Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' snatch and grab għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u d-29 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' każijiet ta' 'snatch and grab' irrapurtati lill-Pulizija kien ta' 65.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' qbid ta' droga għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998? Jista' l-Ministru jagħti x'ammonti u x'tip ta' droga nqabdu f'dan l-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' każi ta' qbid ta' droga f'Settembru u f'Ottubru, 1998, kien ta' 35.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirrferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 155 f'Seduta Numru 5.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom il-courses għal surġenti wara li saru l-interviews f'Marzu, 1998? Hemm il-ħsieb li dan il-kors jibda?
Response (BORG, TONIO)
Sa' l-elezzjoni li għaddiet, il-korsijiet għal surġenti kienu għadhom ma bdewx minħabba li l-Korp kien impenjat fuq ħafna xogħol relatat ma' l-elezzjoni. Il-Gvern il-ġdid qed jivvaluta l-ħtiġijiet tal-Korp tal-Pulizija u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali, qabel ma jiġi deċiż meta jibdew il-korsijiet.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ngħatax permess għall-reserved parking meta dan għandu wkoll il-karta s-safra?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
03.11.98
Pulizija — Qormi - Arei fejn isir l-abbuż tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex l-areas magħrufa minn kulħadd f'Ħal Qormi fejn isir il-pushing tad-droga, jiġu meħlusa minn dan l-abbuż?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li membri ta' l-Iskwadra kontra d-Drogi kontinwament jagħmlu 'raids' għall-għarrieda f'dawk il-lokalitajiet li huma magħrufa li huma frekwentati minn persuni għal skop ta' abbuż u traffikar ta' droga.
Wieħed minn dawn il-lokalitajiet huwa Ħal Qormi fejn fil-fatt, saru diversi arresti ta' persuni wara li nstabu sustanzi abbużivi fuqhom.
Barra r-'raids' il-Pulizija tagħmel xogħol ieħor konness mal-ġlieda kontra l-abbuż u t-traffikar ta' drogi, li għal raġunijiet ta' sigurta' mhux il-każ li wieħed jippubblika f'hiex jikkonsisti.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li saret sabiex is-segretarjat tal-ministru u s-segretarju parlamentari u l-Ministeru ta' l-Intern iġorru għal Casa Leone?
Response (BORG, TONIO)
L-ispiża sabiex il-Ministeru ta' l-Intern, is-Segretarjat tal-Ministru, s-Segretarjat Parlamentari u s-Segretarju Permanenti jġorru mill-'House of the Four Winds' għal 'Casa Leoni', St. Venera kienet tammonta għall-Lm460.
Din l-operazzjoni kellha ssir minħabba li l-post fil-'Four Winds' kien żgħir wisq biex jakkomoda l-Ministeru, is-Segretarjat Parlamentari u s-Segretarjat Permanenti.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew qed jiskuntaw sentenza fis-CCF u kienu/jew qed jieħdu kura kontra l-vizzju tad-droga matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Fl-1995 inħatar Bord apposta biex jevalwa l-każijiet ta' priġunieri bi problema tad-droga bl-iskop li dawn jibdew isegwu programmi ta' kura kontra dan il-vizzju.
Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri li bbenefikaw minn dawn il-programmi kien kif ġej : -
Sena Numru ta' priġunieri
---- --------------------
1995 7
1996 11
1997 40
1998 (sas-27 ta' Ottubru) 43
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin (Il-Ħabs)? Kemm minn dawn huma taħt il-35 sena u kemm minnhom huma nisa? Kemm minn dawn il-priġunieri qed jiskontaw piena ta' aktar minn ħames snin iżda mhux aktar minn tmien snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' persuni jiskontaw sentenza kien ta' 171, u dawn kienu miżmuma/mqassma kif ġej : -
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin 151
L-Imtaħleb (SATU) 8
L-Isptar San Luqa għall-kura 1
Bil-'Prison Leave' (Caritas) 7
Bil-'Prison Leave' (Sedqa) 4
In-numru ta' persuni taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza kien ta' 96, li minnhom, 6 kienu nisa. Minn dawn is-96 kien hemm 10 li qed jiskontaw sentenza ta' bejn 5 u 8 snin.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet ir-reviżjoni ta' l-istructure plan?
Meta bdiet din ir-reviżjoni?
Meta hu maħsub li jitlesta u jitressaq quddiem il-Parlament?
Kemm dam biex tlesta l-istructure plan oriġinali?
Response (BORG, TONIO)
Jien nfurmat li :
1. Il-proċess formali għar-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura beda f'Novembru 1997 bl-approvazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tad-dokument 'Structure Plan Review Project Management Plan'.
2. Il-ħsieb ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar sa llum huwa li d-'Draft Replacement Plan' joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika lejn l-aħħar tas-sena 2000 u jiġi ppreżentat lill-Parlament għal nofs is-sena ta' wara.
3. Ix-xogħol fuq l-ewwel Pjan ta' Struttura beda fl-1988 bl-approvazzjoni tat-'Terms of Reference' għal dan il-proġett. Il-pjan ġie approvat mill-Parlament f'Lulju tal-1992.
02.11.98
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi sabiex jiġi maħtur Spettur tal-Pulizija għal Ħaż-Żebbuġ u għas-Siġġiewi? Jista' jara li jiġi maħtur district superintendent għad-distrett li jikkonsisti f'Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi ilhom għal din l-aħħar sena jkunu koperti mill-ispettur stazzjonat Ħal Qormi, filwaqt li d-Distrett li jinkludi Ħal Qormi, Ħaż Żebbuġ u s-Siġġiewi ilu mill-bidu ta' Lulju li għadda jiġi kopert mis-Supretendent stazzjonat il-Belt. Il-postijiet vakanti jkunu mimlija meta jippermettu ċ-ċirkostanzi.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups, snatch and grap, u/jew serq bi vjolenza mill-1 ta' Settembru, 1998 sal-lum? X'kien il-valur irrapportat tas-serqiet individwalment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru 1998, u l-25 ta' Ottubru 1998, ġew irrapurtati lill-Pulizija 10 'hold-ups' li minnhom wieħed irriżulta li kien rapport falz, biex b'hekk iċ-ċifra reali hi ta' disa (9) każijiet.
L-ammonti/oġġetti nvoluti kienu Lm4000, Lm212, Lm650, Lm3200, 'rifle', Lm20, Lm120 u apparat eletroniku b'valur ta' Lm350, Lm120 u b'valur ta' Lm15 tabakk u Lm600.
Kien hemm rapport ieħor ta' tentattiv ta' 'hold-up' li fih ma nsteraq xejn.
Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew rappurtati lill-Pulizija 63 każ ta' 'snatch and grab'.
Ma nħossx li għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-valur ta' dawn il-każijiet fuq bażi ndividwali għax dan jista' jkun ta' dannu għal vittmi ta' dawn ir-reati. Jekk l-Onor. Interpellant jinsisti, jien lest li ngħaddilhu l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru road blocks mill-Pulizija u/jew il-Forzi Armati ta' Malta mill-1 ta' Settembru, 1998 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u s-26 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' 'roadblocks' li għamlu l-Pulizija kien ta' 387. Għal dak li għandu x'jaqsam mall-Forzi Armati ta' Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
02.11.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm priġunieri sentenzjati fil-Ħabs ta' Kordin u kemm minnhom ibbenefikaw b'xi mod mill-amnestija u maħfra presidenzjali li ngħatat fl-okkażjoni tal-bidla fil-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru 1998 in-numru ta' priġunieri sentenzjati kien ta' 171.
Dwar it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onorevoli Membru li jekk għal bidla fil-Gvern qed jirreferi għal dik li seħħet fl-1998 ma ngħatat l-ebda maħfra presidenzjali lill-priġunieri.
Jekk, kif donnu jidher li hu l-każ, l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-bidla fil-Gvern li seħħet fl-1996, ninfurmah li kienet ngħatat maħfra mill-Gvern Laburista fil-12 ta' Diċembru, 1996, li bbenifikaw minnha 80 priġunier, fosthom persuni li serqu u qatlu mara anzjana.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irrapportati minn knejjes u/jew istituzzjonijiet reliġjużi mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Liema kienu l-knejjes misruqa? X'insteraq minn kull knisja? Kemm inqabdu persuni konnessi ma' dawn ir-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irrapportati lill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm minn dawn ġew solvuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ġew irrapurtati lill-Pulizija 1289 serqa.
Ninsab infurmat ukoll li l-istatistika dwar in-numru ta' każi solvuti għadha qed tinġabar u tweġiba għal din il-parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-dups mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm kien l-ammont ta' flus jew oġġetti oħra misruqa waqt kull hold-up? Kemm minnhom ġew solvuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-24 ta' Ottubru, 1998, ġew irrapurtati lill-Pulizija 10 'hold-ups' li minnhom wieħed irriżulta li kien rapport falz, biex b'hekk iċ-ċifra reali hi ta disa (9). Minn dawn tnejn ġew solvuti.
L-ammonti/oġġetti nvoluti kienu Lm4000, Lm212, Lm650, Lm3200, 'rifle', Lm20, Lm120 u apparat eletroniku b'valur ta' Lm350, Lm120 u b'valur ta' Lm15 tabakk u Lm600.
Kien hemm rapport ieħor, mhux solvut, ta' tentattiv ta' 'hold-up' u li fih ma nsteraq xejn.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' snatch and grab irrapportati lill-pulizija mill-5 ta' Settembru 1998, 'il hawn? Kemm ġew solvuti? Fejn saru dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-25 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' rapporti lill-Pulizija ta' 'snatch and grab' kien ta' 61.
Ninsab infurmat ukoll illi l-istatistika dwar in-numru ta' każi li ġew solvuti għada qed tinġabar u tweġiba għal din il-parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Il-lokalitajiet li fihom ġew irrapurtati li saru dawn ir-reati kienu : -
Rabat St. Paul's Bay Buġibba
B'Kara Sliema Mdina
Qawra M'Xlokk Paola
Ta' Qali Ħamrun San Ġwann
Valletta Swieqi Vittoriosa
M'Scala Ta' Xbiex Mellieħa
Mosta St. Julian Cospicua
Tarxien Senglea
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm se jitressqu persuni l-Qorti fuq dawn ir-reati solvuti? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' x'tip ta' reati kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-25 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' reati rrapurtati lill-Pulizija kien ta' 2283.
Ninsab infurmat ukoll illi l-istatistika dwar in-numru ta' persuni li ser jittellgħu l-Qorti dwar ir-reati solvuti għada qed tinġabar u tweġiba għal din il-parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi x'tip ta' reati kienu.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittma ta' reat mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'kienu l-etajiet ta' dawn l-anzjani? X'tip ta' reati kienu? Kemm-il każ ġie solvut?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat ukoll li l-istatistika dwar in-numru ta' każi solvuti għadha qed tinġabar u tweġiba għal din il-parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.
02.11.98