Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-HCEB? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru t-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda trasferimenti ta' ħaddiema mill-'H.C.E.B.' fil-perijodu bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-ITS? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita ebda persuna mill-'I.T.S.'.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ngħata 'transfer' wieħed bejn id-dati msemmija fil-Mistoqsija. Dan sar fuq talba ta' l-individwu.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-NTOM? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa' l-4 ta' Jannar, 2000.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li dan il-Ministeru ma daħal f'ebda ftehim ma' tobba privati fir-rigward ta' impjegati fis-servizz pubbliku għal għan li għalih qed jirreferi l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Beach Cleaners? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ngħata 'transfer' wieħed mis-sezzjoni tal-'Beach Cleaners' tad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija. Dan sar fuq talba ta' l-individwu stess.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-NTOM mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' l-'M.T.A.' (mhux 'N.T.O.M.') mis-16 ta' Settembru, 1999 sa' l-4 ta' Jannar, 2000.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13676?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport in kwistjoni hu l-bażi ta' negozjati li jistgħu jsiru kif indikat mir-rapport stess. Għalhekk ma jidhirlix li hu għaqli li l-kontenut tiegħu jiġi pubblikat f'dan l-istadju. Ir-rapport jiġi pubblikat meta jkun il-waqt.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija filwaqt li ma nistax neskludi l-possibilta' li xi ħadd jitlef l-interess imgħarraf li l-konsortja kollha għadhom interessati ħafna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Beach Cleaners mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fis-sezzjoni tal-'Beach Cleaning' tad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew vapuri tat-turisti ġewwa pajjiżna matul is-sena 1999 u kemm kien in-numru ta' turisti li żaru pajjiżna dawn il-cruise liners?
Response (REFALO, MICHAEL)
Għalkemm l-Onor. Interpellant messu għamel din il-Mistoqsija lil sieħbi l-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni ninfurmah li mill-istatistika pubblikata joħroġ li fl-1999 dehru Malta 248 'cruise liner' b'192,785 turist fuqhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartment tat-Turiżmu mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ġie mpjegat ħaddiem wieħed mad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Dan intagħżel wara li saru 'interviews' għall-post ta' 'Tradesman' (Mastrudaxxa) skond iċ-ċirkolari Nru. 40/99 maħruġa mill-'Management and Personnel Office' ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12210?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn l-1987 u l-1996 intnefqu Lm36,400 fuq karozzi ġodda f'dan il-Ministeru w d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu, jiġifieri medja ta' Lm 3831 fis-sena, kif jidher hawn taħt:
Marka tal-Karozza Prezz
'Mercedes E 220' Lm 19,300 (dazju mħallas)
'Rover 820 SI' Lm 8,500
'Lantra Hyundai Saloon 1586 cc' Lm 4,000
'Lantra Hyundai' Lm 4,600
Ninsab infurmat ukoll li bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 intnefqu
Lm 21, 760 fuq karozzi ġodda f'dan il-Ministeru u d-Dipartimenti/Korpi li jaqgħu taħtu, jiġifieri medja ta' Lm 11,871 fis-sena kif jidher hawn taħt:
Marka tal-Karozza Prezz
'Volkswagen Passat 1781 cc' Lm 7,760
'Alfa 164' (inxtrat mill-Air Malta) Lm14,000
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13618 u ċioe': jista' jara hux possibbli li f'Forti Sant'Anġlu fil-Birgu, ikun hemm faċilita' ta' telephone għal watchman anke faċilitajiet sanitarji adegwati peress li dawn huma ineżistenti u huma mfittxija u bżonnjużi anke għat-turisti li jżuru l-inħawi?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-talba ta l-Onor. Interpellant qed tkun mistharrga.
Kif jaf l-Onor. kollega il-provista tas-servizzi mitluba mhumiex fil-kompetenza tal-Ministeru tieghi.
Jista' l-Ministru jippubblika r-rapport tas-selection committee tat-tenders tal-White Rocks Project li skond ma' inti ġejt ikkwotat li għedt, kienu ikkonklużivi?
Ma jaħsibx l-Ministru li l-atteġġjament tiegħu jista' jwassal biex ikun hemm xi ħadd mill-bidders prospettivi għal proġett li jasal biex jirtira?
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 13288, u b'mod partikolari l-parti li l-Ministru wieġeb li hija ta' "natura kummerċjali", jista' l-Ministru jgħid liema huma l-aġenti tar-reklamar konċernati, mingħajr ma jiżvela l-ammont ta'flus involuti għal kull azjenda biex ma jkunx hemm ħsara kummerċjali mit-tweġiba tal-Ministru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat mill-Awtorita tat-Turizmu li l-agenti tar-reklamar li maghhom tahdem l-awtorita huma dawn li gejjin:
* Germanja )
* Svizzera ) Adam & Partner GmbH
* Awstrija )
* Franza SFCP
* Benelux ) CSO Marketing Communicatie
* Skandinavja )
* Renju Unit HDM Agency
* Amerika Point Blank, Inc.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-White Rocks Holiday Complex mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-'White Rocks Holiday Complex' bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li n-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru (tal-Ministeru tat-Turiżmu) matul l-1998 u l-1999 huwa 11 u 11 rispettivament.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13170.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-ITS mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet,jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn id-dati msemmija mill-Onor. Interpellant, ġew utilizzati s-servizzi ta' erba' 'visiting lecturers' fuq bażi 'part-time' b'kuntratt definit ta' sittax il-ġimgħa. Dawn kienu:
'Lecturer' fl-'Airline Law' li jgħallem sitt siegħat fil-ġimgħa;
'Lecturer' fi 'Cruise Line Operations' li jgħallem tliet siegħat fil-ġimgħa;
'Lecturer' fil-'Housekeeping' li tgħallem disa' siegħat fil-ġimgħa; u
'Assistant Lecturer' fil-'Hospitality Craft Skills' li jgħallem ħamsa u għoxrin siegħa fil-ġimgħa.
Fil-każ tal-'Hospitality Craft Skills' il-kuntratt huwa ta' 25 siegħa għaliex l-'Instructor' li kien jokkupa dan il-post ilu għal dawn l-aħħar 13 il-xahar fuq 'sick leave'. Ser toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet ta' 'Lecturer'/'Assistant Lecturer' fil-'Housekeeping' u 'Lecturer'/'Assistant Lecturer' fil-'Hospitality Craft Skills'.
Peress li l-kuntratti tal-'visiting lecturers' huwa fuq bażi każwali għal siegħat limitati u għal perijodu ta' sittax il-ġimgħa mhux prattika li ssir sejħa u l-'I.T.S.' jimpjega nies professjonali mill-industrija tat-turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-HCEB mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġie mpjegat ebda ħaddiem mal-'H.C.E.B.' bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus matul is-sena 1999 mill-Awtorita' tat-Turiżmu biex isir reklamar ta' Malta barra minn Malta?
F'liema pajjiżi sar dan ir-reklamar? Min kienu l-aġenti tar-reklamar li magħhom saru l-arranġamenti biex isiru l-imsemmija reklami?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li matul is-sena 1999, l-'N.T.O.M.'/l-Awtorita' tat-Turiżmu nefqet madwar Lm520,000 biex tiġi reklamata Malta fi swieq barranin.
Ir-riklamar sar fl-Ingilterra, il-Ġermanja, Franza, Benelux, Svizzera, l-Awstrija, Skandinavja, l-Awstralja, ir-Russja, l-Amerika, il-Lvant Nofsani u l-Ġappun.
Dwar it-tieni mistoqsija nfurmat li peress li r-risposta hija ta' natura kummerċjali ma huwiex għaqli li l-informazzjoni tixxandar pubblikament.