Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29894 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Harmful Tax Practices

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif Malta ftehmet mal-global forum li tiżviluppa pjan ta' implimentazzjoni tal-OECD dwar kif il-pajjiż biħsiebu isarraf l-impenn tiegħu li jelimina dawk li jissejħu harmful tax practices sa mhux aktar tard mill-13.12.05? Malta meta mistennija li taderixxi ma' dan l-impenn? Jista' jgħarraf lill-Kamra dwar l-implementation plan innifsu? X'inhuma it-tibdiliet legiżlattivi li mistennija jsiru sabiex jinkiseb dan il-għan Malta qiegħda taħdem flimkien ma' xi agenziji ta' għajnuna internazzjonali u bilaterali sabiex jinkiseb dan il-għan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm ngħataw xi ndikazzjonijiet lill-OECD dwar pjan ta' implimentazzjoni dwar kif il-pajjiż beħsiebu sarraf l-impenn tiegħu li jelimina dawk li jissejħu harmful tax practices għadu ma ġie miftiehem xejn dwar meta Malta mistennija taderixxi ma dan l-impenn. Qed nagħmluha ċara ħafna lill-OECD li m'aħniex lesti nbiddlu ċerti affarijiet qabel inkunu sodisfatti li nottjenu a level playing field kemm ma membri oħra ta' l-OECD u kemm ma pajjiżi oħra li mhumiex. Għalkemm aħna qed naħdmu fuq it-tibdiliet leġislattivi neċessarji biex inkunu nistgħu nsarrfu l-impenn meta jinħtieġ, dawn għadhom mhux finallizzati. Malta mhix qed ta;dem ma xi aġenzija ta' għajnuna internazzjonali u bilaterali f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #29900 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-post ta' Direttur Ġenerali tal-Vat jinsabx vakanti? Kemm mistenni jdum vakanti? Min qiegħed jimla dan il-post bħalissa? Meta ġiet biex issir l-għażla ttieħdu in kunsiderazzjoni riżervi li diversi amministrazzjonijiet seta kellhom dwar il-persuna/i eliġibbli għall dan il-post vakanti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nikkonferma li l-uffiċjal li kien jokkupa l-post Direttur Ġenerali tal-VAT irriżenja mis-Servizz Pubbliku b'effet mill-1 ta' Diċembru ta' din is-sena. Jien infurmat li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dalwaqt se joħroġ sejħa sabiex din il-vakanza tkun tista' timtela'. Bħalissa qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex, sakemm din il-vakanza timtela', isir acting appointment. Skond ir-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, meta jsir acting appointment ta' Kap ta' Dipartiment, il-persuna nominata normalment irid ikun l-aktar uffiċjal anzjan (senior) fid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #29906 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm konsulenti mal-Bank Ċentrali? Min huma? Kemm ilhom iservu il-Bank? X'qegħdin jitħallsu tas-servizzi tagħhom u x'inhuwa is-servizz li qegħdin jipprovdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali għandu seba' konsulenti/advisors li jgħinu f'oqsma differenti bħal l-ekonomija, relazzjonijiet pubbliċi, legali, awditorjali u finanzi. Uħud minn dawn il-konsulenti ilhom mill-1989 u l-ħlas tagħhom din is-sena għandu jilħaq għal madwar Lm45,000.
Leg 9 PQ #29949 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29592?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29995 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Interim From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Negozju — VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għalqu n-negozju tagħhom u rritornaw il-kotba tal-VAT lid-dipartiment bejn is-snin tal-1997 sal-lum xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29888 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatisation Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq ir-reburbishing tal-uffiċini tal-privatisation unit?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-somma globali li ntefqet fuq l-uffiċini u l-għamara tal-Privatisation Unit fit-Trade Centre, San Gwann, amontat għal Lm14,590 (VAT inkusa). Dan ix-xogħol kien sub-contracted lill-Kalaxlokk.
Leg 9 PQ #29593 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Kontribuzzjoni Settorjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru. 16037 għas-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari nru. 16651 f'seduta 312 u 16842 f'seduta 317.
Leg 9 PQ #29882 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Appellate Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jwaqqaf appellate board għad-dipartiment tal-kuntratti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jwaqqaf Public Contracts Appeals Board awtonomu u indipendenti li jkun awtorizzat jiddeċiedi appelli magħmula minn offerenti fit-termini tar-Regolamenti dwar ix-xiri pubbliku.
Leg 9 PQ #29755 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għar-risposta għall-mistoqsija numru 29342 jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħda tingħata l-persuna konċernata hiex koretta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pensjoni tat-Teżor tal-persuna ndikata għada qed tiġi pproċessata. Għaldaqstant mhux il-każ li jingħad jekk hux qed jitħallas korrett jew le, iżda li l-ammont dovut jitħallas fi żmien qarib.
Leg 9 PQ #29881 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Maltese Pre-Accession Economic Programme

Question

Jista' l-Ministru jippublika l-ewwel maltese pre-accession economic programme li il-ministeru tiegħek ħejja u ippreżenta lill-kummissjoni ewropeja flimkien mal-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 29259 f'seduta 629.
Leg 9 PQ #29691 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Rapport ta' Ħidma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li saret referenza għalih fir-rapport ta' ħidma tal-Ministeru dwar tisħiħ dwar is-settur pubbliku u dak privat? Jekk dan għadu mhux lest, meta mistenni jitlesta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-referenza li saret fir-rapport ta' ħidma tal-Ministeru, reigward tisħiħ bejn is-settur pubbliku u dak privat, kienet intiża biex temfasizza l-isforzi tal-Gvern biex tonqos in-nefqa pubblika. Dan jista jseħħ billi ħaddiema tal-Gvern jitpoġġew jaħdmu fuq proġetti ta' fejda bil-parteġipazzjoni tas-settur privat permezz tal-proġett tal-Public Private Partnership.
Leg 9 PQ #29692 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Investimenti Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-gvern milli jintroduċi l-iskema ta' ripatrijazzjoni ta' investimenti tal-maltin minn barra l-pajjiż meta l-iskema kellha tiġi fis-seħħ jew fl-ewwel ta' Ottubru jew f'dik id-data li fiha tkun għaddiet mill-parlament il-leġiżlazzjoni meħtieġa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-leġislazzjoni u regolamenti relatati li jirregolaw ir-ripatrijazzjoni ta' nvestimenti tal-Maltin minn barra l-pajjiż qegħdin jiġu ppreparati u dalwaqt għandhom jiġu ppreżentati fil-Parlament.
Leg 9 PQ #29756 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Għoli tal-Ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1971 sal-lum kemm kienu ż-żidiet statutorji għall-għoli tal-ħajja?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob jista jiksiba mid-diskori tal-Budget.
Leg 9 PQ #29685 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-ispecial unit li kellha titwaqqaf biex tiġbor u tgħaddi lill-kummissjoni ewropeja riżorsi finanzjarji bħala kontribut ta' Malta meta tidħol fl-Unjoni Ewropeja twaqqfet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iSpecial Unit dwar il-ħdim u l-ġbir tal-kontribut ta' Malta lejn il-Budget tal-Unjoni Ewropeja skond il-position paper taħt Kapitlu 29 tal-Acquis Communitaire twaqqfet fl ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Din il-Unit hi ppreseduta mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru u koordinata mid-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Amministrazzjoni Finanzjaraja.
Leg 9 PQ #29686 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Pjan ta' Żvilupp Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-kamra dwar ix-xogħol li sar s'issa flimkien ma' Ministeri oħrajn għat-tfassil ta' pjan ta' żvilupp nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #29687 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Public Finance Management Bill

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-public finance management bill meta mistenni li jiġi ppublikat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-drafting ta' dan l-Abbozz ġdid ta' Public Finance Management qiegħed fi stadju avvanzat u mistenni li jkun ippublikat fl-ewwel tlett xhur tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #29688 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Common Agricultural Policy Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titwaqqaf il-common agricultural policy unit fid-Dipartiment tad-Dwana?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-'CAP Unit' taħdem formalment mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja. Iżda rrid ngħid illi diġa hemm nukliju ta' uffiċjali fid-Dwana li segwew u qed isegwu taħriġ fil-materja mogħti f'Malta minn esperti li jiġu min pajjiżi Membri kif ukoll isiru żjarat f'dawn il-pajjiżi biex tittieħed esperjenza diretta f'dal-qasam. Dan it-taħriġ, fid-diversi aspetti li jolqtu d-Dwana, huwa l-bażi ta' dal-'Unit' u huwa il-ħsieb li l-uffiċjali konċernati jkomplu jingħataw taħriġ iktar prattiku u sostenut fl-aħħar xhur ta' qabel is-sħubija biex il-liġijiet u l-proċeduri jkunu segwiti sewwa.
Leg 9 PQ #29689 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-regolamenti ġodda dwar xiri pubbliku biex jarmonizzaw ir-regolamenti preżenti mad-direttivi tal-UE meta mistennija li jiġu ppublikati bħala abbozz ta' liġi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, safejn għandu x’jaqsam id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti, ix-xogħol fuq l-armonizazzjoni tal-Public Service (Procurement) Regulations preżenti mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropeja, jinsab fi stadju avvanzat ħafna u għandu jkunu lest sa’ l-aħħar ta’ din is-sena. Meta r-regolamenti emendati jiġu approvati minn kull aspett dawn jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra skond il-proċedura stabbilita.
Leg 9 PQ #29690 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT Department

Question

Jista' l-Ministru kemm ġew investigati kumpaniji u/jew individwi mit-Tax Compliance Unit s'issa? Kemm minnhom huma bbażati fuq listi li thejjew mill-Vat Department u minn dipartimenti oħrajn? Kemm hemm każi li għandhom x'jaqsmu mad-dipartiment tat-taxxi interni F'kemm il-każ minnhom ġew applikati l-benchmarks? Meta effettivament ġew fis-seħħ il-benchmarks?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lil-Onorevoli interpellant li s'issa 36 każ ġew referuti lit-TCU għal-investigazzjoni fuq evażżjoni tat-taxxa. Dawn jiġu nvestigati kemm għall xi evażżjoni tat-taxxa tal-VAT jew tal-Income Tax kif ukoll għal evażżjoni ta' Dazju, jekk ikun il-każ.
Leg 9 PQ #29721 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jivverifika għala l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament b'diżabilita li ilha barra mix-xogħol diversi snin baqgħet sal-lum tirċievi talbiet għal-ħlas ta' kontijiet ta' income tax?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.