Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi jiksru r-regolamenti tal-kaċċa mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Fejn inqabdu? X'kien ir-regolament li allegatament ġie miksur? Kemm minn dawn ingħataw l-arma lura mill-pulizija qabel ma ttellgħu il-Qorti fl-istess żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u it-28 ta' Ottubru, 1998, kien hemm tnax -il persuna li kisru r-regolamenti tal-kaċċa. Il-postijiet fejn inqabdu kienu kif ġej :
Numru ta' Persuni Post
----------------- ----
4 Xorb l-Għaġin, Delimara
1 Girgenti, Siġġiewi
3 Ġonna tal-Buskett
1 Fuq il-baħar viċin Wied
il-Għajn
2 Fuq il-baħar viċin ir-Ramla,
Żejtun
1 Fuq il-baħar viċin Delimara
Ir-regolamenti miksura kienu kif jidher hawn taħt :
(1) 4 persuni kisru r-regolament 9 (2) (a), ta' l-A.L. 146/1993 kif emendata bir-regolament 3 (1) (f) ta' l-A.L. 23/97 u r-regolament 9 (2), (b), (c), (e) ta' l-A.L. 146/1993.
(2) 2 persuni kisru r-regolament 9 (3) ta' l-A.L. 146/1993.
(3) 2 persuni kisru r-regolament 9 (3) u 9 (5) ta' l-A.L. 146/1993.
(4) Persuna kisret ir-regolament 9 (5) ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2(a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997.
(5) Persuna kisret ir-regolamenti 7 (2), 9 (5) u 10 ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997.
(6) Persuna kisret ir-regolament 21 (1) (a) ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997.
(7) Persuna kisret ir-regolament 7 (2) u 10 ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997.
Ninsab infurmat ukoll li l-ebda persuna minn dawn it-tnax ma ngħatat l-arma lura mill-pulizija qabel ma tressqu l-Qorti.
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li huma residenti l-ħabs illum? Kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom huma barranin? Kemm hemm persuni ġġustizzjati u kemm hemm fuq arrest preventiv?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel u t-tielet parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 159 fis-Seduta numru 6.
Rigward il-kumplament tat-tagħrif mitlub, ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, dan kien kif ġej : -
Nisa 12
Irġiel 256
Barranin 75
Jiskontaw sentenza 171
Jistennew sentenza definittiva 97
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni irġiel u nisa li qattgħu xi żmien il-ħabs din is-sena? Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu ssentenzjati u kemm kienu fuq arrest preventiv?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, sas-27 ta' Ottubru, in-numru ta' persuni li għamlu xi żmien fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u ħarġu, kien ta' 218.
Dan kien imqassam kif ġej : -
Maltin 140 Nisa 28 Sentenzjati 84
Barranin 78 Irġiel 190 Taħt arrest preventiv 134
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena? X'tip kienet, x'kienet il-kwantita' u t-tip ta' droga maqbuda mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni miżmuma fil-lock-ups tal-pulizija din is-sena? Għaliex ġew miżmuma? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar persuni miżmuma fil-'lock-ups' tal-Pulizija din is-sena kien kif ġej : -
'LOCK-UP' VALLETTA
------------------
01.01.98 - 28.10.98
-------------------
Rġiel 1131 (Maltin 817 Barranin 314)
Nisa 161 (Maltin 82 Barranin 79)
------
Total 1292
------
'LOCK-UP' TA' KANDJA
--------------------
01.01.98 - 31.10.98
-------------------
Rġiel 914 (Kollha ta' nazzjonalita barranija)
Nisa xejn
Dawn il-persuni ġew miżmuma in konnessjoni ma' diversi reati kriminali inklużi dawk ta' immigrazzjoni llegali.
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għases tal-pulizija li kienu magħluqa u mingħajr pulizija għal aktar minn ġurnata mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru u s-26 ta' Ottubru, 1998, l-Għases tal-Pulizija li kienu magħluqa għal aktar minn ġurnata kienu dawk ta' Għar Lapsi f'Malta u Għasri, San Lawrenz, Żebbuġ, Kerċem, Fontana, Ta' Pinu u Ramla f'Għawdex.
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma l-istaff li għandu s-segretarjat parlamenti fl-uffiċċju tiegħu?
X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?
Liema huma dawk il-persuni mpjegati b'kuntratt?
X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81/9/l.
16.11.98
Jista' l-Ministru jara li jitneħħa x-chassis tal-karozza tip Fiat li ilu abbandunat għal ħafna xhur fi Triq Durumblat (in-naħa ta' Ta' Qali) fejn il-kapppella, l/o Mosta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ingombru li għalih irrefera l-Onorevoli Interpellant tneħħa.
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998, ġew impjegati 15-il 'Assistant Planning Technician' u 4 'Data Capture Technicians' wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fl-10 ta' Settembru 1998. Bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, dawn kienu qed jiġu mħarrġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kienu mpjegati bħala 'Trainees' ma' l-istess Awtorita'.
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każi ta' qtil u attentati ta' qtil li l-pulizija ressqet u/jew qed tressaq quddiem il-qrati fil-mument?
Kemm kienu l-każijiet mressqa ta' din in-natura matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u kemm minn dawn il-każijiet ġew trattati u finalizzati fil-Qrati tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri llum fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija? Kemm hemm priġunieri mqassmin fis-seba' (7) divisions? Kemm mill-priġunieri kollha għadhom qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 236 li kollha huma mqassmin fid-diversi diviżjonijiet u 'units' fil-Faċilita'. Minbarra dan in-numru, hemm 32 priġunier ieħor li qegħdin l-Imtaħleb, l-Isptar San Luqa u Monte Carmeli jew bil-'Prison Leave' il-Caritas u s-Sedqa.
In-numru ta' priġunieri ta' nazzjonalita' barranija kien ta' 75, filwaqt li n-numru ta' priġunieri li qed jistennew sentenza definittiva kien ta' 97.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' inċidenti fatali tat-traffiku li ġraw matul l-1998, xahar b'xahar u l-lokalita' ta' kull inċident?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' inċidenti fatali tat-traffiku li ġraw matul l-1998, xahar b'xahar, u l-lokalitajiet fejn seħħew huma kif ġej : -
XAHAR LOKALITA' NUMRU
----- --------- -----
Jannar Attard 1
Frar / xejn
Marzu B'Kara 1
April Pembroke 1
Gżira 1
San Pawl il-Baħar 2
Mejju Attard 1
Ġunju Victoria 1
Lulju Għaxaq 1
Awissu Qormi 1
Tarxien 1
Settembru San Ġwann 1
Ottubru (sal-25) Pieta' 1
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers ta' kuntistabbli, surġenti u spetturi mill-10 ta' Settembru, 1998 sa l-20 ta' Ottubru, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti bejn l-10 ta' Settembru u l-20 ta' Ottubru 1998,
kien kif ġej : -
Spetturi xejn
Surġenti (rġiel) 4
Surġenti (nisa) 2
Kuntistabbli (rġiel) 31
Kuntistabbli (nisa) 6
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma seconded ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern? Jista' jingħata breakdown tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li m'hemmx membri tal-Korp tal-Pulizija li huma 'seconded' ma' Ministeri jew Dipartimenti tal-Gvern.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni maqbuda mill-pulizija mill-5 ta' Settembru 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga? Kemm minn dawn kienu każi ta' pussess u kemm ta' traffikar? Kemm se jitressqu persuni l-Qorti fuq dawn il-każijiet?
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sess u eta' ta' dawk il-persuni li nqabdu mill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal-perijodu bejn il-5, ta' Settembru u s-27, ta' Ottubru, 1998 hu kif ġej : -
Eta' Irġiel Nisa
---- ------ ----
15 - 19 18 3
20 - 24 18 2
25 - 29 13 1
30 - 34 5 1
35 - 39 3 xejn
40 - 44 1 xejn
45 - 49 1 xejn
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi mill-pulizija din is-sena għal rave parties? Fejn kienu l-postijiet illi saru? Kemm kien in-numru ta' nies illi suppost kellhom jidħlu f'dawn il-parties skond il-permess f'kull każ? Meta saru? X'ħin beda u x'ħin spiċċa kull party? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawn it-tip ta' parties?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din is-sena nħarġu 4 permessi mill-Pulizija għal 'rave parties'. Dawn kienu għal 3 fil-Westin Dragonara, fl-1 ta' Awissu u fis-7 u fl-20 ta' Settembru u wieħed f'Gianpula fl-24 ta' Ottubru. In-numru ta' nies li setgħu jidħlu għal dawn il-'parties' ġie ndikat fil-każ ta' l-aħħar tnejn u dan kien 468 u 500 rispettivament. Il-Pulizija ma żżommx statistika tal-ħinijiet li bdew u spiċċaw dawn il-'parties'.
Ninsab infurmat ukoll li ma hemmx applikazzjonijiet pendenti għal 'rave parties'.
Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex dal-qasam jiġi regolat aħjar.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rave parties mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' pulizija li kienu preżenti qabel id-dħul u waqt kull party?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru u s-26 ta' Ottubru 1998, kien hemm tlett 'rave parties' li għalihom intalab permess lill-Pulizija. Fl-ewwel wieħed li nżamm fis-7 ta' Settembru ma kienx hemm presenza ta' Pulizija, f'ieħor kien hemm 4 Pulizija bl-uniformi kif ukoll numru ieħor pajżana mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga u f'ieħor kien hemm 8 Pulizija bl-uniformi flimkien ma' għadd ta' membri ta' l-Iskwadra kontra d-Droga. Għal raġunijiet ovvji ma jidhirlix li n-numru ta' Pulizija pajżana fl-attivitajiet simili għandu jiġi svelat.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija preżenti meta l-pulizija waqqfet ir-rave party dakinhar ta' l-Indipendenza 1998? Kemm daħlu complaints lill-pulizija konnessi ma' dan il-party, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' storbju eċċessiv? X'ħin daħlu u minn liema lokalita' oriġina l-complaint? Għaliex il-pulizija ħadet azzjoni fl-4.30 a.m. u mhux qabel jekk il-mużika kellha tieqaf f'nofs il-lejl?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minbarra 4 Pulizija bl-uniformi u numru ieħor ta' Pulizija pajżana mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga, kien hemm diversi pulizija oħra tad-Distrett, filwaqt li 'units' tal-SAG u tal-'Mobile Squad' kienu fil-viċinanzi meta l-pulizija waqqfet ir-'rave party' fil-21 ta' Settembru 1998.
Il-pulizija rċeviet diversi lmenti dwar storbju eċċessiv prinċiparjament mill-inħawi ta' San Ġiljan u tas-Sliema u l-pulizija aġixxiet fuq dawn l-ilmenti. Ninsab infurmat ukoll li ser jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra l-organizzatur ta' dan ir-'rave party'.
Għandi pjaċir ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minkejja li 'parties' simili għal dak imsemmi fid-domanda tiegħu, saru kemm -il darba mill-bidu ta' din is-sena, din hi l-ewwel darba li ttieħdet azzjoni deċiżiva.
Nassigura lill-Onor. Interpellant illi azzjonijiet simili jittieħdu biex jiġi evitat abbuż.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu ġewwa discos din is-sena? Kemm minn dawn inqabdu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?