Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Swieqi — tibdil fir-rotot tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jinbidlu xi rotot tal-Arriva li jgħaddu mis-Swieqi (inkluż l-Ibraġġ u l-Madliena)? Jekk iva, liema huma?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3055.

Kappara junction — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xoghol fuq il-junction tal-Kappara? It-tenders relatati ma’ dan ix-xogħol meta se joħorġu? Meta hu ipprogrammat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern preċedenti fis-sena 2010 kien qal li għandu pjan li titneħħa r-roundabout u minflokha jinbnew toroq f’livelli differenti biex il-volum tat-traffiku jiġi mmaniġjat aħjar.Fl-istess sena ntqal ukoll li Transport Malta kienet qegħda tipprepara l-Project Description Statement tal-over-pass li se tinbena fuq ir-roundabout tal-Kappara. Il-Gvern preżenti mill-ewwel jiem tiegħu beda jaħdem fuq it-twettieq ta’ dan il-proġett, tant li diġa’ iddaħħlu pjanti ġodda l-MEPA li jnaqqsu l-inkonvenjent . Fil-preżent qed ikun ippjanat li x-xogħol fuq il-junction tal-Kappara jinbeda għall-ħabta ta' nofs is-sena d-dieħla iżda dan jiddependi wkoll fuq l-andament tal-aġġudikazzjoni tat-tender tax-xogħlijiet. L-istess tender huwa ppjanat li joħroġ fl-aħħar kwart ta’ din is-sena. Ix-xogħol tal-kostruzzjoni mistenni jispiċċa għall-ħabta tal-aħħar tas-sena 2015.

Kappara junction — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi ffinanzjat ix-xogħol tal-junction tal-Kappara, jekk hux b' fondi pubbliċi jew b' fondi mill-Unjoni Ewropea? Jekk b' fondi mill-Unjoni Ewropea, meta saret l-applikazjoni għal dawn il-fondi u meta din l-applikazjoni ġiet approvata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hu ippjanat li l-proġett tal Kappara Junction għandu jiġi ko-finanzjat mill-UE sa 85% tal-ispiża eliġibli u l-bqija tal-ispiża tiġi minn fondi tal-Gvern Malti. Bħalissa d-dettalji qegħdin jiġu finalizzati. L-applikazzjoni tiġi konkluża u sottomessa għall-approvazzjoni għal fondi meta l-istudji neċessarji jitlestew.

Tibdil fir-rotot tal-Arriva

Question

Peress li fit-2 ta’ April il-Ministru kien ġie kkwotat mill-media li f’xahrejn minn dakinhar kellhom isiru sensiela ta’ bidliet fir-rotot tat-trasport pubbliku, jista’ l-Ministru jelenka l-lista ta’ rotot li tbiddlu, u jgħid x’kienu l-bidliet u meta saru?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tibdil hekk kif kien ġie mħabbar sejjer jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2013 wara qbil bejn il-partijiet konċernati. It-tibdiliet li ser isiru huma hekk kif ġej: 1. Estensjoni tar-rotta bin-numru 13 ġewwa Pembroke fi Triq il-Professur Ganado; 2. Modifika fir-rotta 21 sabiex tibda tgħaddi minn Rue D’Argens minflok Triq Testaferrata f’triqitha lejn Tas-Sliema; 3. Estensjoni tar-rotta 82 biex tinkludi r-roundabout tal-Freeport; 4. Estensjoni tar-rotta 124 sabiex tinkludi l-lokalita’ tal-Isla. Infurmat ukoll illi r-rotta ġdida bin-numru 237 illi isservi lill-Paradise Bay, l-Għadira u Anchor Bay diġa ġiet introdotta u qiegħda topera. Dawn ma ġewx introdotti f’Mejju minħabba li kien hemm theddida industrijali min-naħa tax-xufiera kontra l-operatur fuq ir-rosters tax-shift biex jiġu introdotti dawn ir-rotot. Il-gvern intervjena u daħal bħala medjatur u ġiet estiża għal erba’ ġimgħat.

L-Imsida – rotot tal-Arriva li se jispiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jispiċċaw xi rotot tal-Arriva li jgħaddu mill-Imsida? Jekk iva, liema huma?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3055.

L-Imsida – introduzzjoni ta’ rotot ġodda tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu introdotti rotot ġodda tal-Arriva li jgħaddu mill-Imsida? Jekk iva, liema huma?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3055.

San Ġwann – tibdil fir-rotot tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jinbidlu xi rotot tal-Arriva li jgħaddu minn San Ġwann (inkluż il-Kappara)? Jekk iva, liema huma?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3055.

San Ġwann — rotot tal-Arriva li se jispiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jispiċċaw xi rotot tal-Arriva li jgħaddu minn San Ġwann (inkluż il-Kappara)? Jekk iva, liema huma?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3055.

San Ġwann — introduzzjoni ta’ rotot ġodda tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu introdotti rotot ġodda tal-Arriva li jgħaddu minn San Ġwann (inkluż il-Kappara)? Jekk iva, liema huma?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3055.

Ta’ Xbiex — tibdil fir-rotot tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jinbidlu xi rotot tal-Arriva li jgħaddu minn Ta’ Xbiex? Jekk iva, liema huma?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3055.

Is-Siġġiewi (Salib tal-Għolja) — restawr tal-kappella

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1255 u 1688, jista’ l-Ministru jindika l-persuna konċernata fi ħdan il-Ministeru tiegħu li lilha għandha ssir it-talba formali għar-restawr tal-Knisja tal-Għolja fis-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi t-talba lill-Ministru responsabbli mill-Kultura.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet m’għandom l-ebda kuntratt mal-kumpaniji li d-dettalji tagħhom jidhru separatament.

Ministeru għat-Trasport — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħatat l-ebda konsulenza lill-Ministeru jew lill-entitajiet fid-dekasteru tiegħi mill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament mis-sena 1999 sal-lum.

Ministeru għat-Trasport u Infrastruttra — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi? Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-‘breakdown’ tal-infieq li sar għar-rinovar, stationery u computers fil-Ministeru tiegħi minn Marzu 2013 ‘l hawn hu kif ġej: Stationery/Toners €7330.11 Office Furniture €1159.80 Computers € 719.00 Computer Installations € 858.30 MITA Annual Rent € 273.19 Printers €1465.70 Peress li l-ispiża ta’ kull item mixtri/maħdum kienet waħda minima, dan sar b’sistema ta’ direct order bid-differenza għall-kompjuters u printers li nxtraw b’sistema ta’ quotations.

Il-Belt Valletta – mina fis-sur faċċata ta’ St Michael’s Counterguard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-Gvern għadux kommess li jagħmel il-proġett li bih juża l-mina li tinsab fis-sur faċċata ta' St Michael's Counterguard fil-Belt Valletta biex din isservi ta’ passaġġ għan-nies? Għadu bil-ħsieb li dan il-passaġġ jiġi restawrat u jiġi stallat people mover fil-forma ta' escalator ħalli jiffaċilita l-passaġġ tan-nies mill-foss għal ġewwa l-Belt Valletta? Jekk iva, meta hu maħsub li jibda x-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

L-intenzjoni ta’ Gvern ġdid hi li jkompli bil-proġett li permezz tiegħu juża l-mina li tinsab fis-sur faċċata ta' St Michael's Counterguard fil-Belt Valletta biex din isservi ta’ passaġġ għan-nies. Għad hemm il-ħsieb ukoll li jiġi stallat people mover fil-forma ta' escalator ħalli jiffaċilita l-passaġġ tan-nies mill-foss għal ġewwa l-Belt Valletta. Il-proġett ikun jista' jinbeda meta l-permessi mehtiega jinħarġu, u l-fondi necessarji (stmati madwar Eur1.4 miljun Ewro) jiġu allokati. Minħabba li sa issa ma jidhirx li kien hemm allokazzjoni specifika ta' fondi għal dan il-progett, qed tiġi mistħarrġa l-possibilta' li jiġu allokati fondi strutturali mill-UE taħt il-programm ta' finanzjarjament 2014-2020.

Bormla – Dock 1 — proġett tal-embellishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min se jagħmel ix-xogħol ta' pavimentar fil-proġett tal-embellishment ta' Dock 1, Bormla, jekk hux il-ħaddiema tal-Gvern jew il-kuntrattur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bażi tal-konkos ta’ taħt il-pavimentar qed issir mill-ħaddiema tal-gvern filwaqt li l-pavimentar ser isir mill-ħaddiema tal-kuntrattur. Qed isir ukoll xogħol ta’ pavimentar bil-konkos mill-ħaddiema tal-gvern.

Inħawi tal-Malta Ship Building – manutenzjoni tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux veru illi diverson route li se tgħaddi mill-akwati tal-Malta Shipbuilding se jingħatalha wiċċ biż-żrar u qatran, metodu ta' resurfacing ta' toroq li ilu ma jintuża għal dawn l-aħħar 25 sena? X’inhi r-raġuni li dan ir-resurfacing, jekk mhux se jsir bil-hot rolled asphalt, mhux se jsir bil-cold asphalt? Kemm ġejja tiswa din id-diversion route jekk il-wiċċ se jingħatalha biż-żrar u qatran? Sar cost benefit analysis ta' liema metodu ta' resurfacing l-aħjar jintuża biex se jsir dan ix-xogħol? X'effett fuq is-saħħa ta' dawk kollha li se jkunu qed jużaw din id-diversion route se jkollhom it-trabijiet li jiġu ġġenerati bil-modija ta' karozzi fuq dan it-tip ta' wiċċ?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li r-rotta diversiva sekondarja u rotta ta’ kontinġenza, li għalija qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, ingħatat wiċċ temporanju biż-żrar u l-qatran, liema wiċċ ingħata skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodu stabbilit għal dan it-tip ta’ metodu ta’ kostruzzjoni. Dan huwa wiċċ temporanju li jkopri madwar tnejn u għoxrin fil-mija (22%) tar-rotta. Id-diversjoni temporanja għat-traffiku saret kif l-aħjar u prattiku fiċ- ċirkustanzi biex ix-xogħol jitlesta fl-iqsar żmien possibli minħabba in-natura tar-rotta biex jitaffa it-traffiku f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u tonqos il-konġestjoni. Ix- xogħol sar bir-riżorsi tad-diviżjoni u għalhekk l-ispejjeż kienu l-inqas possibbli. Cost benefit analysis ma jintużax f’ ċirkustanzi u xogħlijiet daqshekk żgħar u limitati. L-effett ta’ rotta bħal din huma dawk normali f’siti temporanji u ta’ kostruzzjoni bħalma hemm fis-sit bil-mogħdija ta’ inġenji li hemm illum.

Periti – Warranting Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Warranting Board tal-Periti ġewx ikkonfermati jew jekk ġewx maħtura membri ġodda? Min huma dawn il-membri u min hu ċ-chairman ta' dan il-bord? Min meta se jerġa’ jibda jiffunzjona dan il-bord?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Warrant tal-Periti se jinħatar uffiċjalment fil-jiem li ġejjin.

Periti – Warranting Board — ħatra tas-segretarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hi/hu is-segretarju/a tal-Warranting Board tal-Periti u minn liema data kellha effet din il-ħatra?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2946.