRO).
Kif jirriżulta minn din it-tabella, waqt li ż-żieda fin-numru ta’ impjegati fis-servizz pubbliku kienet ta’ 1,124 bejn April 2013 u Settembru li għadda, 809 minnhom kienu żieda ta’ impjegati fi gradi mediċi, bħala infermiera u paramedici u fi gradi tal-edukazzjoni.
Huwa b’hekk li 72% tal-impjiegi li żdiedu fis-servizz pubbliku kienu fil-gradi mediċi, fil-gradi tal-infermiera u l-paramediċi u fil-gradi tal-edukazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġett tal-hub għall-persuni b’diżabilità, li saret referenza għalih fid-diskors tal-baġit li tressaq fl-aħħar jiem, hux se jinbena fuq l-istess art fin-Naxxar li kienet indikata fl-Avviż Legali 439/2012?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fin-Naxxar indikata fl-Avviż Legali 439/2012, għadha tgħajjat lill-Kunsill Malti għall-Isport.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-bini ta’ hub għall-persuni b’diżabilità fin-Naxxar mal-MEPA li saret referenza għalih fl-aħħar diskors tal-baġit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-MEPA irċeviet applikazzjoni għall-iscreening b'numru 160547 mingħand il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali fis-6 ta' Marzu 2015.
Bhal issa għaddejien diskussjonijiet dwar diversi issues biex ikun jista jibda l-proċess tal-
validation
.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx impjegata fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid x'inhi n-nomenklatura tal-impjieg tagħha? Jista' jgħid f'liema skala taċ-ċivil ġiet impjegata? Jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għal dan l-impjieg jew jekk din hijiex position of trust? Jista' jgħid meta ġiet ippubblikata din is-sejħa pubblika fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament applikat u intgħażlet fuq sejħa għall-applikazzjonijiet miftuha għall-uffiċjali pubblici kollha u allura mhix position of trust. Is-sejha ħarġet permezz ta’ cirkulari fit-13 ta’ Marzu 2015 mas-servizz pubbliku kollu kif joħorgu s-sejhiet interni. Il-grad jġorr skala 7. Il-pożizzjoni kienet vakanti.
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20410 u jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
Wara li f’Ġunju 2013 il-Prim Ministru kien iddikjara li se jfittex metodi applikabbli biex persuni li għandhom ċnus mal-Uffiċċju Konġunt u li jixtiequ jifdu, is-sistema tkun aktar faċli mingħajr burokrazija żejda, u mill-informazzjoni li għandu l-Interpellant li fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla, l2016, numru konsiderevoli ta’ residenti fl-inħawi partikolarment ta’ Buġibba se jgħalqilhom iċ-ċens u li għad għandhom l-applikazzjoni tagħhom għand l-Uffiċċju Konġunt u li għadha mhux proċessata, jikkonsidra l-Prim Ministru li dawk l-applikazzjoni li huma mingħajr diffikultajiet legali, jingħataw prijorità biex l-applikazzjoni tagħhom tiġi proċessata fl-iqsar żmien possibbli? Jifhem li numru minn dawn l-applikazzjonijiet hemm involuti terzi persuni li għamlu augment ta’ ċens fuq dak dovut lill-Uffiċċju Konġunt u għalhekk il-proċess ta’ dawn l-applikazzjonijiet huma aktar u aktar urġenti? Jikkunsidra li kien ħareġ komunikat għall-Istampa sabiex dawk il-persuni li huma ippressati b’dan iż-żmien limitat jikkomunikaw mal-Uffiċċju Konġunt b’mod faċli biex juru l-urġenza tal-każ tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sakemm ma jkunx hemm xi diffikultajiet legali jew diffikultajiet ohra, dawn il-kazijiet normalment jingħataw prijorita’ mid-Dipartiment, minhabba c-cirkostanza partikolari.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi se tieħu l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex tassigura li l-iżviluppatur ta’ plot bil-permess tal-MEPA (PA number qed jingħata separatament) fi Triq Birkirkara, kantuniera ma’ Triq il-Gallina fil-Kappara (San Ġwann) jerġa’ jpoġġi lura f’postu l-arblu fi Triq Birkirkara li miegħu kien hemm imwaħħlin wires li kien qala’ u rema fil-plot bil-konsegwenza li l-wires tpoġġew iserrħu fuq il-boundary wall? Jista’ jgħid x’passi se tieħu l-MEPA mal-istess żviluppatur tal-istess plot li ħareġ parti mill-boundary wall madwar żewġ metri ‘l barra fi Triq Birkirkara b’konsegwenza li l-bus stop tpoġġiet wara l-boundary wall?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont informazzjoni mogħtija mill-MEPA, l-iskavar li sar sa issa huwa kopert bil-permess imsemmi. Rigward il-kwistjoni sabiex jitpoġġa lura l-arblu, fi Triq Birkirkara li miegħu kien hemm imwaħħlin wires, din mhix fil-kompetenza tal-MEPA izda tal-entita` jew kumpanija li hija s-sid tal-wires. Peress illi dan huwa sit ta' kostruzzjoni, l-imsemmi boundary wall huwa hoarding biex joffri sigurta` fuq il-post. Din il-kwistjoni hija regolata mil-Building Regulation Office u mhux mil-MEPA.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, lokal b’lokal, li talbu biex isiru s-sid sid tal-garaxx tagħhom, jew biex jifdu ċ-ċens tal-istess garaxx fil-housing estates?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din l-skema kienet giet mnedija fi Frar ta din is-sena. Qed ngħaddi l-lista tal-applikazzjonijiet li daħlu f' kull lokal, għall-bejgħ ta' Garaxxijiet tal-Gvern jew fidi taċ-ċens tal-art fuq liema hemm mibnija dawn il-garaxxijiet li jinsabu fil-housing estates.
MOSTA
21
B'KARA
7
IKLIN
16
STA LUCIA
28
SAN GWANN
22
ZEJTUN
30
PIETA'
2
MARSA
6
ZURRIEQ
6
RABAT MALTA
7
QORMI
18
XGHAJRA
2
GHAXAQ
4
SAN GILJAN
10
GHARGHUR
6
ZEBBUG MALTA
11
SIGGIEWI
4
QRENDI
7
NAXXAR
23
FLEUR DE LYS
1
BIRGU
1
LUQA
4
KIRKOP
7
DINGLI
16
PEMBROKE
1
MGARR MALTA
6
SANTA VENERA
1
FGURA
3
BIRZEBBUGIA
12
TA'XBIEX
2
HAMRUN
3
ZABBAR
10
GUDJA
3
VALLETTA
2
ST PAUL'S BAY
1
KALKARA
4
RABAT GOZO
13
LIJA
4
SAFI
2
TOTAL
326
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu mistenni li jkun l-użu ta’ dak li qabel kien is-Suq tal-Belt fi Strada Merkanti? Meta hu mistenni li jibda jintuża għal dak il-għan?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Suq l-antik tal-Belt wara snin ta’ telqa u kwazi abbandun, se jingħata l-ħajja mill-ġdid b’investiment privat ta’ 7 miljun ewro li se jibdel dan il-bini storiku f’ċentru kummerċjali ta’ikel, kultura u divertiment.
Il-bini ta-Suq ha jkun ukoll restawrat fejn se ssir twaqqigħ tal-ġebel ezistenti fi ħdan il-qafas oriġinali tal-azzar sabiex jinfetaħ u jigi żviluppat mill-ġdid l-ispazju fil-qafas ezistenti tiegħu.H jsir ukoll restawr tal-istruttura tal-ħadid fondut fl-istess Suq li kien inbena bejn l-1860 u l-1861 u li huwa uniku f’Malta.