Dipartiment tal-Artijiet – tenders għall-ġonna u parks
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Artijiet, dwar talbiet biex ikun hemm ħruġ ta' tenders biex jiġu kkummerċjalizzati faċilitajiet f'ġonna u parks, madwar Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 20530, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet għandu talba waħda pendenti quddiemu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet compliance certificates mill-2007 sal-lum kull sena separatament? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn kienu għal bini residenzjali u kemm għall-bini ieħor?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Gejt nfurmat mill l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), li l-Awtorità ħarġet erba’ u sittin elf ħames mija u ħamsa u sittin (64,565) compliance certificates mill-2007 sal-lum. Annessa hawn tabella ta’dawn maqsuma sena b’sena.
L-Awtorità ma żżomx informazzjoni dwar it-tip ta’ żvilupp fis-sistema tal-informatika tal-compliance certificates.
Sena
Ammont
2007
7,169
2008
7,796
2009
8,055
2010
7,784
2011
6,438
2012
6,314
2013
6,703
2014
6,948
2015
7,358
Total
64,565
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21062 u 20863 u jikkonferma li d-dħul kollu li se jkun hemm mill-irkant tal-vetturi kollha li se jintużaw mill-mexxejja fil-Valletta Summit u CHOGM se jmur kollu kemm hu, u mhux parti, għall-karità?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) minn Marzu 2013 u li kellhom xi ħadd jiġi minnhom diġà jaħdem fl-istess awtorità? Jista’ jgħid min huma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20763 u 20410 u jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
Jista’ l-Prim Ministru jara li mill-aktar fis titneħħa l-istruttura hekk imsejħa “monument” li tinsab fir-roundabout ta’ Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa peress li:
(a) din l-istruttura ġiet imposta minn Gvern preċedenti mingħajr konsultazzjoni la mal-kunsill lokali wisq anqas mar-residenti Luqin;
(b) din l-istruttura ma għandha l-ebda rabta mal-istorja jew mar-residenti Luqin;
(c) din l-istruttura kemm-il darba kienet suġġett għal żeblieħ fil-konfront tar-residenti ta’ Ħal Luqa;
(d) din l-istruttura qiegħda hemm kontra l-liġi għaliex m’għandhiex permess maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar (MEPA); u
(e) hemm
enforcement
maħruġa fis-sena 2006 mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq din l-istess struttura sabiex titneħħa iżda sal-lum għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’vantaġġi se jkun hemm, kemm għall-ippjanar kif ukoll għall-ambjent bis-separazzjoni tal-oqsma tal-ippjanar u l-ambjent? X’saħħa se tiżdied lid-Direttorat tal-Ambjent, ladarba din issir Awtorità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Is-separazzjoni tal-oqsma tal-ippjanar u l-ambjent se ġġib is-segwenti vantaġġi għall-qasam tal-ippjanar:
1. Separazzjoni tal-poter bejn l-organu li se jvara l-policies (u allura l-Kunsill EŻekuttiv) u l-organu li jiddeċiedi l-permessi (il-Planning Board u l-Planning Commissions). Dan għandu jservi għal aktar trasparenza u delinjament ta’ responsabiltajiet kif titlob amministrazzjoni pubblika serja;
2. Fit-tfassil tal-policies, il-kunsill e¿ekuttiv se jkun jista’ jlaqqa’ rapprezentanti ta’ entitajiet u aġenziji oħrajn tal-gvern. Dan għandu jwassal għal aktar streamlining, anqas kunflitti fi ħdan l-entitajiet governattivi u policies li jitfasslu aktar malajr;
3. Fit-tfassil tal-Pjani Lokali, issa it-tibdiliet kollha iridu jkunu disponibbli lill-pubbliku. Se jkun evitat li jsir tibdil fl-aħħar faŻi ta’ tibdil mingħajr ma l-pubbliku jiġi kkonsultat bħalma ġara fl- 2006;
4. Għall-ewwel darba, il-liġi qed tindika x’ jiġri f’ kaz ta’ kunflitt bejn id-diversi policies. L- istrateġija Spazjali dwar l-Ambjent u l-iŻvilupp se tirbaħ fuq il-policies sussidjarji. Dan għandu jwassal għal aktar trasparenza u ċertezza legali.
5. Se jingħata dritt ta’ appell issa anke f’ kaz ta’ planning control applications li jolqtu bdil fil-linji tat-toroq. Dan sal-llum ma kienx possibli. Dan se jfisser aktar drittijiet liċ-ċittadini;
6. Il-Bord tal- Ippjanar li se jiddeċiedi l-applikazzjonijiet ta’ Żvilupp se jinkludi għall-ewwel darba membru li jirrappreŻenta l-NGOs Ambjentali, membru li jirrapreŻenta l- Awtorita’ l-Ġdida ta’ l- Ambjent u f’ kaz ta’ proġetti kbar, membru tal-Kunsill Lokali, skond il-lokalita;
7. Se jitwaqqaf għall-ewwel darba kumitat tal- Konsulenza dwar id- Disinn sabiex fil-kaz ta’ proġetti fil-UCAs u proġetti kbar, jagħti pariri dwar estetika. Il-kumitat konsultattiv li twaqqaf bil-policy tal-ODZ issa se jitwaqqaf bil-liġi wkoll;
8. Issa se jkun possibli li persuna li jallega li permess ikun inħareg b’ mod frawdolenti jew sottomissjonijiet Żbaljati, jitlob lill-Bord tal-ippjanar jirrevoka l-permess. F’ kull sitwazzjoni, it-talba trid tinstemgħa fil- pubbliku fil–presenza tal-partijiet u mhux se tibqa’ aktar diskrezzjonali jekk it-talba tinstemgħax jew le bħalma jiġri illum;
9. Se tiġi ntrodotta liġi adhoc li twaqqaf Tribunal indipendenti li jisma’ appelli minn deċi¿jonijiet kemm ta’ ambjent u kif ukoll l- ippjanar. Għall- ewwel darba, permess ta’ Żvilupp jista’ jiġi appellat minn Awtorita ambjentali u minn kull entita jew aġenzija li tiġi konsultata.
10. It-Tibunal se jkollu terminu ċar li fih irid jinqata’ l-appell.
Dwar il-vantaġġi għall-qasam tal-ambjent ikun aħjar li tintalab din l-informazzjoni minngħand l-MSDEC.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuwa t-tibdil saljenti tal-inizjattiva Development Control 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-dokument Development Control Design Policy, Guidance and Standards mhuwiex dokument li sempliċiment ser jieħu post id-dokument preċedenti, DC 07, izda huwa ġabra ta' policies , linji gwidi u standards li jindirizzaw il-pajsaġġ urban. Dan id-dokument jinkludi wkoll revizjoni ta' dokumenti Development Control within UCAs (1995), Shopfronts (1994) u, Traffic Generation, Access and Parking (Circular 3/93). Forsi l-aktar punt kardinali fuqiex huwa ibbaŻat id-dokument kollu huwa l -importanza tal-kuntest. Dan sabiex l-identita tad diversi bliet u rhula Maltin u Għawdxin jibqghu jigu mharsa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm il-MEPA daħlet introjtu mill-miżati li roħsu u jekk dan kienx ikbar jew inqas mis-snin ta’ qabel? Fl-2014, kemm kellha applikazzjonijiet il-MEPA sad-data meta tkun mwieġba din il-mistoqsja, xahar b’xahar u kif jikkumparaw mal-2012?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill l-MEPA li dahlet dawn l-ammonti murija hawn taħt bħala Development Permit Fee :
2012 €5,403,593
2013 €5,937,002
2014 €5,998,620
Hawn taħt hawn tabella li tagħti l-ammont ta’ applikazzjonijiet li ġew validati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar:
Xahar / Sena
2012
2013
2014
2015
Jannar
242
412
341
366
Frar
281
282
294
379
Marzu
300
279
398
401
April
268
250
394
398
Mejju
266
379
294
451
Ġunju
300
313
371
445
Lulju
278
346
389
419
Awwissu
258
293
255
371
Settembru
213
313
334
374
Ottubru
320
321
376
485
Novembru
277
317
243
532
* Sal-20/11
Diċembru
165
176
233
Total
3168
3681
3922
4621
Total sa Ottubru
2726
3188
3446
4089
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fil-futur il-MEPA għandhiex xi inizjattiva oħra relatata mal-miżati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19142, l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m’għandhiex pjanijiet immedjati sabiex tirrevedi il-miżati ta’ żvilupp.
Ta’ min wieħed jiftakar li it-tariffi għall-applikazzjonijiet għal i¿vilupp kienu mraħħsa konsiderevolment f’ April 2013, permess tal-avviż legali numru 126 tal-2013 - Regolamenti tal-2013 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Ħlasijiet tal-Ippjanar tal-Iżvilupp, fejn ċertu żviluppi saħansitra raħsu b’aktar minn ħamsin fil-mija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn meta bdiet is-sistema ta’ DNO, kemm-il applikazzjoni daħlet bħala DNO u jista’ jgħid jekk hemmx xi inizjattivi oħra rigward DNO, li l-MEPA qed taħdem fuqha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall mistoqsija parlamentari numru 19143, get mgħarraf mill l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li irċeviet tlieta u għoxrin elf u wieħed u disgħin applikazzjoni (23,091) għal-DNO min meta twaffqet is-sistema tad-DNO.
Bħalissa l MEPA qed taħdem fuq ir revisjoni tal -ligi primarja, l-Att 10 tal 2010 minhabba l qasma tal Awtorita f' żewg entitajiet. Għalhekk l-Avviz Legali li jirririgwardja d-DNO ser tiġi reveduta ukoll.
Policy li tirregola l-imwejjed u s-siġġijiet fuq proprjetàajiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispjega f’liema stadju waslet il-policy ġdida li tirregola l-imwejjed u s-siġġijiet fuq proprjetajiet tal-Gvern użati minn ħwienet tal-ikel u x’inhuma l-punti saljenti ta’ din il-policy ġdida?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Iż-żmien tal-fażi ta' konsultazzjoni pubblika skada fis-6 ta' Novembru, u bħalissa għaddej il-proċess
sabiex tigi emendata il-
policy
fuq bazi tal-kummenti u suggerimenti tal-pubbliku.
Il-punti saljenti tal-policy il-ġdida huma:
1) Principji ġenerali tad-disinn
2) Aċċess għall-pubbliku
3) Sigurta' għall-klijenti u għall- pubbliku
4) Standards ta' kwalita'
5) l-Immaniġġjar tal-art pubblika
6) Disinn ta strutturi li jagħtu id-dell
7) Disinn ta' apparat relatat
Kopja sħiħa tal-policy hija ppubblikata fil-website tal-MEPA taħt il-vuċi Public Consultation.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' approval by default, matul din is-sena? F'liema dipartimenti kien hemm dawn id-defaults, u kemm f’kull Ministeru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-enfasi fuq id-direttiva numru 8 hija fuq deċizjonijiet fil-ħin u fuq il-ħtieġa li kull uffiċċjal pubbliku jagħraf il-klijenti tieghu. Il-ħidma fuq din id-direttiva hija iktar biex narawha titwettaq milli biex narawha tfalli. Fil-fatt id-direttiva halliet il-frott mixtieq sa issa.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma, il-ħaddiema li ġew impjegati mas-servizz pubbliku, skont il-kategoriji tax-xogħol, kategorija b’kategorija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17261, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għal kull triq rurali li sar ix-xogħol fiha, saritx applikazjoni lill-MEPA qabel ma beda x-xogħol? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' applikazzjoni saret u x'inhu n-numru tal-permess għal kull triq? Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA għal kull triq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17261, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika kull triq rurali jew parti minn triq rurali li sar ix-xogħol fiha u min hu l-propjetarju tagħha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Peress li x-xogħol fuq dawn it-toroq rurali sar minn Transport Malta, nitlob lill-Onorevoli Membru jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21035, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kull waħda miż-żewġ applikazzjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar ġodda f’Għawdex, x’kien ir-riżultat tal-proċess tal-iscreening u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21198, gejt nfurmat mill-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li fil-każ tal-kamra tan-nar tal-Munxar minhabba li s-sit jinsab f’żona ta’Konservazzjoni, din tmur kontra l-policy tal-Fireworks factory filwaqt li fil-każ ta’ Kerċem hemm bzonn l-endorsement tal-“ Ad hoc technical committee skond l-istess fireworks policy .Meta din tigi ivvalidata , irridu jsiru surveys u studji dwar x’impatt din jista jkollha fuq siti fil-vicin li jistgħu jkunu ta’importanza ambjentali.Kopja tal-iscreening letters ma jistgħux jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra għaliex dawn m’humiex dokumenti pubbliċi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtiega ta’ skema ta’ bejgħ ta’ garaxxijiet? X’vantaġġ se jkun hemm għall-inkwilini/ċenswalisti? Sa issa kemm daħlu applikazzjonijiet ta’ xiri u kif inhuma maqsumin? Jista’ jgħid jekk l-inkwilini/ċenswalisti eżistenti, hux bilfors iridu jagħżlu li jixtru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema ta’ bejgħ ta’ garaxxijiet hija ntiża sabiex tgħin lil dawk il-familji li jridu jsiru sid tal-proprjetà li huma jikru jew li qegħda għandhom b’ċens mingħand il-Gvern. Sa issa daħħlu total ta’ 352 applikazzjoni minn familji li għandhom kirja jew ċens fuq garaxxijiet tal-Gvern f’diversi nħawi ta’ Malta u Għawdex. 173 applikazzjoni kienu minn kerrejja li jridu jixtru l-garaxx mikri lilhom filwaqt li l-ammont ta’ 179 applikazzjoni kienu minn ċenswalisti li jixtiequ jixtru d-Dirett Dominju tas-sit fuq liema huma bnew il-garaxx tagħhom. Din l-Iskema hija fuq bażi volontarja u mhux bilfors li l-inkwilini/ċenswalisti iridu jagħżlu li jixtru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara li l-gvern diġa’ ħa inizjattiva li jindirizza espropji li kien ilhom pendenti, billi ħallas dawk l-espropji kollha li kienu jammontaw sa €15,000, hemmx ippjanat xi forma ta’ inizjattiva bħal din biex jitħallsu faxxa oħra ta’ espropji pendenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-Diskors tal-Budget għas-sena 2016, il-Gvern huwa kommess li jħallas lil dawk is-sidien kollha li għandhom jieħdu kumpens fuq esproprjazzjoni ta’ art sa €50,000 (ħamsin elf) u dan dejjem suġġett għal prova ta’ titlu. Huwa stmat li permezz ta’ din il-miżura, se jiġu trattati l-każijiet ta’ madwar 200 plot.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għamel sa issa l-gvern u x’biħsiebu jagħmel fis-snin li ġejjin fir-rigward ta’ djar li ngħataw bħala plots taħt l-iskema tal-HOS u li għad m’għandhomx titolu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena tkompla l-eżerċizzju sabiex jitħallsu sidien li l-art tagħhom kienet ġiet akkwistata għall-Home Ownership Scheme. Din is-sena tħallset is-somma ta’ €1,405,084.93 biex ġew akkwistata kompletament artijiet fejn fuqhom hemm mibnija plots tal-HOS fil-lokalitajiet ta’ Għargħur, Dingli, Msida, Birkirkara, Ħal Qormi, Xagħra Għawdex, Rabat u Marsa. B’hekk l-ammont ta’ 167 familja li jgħixu f’dawn l-HOS plots ma baqgħux iktar fuq konvenju.
Dan l-e¿erċizzju ser jitkompla wkoll is-sena d-dieħla u diġa ġew identifikati numru ta’artijiet f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex fejn fuqhom hemm mibnija plots tal-HOS, li ser jiġu akkwistati kompletament mill-fondi li ġew ivvutati għal dan il-għan.