Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #19136 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim bejn l-istat u l-Knisja – artijiet li ġew mgħoddija lill-istat — problemi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex isolvi l-problemi kbar li hemm pendenti wara aktar minn għoxrin sena minn meta sar il-ftehim bejn l-Istat u l-Knisja rigward artijiet li ġew mgħoddija lill-Istat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2015, bdiet tiġi ndirizzata bis-serjeta il-kwistjoni ta’ mijiet ta' espropji pendenti li huma proprjetà tal-Knisja u ta’ diversi entitajiet tagħha. Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li l-ħsieb originali tal-Ftehim tal-1991 li sar bejn il-Gvern Malti u s-Santa Sede kien illi, fost affarijiet oħra, dawn l-espropji kellhom jiġu mħallsa sa mhux aktar tard minn 5 snin minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim tal-1991, iżda fil-fatt, 22 sena wara kien għadu ma sar xejn. Biex tiġi ndirizzata din il-kwistjoni, din is-sena, ġiet preparata u finalizzata lista ta' dawk l-esproprji kollha li kien hemm qbil dwarhom fir-rigward tal-kumpens offrut mill-Gvern lill-Knisja, liem kumpens jaqbeż is-somma ta' €2 miljuni. Il-pjan huwa, illi fix-xhur li ġejjin titkompla din il-ħidma, sabiex jibdew jiġu ndirrizati wkoll dawk l-esproprji l-oħra kollha, li sa issa ma kienx hemm ftehim dwarhom.
Leg 12 PQ #19137 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet u binjiet tal-gvern — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu jsir sabiex binjiet u proprjetajiet tal-gvern li huma fi stat ta’ abbandun u fi ħtiega kbira ta’ manutenzjoni, jiġu rreġenerati u jkunu wkoll sors ta’ dħul għall-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn is-sentejn, sar e¿erċizzju sabiex jiġu identifikati binjiet u proprjetajiet tal-Gvern li huma fi stat ta’ abbandun u fi ħtiega kbira ta’ manutenzjoni bil-għan li dawn jiġu rreġenerati. Ġew identifikati diversi proprjetajiet u nħarġu wkoll espressjoni ta’ interess fejn il-Gvern qed joffri konċessjoni ta’ 45 sena fuq il-proprjetà lil dawk li huma nteresatti fl-immaniġġjar u r-restawr ta’ dawn il-proprjetajiet. Uħud mill-proprjetajiet li qegħdin fil-proċess li jgħaddu għand il-privat wara li nħarġu espressjoni t’interess huma l-Palazz ta’ Strickland ġewwa l-Imġarr, il-Palazz tal-Marfa, l-Isptar tal-Iżolament fl-Imtarfa, Sit fil-Bużbezija limiti tal-Mosta, Is-Suq tal-Belt u Dar Mattia Preti ġewwa Marsamxett.
Leg 12 PQ #19138 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stratigic Planning for Environment and Development

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien ilu jinħass il-bżonn ta’ l-iStratigic Planning for Environment and Development u x’ippermetta li jsir fil-passat bin-nuqqas tiegħu? X’metodu ta’ proċess ta’ konsultazzjoni kien hemm biex dan il-pjan jiġi approvat? X’fakultà qed jagħti dan il-pjan strateġiku u kif se jitjiebu l-proċeduri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fl-1999 kien inħass li l-pjan ta’ Struttura (li kien gie mniedi fl-1992) kellhu jġi rivedut biex jirefletti l-htiġijiet soċjo-ekonomiċi u ambjentali tal-pajjiż ta’ dak iż-żmien.li jfisser illi kien ilu mill-1999 li kien hemm l-bżonn ta’pjan strategiku għaż-żminijiet attwali. Minnhabba f’hekk l-politka ta’ l-użu ta’ l-ispażju ma kienetx qegħda pari passu mal-politka soċjo-ekonomika u ambjentali ta’ pajjiżna tant li kellhom jigu ppreparati ħafna policies biex jimlew dan il-vojt. Il-proċess tal-iSPED beda fl-2011 u kien karaterrizat minn diskussjonijiet twal mal-ministeri u dipartimenti tal-gvern biex jigu identifikati u pprijorizati l-bżonnijiet ta’ l-użu ta’ l-art u tal-baħar flimkien ma perjodi ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta’ pajjiżna kif ukoll il-pubbliku. Dan il-proċess gie ripetut meta kien hemm il-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013. L-SPED qiegħed jintegra l-b¿onnijiet tal-użu tal-ispazju kemm fl-art kif ukoll il-baħar u allura qegħdin nevitaw l-kunflitti bejn pjanijiet u policies differenti kif ukoll qed jagħti lok biex jigu aggornati policies esistenti.
Leg 12 PQ #20511 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttiva 7 – ingaġġ ta’ ħaddiema minn awtoritajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet matul l-2015, fejn awtoritajiet ingaġġaw ħaddiema skont id-direttiva numru 7, u ċjoè mingħajr ma għaddew mill-proċess tal-PAHRO? Kemm ġew ingaġġati nies b’riżultat ta’ hekk, f'liema livell u fejn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #19131 Sitting 331 2015-11-24 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ġdida tal-ħwienet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtiega li tinħareġ skema ġdida tal-ħwienet meta ftit ta’ snin ilu diġà kien hemm skema maħruġa mill-amministrazzjoni preċedenti? X’qegħda toffri l-iskema l-ġdida bħala vantaġġi u x’anomaliji mistenni li tindirizza? X’rispons kien hemm għal din l-iskema sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema għall-ħwienet tal-Belt li kienet maħruġa mill-Amministrazzjoni preċedenti kienet toffri kirja ta’ 15 –il sena li tista’ tiġġedded għal żewġ perjodi oħra ta’ 15 il-sena ’l wieħed, lil dawk il-kerrejja ta’ ħwienet fil-Belt biss li kienu rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Artijiet. L-iskema kienet ukoll tagħti lill-kerrejja d-dritt li jissullokaw il-ħanut lil terzi w il ħlasijiet ta’ kera kienu mnaqsa għall-ewwel 8 snin tant li l-kera kummerċjali sħiħa skont ir-rati tal-Iskema kienet tibda titħallas biss fid-disa’ (9) sena. Din l-Iskema kienet miftuħa biss għal dawk il-ħwienet li l-kera tagħhom kienet titħallas għal 6 xhur u tiġġedded għal 6 xhur oħra. L-Iskema l-ġdida maħruġa minn din l-Amministrazzjoni qed toffri ċens temporanju ta’ 45 sena fuq il-ħwienet tal-Gvern b’rati aktar vantaġġużi. Għalissa l-iskema hija miftuħa biss għall-ħwienet fil-Belt Valletta biex isservi bħala proġett pilota biss ’il-quddiem din l-iskema tiġi kkunsidrata li tinfetaħ ukoll għal ħwienet tal-Gvern fi bliet u rħula oħra madwar Malta u Għawdex. Il-fatt li din l-Iskema qed toffri ċens u mhux kirja diga’ qed tagħti lok għal titlu aktar sod lill-applikant billi jingħata dritt reali fuq il-proprjetà u għalhekk ikun jista’ jinvesti aktar fin-negozju tiegħu. L-iskema qed wkoll tagħti ċans lil dawk li qegħdin joperaw il-ħanut taħt xi forma ta’ ftehim mall-inkwilin rikonoxxut, biex japplikaw huma stess taħt din l-iskema. Għaldaqstant, din l-iskema hija miftuħa kemm għall-kerreja rikonoxxuti kif ukoll, għal dawk l-operaturi li m’għandhomx titlu fuq il-ħanut, basta li dawn tal-aħħar jipprovdu ftehim bil-miktub mal-kerrej rikonoxxut. Ir-rata taċ-ċens kif maħdum skont din l-iskema jrid jibda jitħallas mal-ewwel sena, biex b’hekk il-poplu jieħu dak li ħaqqu minn din il-proprjetà li fil-fatt hija tiegħu. Minn mindu nfetħet l-iskema kien hemm 20 applikazzjoni li uħud minnhom ġew minn operaturi.
Leg 12 PQ #19132 Sitting 331 2015-11-24 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ġdida tal-ħwienet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-iskema l-ġdida tal-ħwienet tiġi estiża wkoll għall-ħwienet oħra madwar Malta u Għawdex minbarra dawk tal-Belt Valletta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li għalissa l-Iskema hija miftuħa biss għal ħwienet tal-Belt Valletta u ser isservi bħala proġett pilota biex, kif tħabbar fid-dettalji tal-Iskema, ’il quddiem din l-iskema tiġi kkunsidrata li tinfetaħ ukoll għal ħwienet tal-Gvern fi bliet u rħula oħra madwar Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #21056 Sitting 331 2015-11-24 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20058 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies, ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru, fl-istess perjodu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #20829 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa f'konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’konsulenti fil-Ministeru tiegħu nkluż dipartimenti u entitajiet bejn l-2008 u Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21062 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta Summit u CHOGM – irkant ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20863 u jikkonferma li d-dħul kollu li se jkun hemm mill-irkant tal-vetturi kollha li se jintużaw mill-mexxejja fil-Valletta Summit u CHOGM se jmur kollu kemm hu, u mhux parti, għall-karità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 20863.
Leg 12 PQ #21111 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan u Tas-Sliema – advertising boards mal-bankini

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ħarġux xi tenders għal dawk l-advertising boards mal-ġnub tal-bankini f’diversi lokalitajiet, fosthom San Ġiljan u Tas-Sliema? Jekk ħarġu tenders, minn min intrebħu? Il-kunsilli għandhom xi sehem minnhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #21119 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20850 u jgħid liema Ministeru huwa inkarigat mit-tqegħid tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex u dan stante li l-mistoqsijiet li saru lill-Ministeru għal Għawdex u lill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Investiment u Intrapriżi Żgħar dwar dan is-suġġett ġew imwieġba t-tnejn li huma billi rriferew għall-Ministeru kkonċernat kif ukoll għaliex il-Prim Ministru fit-tweġiba tiegħu għal din il-mistoqsija irrefera għall-mistoqsija parlamentari 18805 li m’għandha x' taqsam xejn ma’ dan is-suġġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant bil-korrezzjoni f’PL 20850 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa , 18 ta’Novembru 2015 f’Seduta 327.
Leg 12 PQ #20404 Sitting 329 2015-11-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2016 — reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll fuq google adverts sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #20483 Sitting 329 2015-11-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – użu ta’ art għal ċentru sportiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk seħħewx xi żviluppi dwar l-użu tal-art li fil-passat kienet maħsuba li se tintuża bħala ċentru sportiv fl-inħawi tal-Qawra, San Pawl il-Baħar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru W313.
Leg 12 PQ #21035 Sitting 329 2015-11-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Kmamar tan-nar — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-kmamar tan-nar f’Għawdex? F’kull każ, fuq liema siti huma dawn l-applikazzjonijiet? Meta saru u fiex wasal il-proċess għal kull applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistosija parlamentari numru 21035,minn tagħrif mogħti lili mill l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ,jirriżulta li hemm żewġ (2) applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ kmamar tan-nar fil-gżira t’Għawdex. Dawn huma id-dettalji kif mitluba: Lokalità Screening Recn Date Stadju Site at, T' Anglu, Munxar, Gozo 25/08/2014 Application compilation Site at, L'Awejna l/o, Ta' Lumbara, Kercem, Gozo 11/09/2015 Application compilation Screening Recn Date: Data meta l-applikazzjoni għal screening kienet kompluta u ġiet aċċettata mill-Awtorità. Application compilation: Screening konkluż u qed nistennew pagament jew informazzjoni mill-Perit qabel tkun tista tiġi validata l-applikazzjoni.
Leg 12 PQ #20470 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – policy għal bini ta’ serer u ġwiebi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex xi policy speċifika għal dak li jolqot il-bini ta' serer u ġwiebi? X'tip ta' kollaborazzjoni hemm bejn il-MEPA u l-Ministeru responsabbli mill-Agrikultura, għal dak li jirrigwarda dan is suġġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għanda policies kemm għall-bini ta' serer kif ukoll għal bini ta’ ġwiebi. Dawn il-policies jinstabu f’dokument wieħed, cioe, ir- Rural Policy and Design Guidance, 2014 li ġie fis-sehh fit 22 ta’ Awwissu 2014, u jġibu in-numru 2.6 u 2.7 rispettivament. Dawn l-istess policies jesigu li waqt il-process ta’ applikazzjoni ghal dan it tip ta’żvilupp, fost l-ohrajn, isiru konsultazzjonijiet ma’ l- Agricultural Advisory Committee (AAC), kif ukoll ma’ l-Awtorita responsabbli mill Ambjent u r-Riżorsi. Id-Dipartiment tal- Agrikultura jigi kkonsultat dwar kull applikazzjoni li tirrigwardja żvilupp relatat ma’ l-agrikultura qabel l-AAC jaghti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Leg 12 PQ #21030 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – proġett tas-sistema tad-dawl mal-faċċata

Question

Fir-rigward tal-ħsara li jidher li ġarrbet il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja mill-istallar tas-sistema tad-dawl il-ġdida, jista’ l-Prim Ministru: (a) jagħti spjegazzjoni fuq liema kredenzjali għal xogħol fuq bini ta’ din ix-xorta intgħażel il-kuntrattur? Ħarġet tender ? Kienet direct order ? Min kienu l-esperti fuq il-Bord li ddeċieda min jaħdem fuq dan l-edifiċju storiku?; (b) jagħti spjegazzjoni ta’ kif u minn min saru l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?; (c) jagħti l-ispjegazzjoni li ngħata minn min kien responsabbli u x’kienu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permess? Intalbet bank guarantee għal li jista’ jkun il-kuntrattur ma jimxix mal-kundizzjonijiet? Il-kuntrattur mexa mal-kundizzjonijiet tiegħu? Jekk le, x’passi ttieħdu fil-konfront tiegħu?; (d) jista’ jgħid xi ħsara saret fil-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja u jekk hux se tiġi msewwija; (e) jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa r-restawr tal-ħsara li saret?; (f) jista’ jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għar-restawr li hemm bżonn isir mill-ġdid sabiex il-ħsara li saret tittranġa?; u (g) jista’ jgħid min se jħallas għal dan ir-restawr?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #21036 Sitting 328 2015-11-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Encroachment Permits

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il encroachment permit ingħata bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u t-3 ta’ Mejju 2015, xahar b’xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #20724 Sitting 327 2015-11-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni impjegati full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time, liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #20935 Sitting 327 2015-11-18 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – sistema tad-dawl mal-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kien il-Project Manager mill-OPM inkarigat mix-xogħol tas-sistema tad-dawl li ġiet stallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja? X’kien l-involviment tas-Sur Mario Cutajar, il-Principal-Permanent Secretary (PPS), f’dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ewwel parti tal-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, s-sistema tad-dawl ħarġet b’tender u s-Segretarju Permanenti Prinċipali ma kellu x’jaqsam xejn fil-proċess tal-imsemmi tender.
Leg 12 PQ #19862 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17739, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-mistoqsija oriġinali sal-lum u jelenka f’liema entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-twegiba għal mistoqsija parlamentari 17739.