Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra, meta inkwilin ta' appartament li kien tal-Gvern u li jkun xtrah u għamlu tiegħu fl-1980, jekk ibiegħu lil terzi fil-preżent ikunx irid iħallas xi multa lill-Gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-bejgħ ta’ postijiet mill-Awtorita’ tad-Djar hu regolat skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt u ta’ l-iskema relattiva li taħtha jkun sar il-bejgħ.
Peress li l-Onor. Interpellant ma ndikax l-iskema li taħtha nxtara l-post, jew id-dettalji tal-persuna konċernata, mhux possibbli li tingħata tweġiba preċiża.
Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — Ċertifikati tal-mewt
Question
Skond il-liġi, meta persuna tmut, il-qraba tagħha huma obbligati li jibagħtu ċertifikat tal-mewt lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali meta dawn il-persuni jkunu fuq ir-reġistru tan-National Insurance jew xi tip ta' allowance, benefiċċju, assistenza soċjali jew pensjoni. Tista' l-Ministru tgħid:
a) Minn dawn iċ-ċertifikati tal-mewt kemm irriżulta li kkommettew suwiċidju fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament?
b) Kemm kienu nisa jew irġiel u x'eta' kellhom (taħt is-60 sena jew 'il fuq minn 60 sena)?
c) Dawn kienu joqogħdu fin-North jew is-South ta' Malta, jew kienu minn Għawdex?
d) Minn dawn kemm kienu jaħdmu, kemm kienu qiegħda, kemm kienu b'diżabilita' u kemm kienu b'pensjoni ta' invalidita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma jżommx statistika dwar il-kawża tal-mewt tal-benefiċjarji ħlief meta din tkun kaġun ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid, tul l-aħħar għaxar snin - sena b'sena separatament kemm kien hemm klijenti ta' Appoġġ, Sedqa, Sapport jew Helpline 179 li għamlu kuntatt ma' dawn l-aġenziji għal għajnuna urġenti dwar suwiċidju premeditate?
1. Kemm għamlu attentat ta' suwiċidju u kemm traġikament irnexxielhom jagħmlu suwiċidju?
2. F'sitwazzjoni bħal din li tista' tispiċċa f'diżgrazzja traġika, hemm xi speċi ta' rapid response team biex jiffronta din iċ-ċirkostanza kritika b'mod tempestiv u ħolistiku?
3. F'kull każ u ċirkostanza kemm kienu irġiel u kemm nisa? X'eta' kellhom?
4. Kemm minn dawn il-każi kienu taħt kura psikjatrika jew ta' psikologu inkella kienu pazjenti fl-Isptar Mount Carmel?
5. Tingħata għajnuna psikoloġika lill-familja ta' dawn it-traġedji? Hemm xi tip ta' assistenza oħra jekk il-persuna nvoluta tkun il-breadwinner tal-familja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Aġenziji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali jirreferu każijiet dwar attentati ta’ suwiċidju lill-awtoritajiet tas-saħħa jew lill-pulizija.
Ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant iżda n-numru ta’ telefonati konnessi ma’ suwiċidju li rċeviet l-Aġenzija Appoġġ fuq il-
Helpline
179 f’dawn l-aħħar 10 snin kien kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Dħul ta' l-Impjegati
Question
Tista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtha li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn
a) 8,000 sa 9,000
b) 9,000 sa 10,000
c) 10,000 sa 12,000
d) aktar minn 12,000
e) anqas minn 5,000?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħareġ flus il-Gvern għal children's allowancesmis-sena 2000 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 2000 – 2005 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20678, f’Seduta Numru 443.
Ninsab infurmata li l-ammont imħallas f’Allowance tat-Tfal matul l-2006 kien Lm13,307,291.
Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hix intitolata għal xi benefiċċji tal-mard?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandu ebda talba pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li l-imsemmi Dipartiment informa b’dan lill-persuna konċernata, permezz ta’ ittra.
Tista' l-Ministru tara li jsir l-aġġornar tal-parti komuni tal-fondi li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Hemmx il-ħsieb li t-taraġ eżistenti, li hu tal-franka jsir bil-madum minħabba li dawn ir-residenti huma anzjani? Hemmx il-ħsieb li fl-istess binja tal-Gvern ikun irranġat jew mibdul il-bieb ta' barra? Meta ser isir l-aġġornar tal-faċċata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjana minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema ta' Care and Repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qrib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tistax tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, b’konnessjoni ma’ l-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita’ tad-Djar spezzjonat il-fond indikat mill-Onor. Interpellant fit-12 ta’ April 2007.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni f'Malta li għandhom il-kartuna r-roża? Kemm hawn li għandhom il-kartuna r-roża għax huma dijabetiċi? Kemm persuni inqatgħetilhom il-kartuna r-roża fis-sena 2006/2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika ta' persuni li għandhom il-Karta r-Roża, iżda l-istatistika li tinżamm hija dwar in-numru ta' familji li għandhom il-Karta r-Roża.
In-numru ta' familji li kellhom il-Karta' r-Roża s-sena l-oħra kien 8035. In-numru ta' familji li kellhom il-Karta r-Roża sat-30 ta' April 2007 kien 2787.
In-numru ta' familji li kellhom il-Karta r-Roża minħabba li huma dijabetiċi s-sena l-oħra (2006) kien 3076 u n-numru ta' familji li kellhom il-Karta r-Roża sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena għax huma dijabetiċi kien 1273 (2007).
In-numru ta' familji li nqatgħetilhom il-Karta r-Roża s-sena l-oħra kien 166 u din is-sena sa l-aħħar ta' April kien 32.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 24763 u 25209 u tgħid jekk post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex battal jew x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-investigazzjoni li refferejt għaliha fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet indikati, għad mhiex konkluża.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Tista' tgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant, ma nxtrat ebda karozza ġdida mill-Ministeru, d-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għadu ma tax in-numru tal-file lil waħda mill-applikanti minn Hal Għaxaq, li d-dettalja tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt in-numru tal-file ngħata x-xahar li għadda.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnu l-ħsieb li kien hemm li tinkiteb Politika Nazzjonali għall-Housing?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalkemm għad hemm il-ħsieb li tinkiteb politika nazzjonali dwar l-akkomodazzjoni soċjali, fiċ-ċirkostanzi preżenti fejn għaddejja ħidma biex isseħħ l-amalgamazzjoni tas-settur tal-housing, ma jidhirlix li dan hu l-mument li fih għandha tinkiteb din il-politika.
Tista' l-Ministru tara li t-taraġ tal-parti komuni ta' binja tal-Gvern f'Bormla, li hu tal-franka, ikun irranġat u jsir bil-madum, minħabba li qed ikun ta' periklu għall-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li hija residenti f'din il-binja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxew ir-riċerki tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba l-urġenza tat-talba tagħhom għall-kamra tal-banju? Tista' din il-familja tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant saret fit-12 ta’ April 2007.
Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni qed tiġi proċessata u l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li tirċievi nformazzjoni dwar il-verifika ta’ l-assi ta’ l-applikanti. Jekk minn din il-verifika jirriżulta li l-persuna għandha dritt għall-għajnuna din tiġi nfurmata biex jiġi ffirmat il-ftehim meħtieġ.