Jista' l-Ministru jinfurmani bil-każ riċenti li ġie rapurtat lid-Dipartiment tas-Sanita` li fil-Pixkerija ddaħħal ton li nstab mejjet f'San Pawl il-Baħar?
X'konsultazzjonijiet jew investigazzjonijiet saru sabiex ikun stabilit minn ħeba t-ton fil-Pixkerija sabiex ma jinstabx mill-uffiċjali tas-sanita` wara li dawn marru fuq il-post sabiex isegwu r-rapport li sarilhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi ilment lid-dipartiment tas-Saħħa Pubblika dwar xi ton mejjet.
Għaldaqstant, peress li l-Pixkerija taqa` taħt responsabbilta` ta` Ministeru ieħor, ikun aktar opportun jekk tali Mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'riskji qed ikunu invouti fihom il-Maltin (pulizija, suldati, infermiera u persuni ċvili) meta qed jiġu f'kuntatti ma' klandestini u l-oġġetti li jġibu magħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari 36499.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet hux qed jieħdu xi prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati xi epidemiji li jistgħu jkunu qed jinġarru mill-klandestini li f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jiġu f'pajjiżna fi kwantitajiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li "l-klandestini li jidħlu Malta qegħdin jiġu eżaminati kollha mit-tobba mal-wasla tagħhom. Dawn ukoll jittieħdilhom X-Ray tas-sider biex jiġu ċċekjati għal tuberkulosi akuta tal-pulmun. Sakemm isiru t-testijiet kollha u jiġi kkonfermat li ma humiex qegħdin ibagħtu minn l-ebda marda infettiva, dawn jinżammu f'postijiet speċifiċi".
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-detox hiex se tiġi trasferita f'post ieħor? Jekk fl-affermattiv fejn? Jikkunsidra l-Ministru li d-detox m'għandiex tiġi trasferita f'area residenzjali oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
B'riferenza għal mistoqsija 35223, jista' il-Ministru jagħti l-etajiet tal-persuni msemmija fit-tweġiba, maqsuma f'etajiet taħt l-24 sena, taħt it-30 sena, taħt l-40 sena, taħt il-50 sena, taħt is-60 sena u 'l fuq minn 61 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` mwiet li huma kunsidrati direttament jew indirettament ikkawżati mit-tipjip maqsuma f'etajiet differenti hija kif ġej:
Gender
Age Groups
0-24
25-30
31-40
41-50
51-60
61+
Male
0
0
1
3
18
138
Female
0
0
0
1
4
64
TOTAL
0
0
1
4
22
202
Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux sistemi biex il-pazjenti barranin li għandhom l-obbligu li jħallsu tas-servizzi mediċi li jirċievu ġewwa l-isptarijiet tal-gvern fil-fatt iħallsu dak kollu dovut?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm hospital auxiliaries jaħdmu f'dipartimenti oħra barra dak tas-saħħa u ta' l-anzjani? Meta sar dan iċ-ċaqliq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Saħħa — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati
Question
Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fl-isptarijiet ta':
1) Malta
2) Għawdex
din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Awissu 2002 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa130 każ ta' "overdose". Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt:
It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenement inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenement b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija Ċ: Avvelenement minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenement kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10- Y14)
Kategorija
Jannar-Awissu 2002
A
20
B
2
Ċ
108
Total
130
Dwar Għawdex, nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-Domanda lill-Ministru għal Għawdex.
Il-Ministru tas-saħħa kemm-il darba semma li qed isiru sessjonijiet ta' investigazzjonijiet u operazzjonijiet nhar ta' Ħadd u festi pubbliċi bil-għan li jitnaqqsu l-waiting lists, jista' il-Ministru jispeċifika f'liema taqsimiet qed isiru dawn l-investigazzjonijiet u operazzjonijiet u f'kull każ kemm qed isiru? Jista' jgħid kif tnaqqsu l-waiting lists f'dixxiplini diversi mqabbla ma' l-1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jara li l-health authorities jinvestigaw il-miżbla li hemm qrib l-istabiliment Golden Harvest fil-Gżira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-investigazzjonijiet neċessarji minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika saru fl-24 ta` Ottubru 2002 fil-post indikat, jiġifieri f'Misraħ Turu Colombo, Gżira.
Ġie nnotat akkumulu ta` skart fuq il-bankina quddiem il-'Golden Harvest' u ġie infurmat is-sindku tal-Kunsill Lokali Gżira, sew verbalment, kif ukoll bil-miktub sabiex dan l-iskart jitneħħa mill-aktar fis possibbli.
Il-Gvern Malti ssieħeb ma' l-Unjoni Ewropea biex is-sena 2003 tkun is-Sena Ewropea tal-persuni b'diżabilita'. Jista' il-Ministru jgħid x'qed jippjana l-ministeru tiegħu għal din is-sena biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 35113, jista' il-Ministru ġentilment jgħid mill-1, 424 tifel u tifla b'diżabilita' mentali li jattendu s-CDAU kemm minn dawn it-tfal, subien u bniet separatament, huma ta' eta' 0 - 4 snin, 5 - 9 snin, 10 - 14-il sena u 15-il sena 'l fuq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej:
Eta`
Bniet
Subien
0-4 snin
52
111
5-9 snin
153
294
10-14 snin
239
566
15-il sena 'l fuq
4
5
Jista' il-Ministru jgħid jekk Maltin li jkunu fuq btala fl-Awstralja jistgħux jużaw is-servizz tas-saħħa tad-diversi stati ta' hemmhekk b'xejn minħabba ftehim bilaterali ma' pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-ftehim bilaterali bejn il-Gvern ta` Malta u l-Gvern ta` l-Awstralja, ċittadini Maltin li jkunu għall-btala fl-Awstralja jistgħu jużaw is-servizzi tas-saħħa tad-diversi stati fl-Awstralja, Cocos (Keeling), u Christmas Islands sa perjodu ta` sitt xhur mill-bidu tal-mawra tagħhom fl-Awstralja.
Jista' il-Ministru jgħid meta jibda jintuża l-isptar il-ġdid Mater Dei, dan ser ikollu xi staff ġdid jew se jittieħdu kollha mill-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed isir studju fuq il-bżonnijiet ta` riżorsi umani għall-Isptar Mater Dei. Meta l-istudju ikun konkluż, inkunu nafu jekk l-istaff ta` San Luqa ikunx biżżejjed, kemm bħala numru u kemm bħala 'skill-mix', jew inkella ikollniex bżonn ningaġjaw staff minn barra San Luqa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji liċenzjati f'Malta u Għawdex separatament? Kemm hemm applikazzjonijiet f'kull gżira? Meta l-aħħar li ngħatat liċenzja biex tinfetaħ spiżerija? Hemm xi ħsieb li jerġgħu jibdew jingħataw liċenzji ta' din ix-xorta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li bħalissa hawn 198 spiżerija liċenzjata f'Malta, li 6 minnhom huma veterinarji, u 13-il spiżerija f'Għawdex. Id-Dipartiment għandu 289 applikazzjoni għal spiżeriji ġodda f'Malta u 18 oħra f'Għawdex. L-aħħar liċenzja li ngħatat biex tinfetaħ spiżerija kien fil-15 ta` April 2002.
Teżisti friża amministrattiva għall-ħruġ ta` permessi ġodda, għalkemm jeżistu każi speċifiċi fejn ħruġ ta` liċenzji xorta jiġu kkunsidrati. Għalkemm fl-1998 ma ħarġu l-ebda liċenzji, fl-1999 inħarġu permessi għal żewġ spiżeriji ġodda, waħda l-Imtarfa u l-oħra l-Gżira (spiżerija għall-użu veterinarju), waqt li fl-2000 ħareġ permess wieħed, ġewwa l-Qala, Għawdex.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36096 u cioe', jgħid x'inhi r-raġuni li persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu mill-orthotics & prosthetics qed idumu ma' jsir bdil ta' l-istess orthotics & prosthetics (speċjalment fuq it-tfal) u qed issir dewmien fil-proċess biex issir it-tibdil u l-aġġustament tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proċess huwa dak deskritt hawn taħt u allura wieħed jifhem ir-raġuni għad-dewmien.
a) Għal sitt darbiet fis-sena jew kważi kull sitt (6) ġimgħat Speċjalista fil-Prosthetics u żewġ technicians kwalifikati jiġu fid-dipartiment mill-Ingilterra għal 17-il ġurnata.
b) L-istess kull sitt (6) ġimgħat speċjalista ta` Orthotics u Technician kwalifikat jiġu fid-dipartiment għal 4 tijiem.
Fiż-żewġ każi fl-ewwel vista l-pazjent jiġi eżaminat u meħud il-qies jew issir il-forma tal-ġibs (cast) neċessarja.
PROSTHETICS
Fit-tieni vista l-pazjent jiġi “fitted” b’sieq jew id artifiċjali. Fil-kas ta` modular Prosthetics fl-istess vista jiġi iffitjat u mgħoti “l-artificial limb”. Fil-l-oħrajn l-artificial limb tiġi pruvata fuq il-pazjent u meħuda lura għall-aħħar xogħol fl-Ingilterra.
Fit-tielet vista l-pazjent jiġi mgħoti “l-artificial limb” kompluta u iffitjata bil-bżonnijiet kollha meħtieġa biex tkun tista` tintlibes.
Kull vista ta` l-ispeċjalista jiġu eżaminati:
a) Pazjenti ġodda
b) Pazjenti li jiġu iffitjati l-fittings neċessarji
c) Isiru Alterazzjonijiet limitati. (Fid-dipartiment m’hemmx makkinarju għal alterazzjonijiet kbar).
Alterazzjonijiet u tiswijiet żgħar isiru fid-dipartiment minn technician tad-dipartiment.
Hemm każi li wieħed jistenna biex jiġi provdut il-ħtiġijiet personali bejn sitt (6) ġimgħat u l-aktar f’każi ikkumplikati tnax (12)-il ġimgħa.
Pazjenti ġodda Orthotics f’din is-sena 2002 sa issa ammuntaw għal 730.
Id-dipartiment ta` l-Orthotics u Prosthetics jikkonsisti fi 3 impjegati.
ORTHOTICS
Il-pazjent fl-ewwel vista jiġi eżaminat u jittieħed il-qies meħtieġ. Fit-tieni vista ċertu Orthotics bħall-AFO, Scoliosis, Braces eċċ. jiġu iffitjati fuq il-persuna u mgħotija lill-pazjent. Xi Orthotics ikun hemm il-ħtieġa li jiġu iffitjati jintbagħtu lura l-Ingilterra għal “finishing” u mgħotija lill-pazjent fit-tielet vista tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-AIDS din is-sena? Kemm kienu fil-pożittiv?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' testijiet għal HIV antibodies li saru fid-Dipartiment tal-Patoloġija ġewwa l-Isptar San Luqa minn Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2002 jammontaw għal 3,733. Minn dawn 22 irriżultaw fil-pożittiv. Ir-riżultati pożittivi ma humiex kollha każijiet ġodda ta' HIV iżda jinkludu wkoll re-testing.