Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm flejjes ġew allokati lill-Kunsill Lokali, Fgura mill-bidu tiegħu sena b'sena inklużi u possibilment separatament fondi speċjali u kemm l-ftehim sar mal-istess bil-pjan tal-Gvern għad-devoluzzjoni akbar tal-poter?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Apparti d-delega ta' l-infurzar lokali, s'issa ma kien hemm ebda ftehim ieħor għal-aktar devoluzzjoni.

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'kaz?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-Ministeru u l'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi saru ħmistax-il trasferiment tul l-istess perjodu. Dawn kienu: 8 fuq talba ta' l-impjegati stess 2 biex jaqdu dmirijiet f'Segretarjati Privati 3 għax għaddew minn interviews għal gradi differenti f'Dipartimenti oħra 2 minħabba esiġenzi tas-servizz
Leg 9 PQ #25664 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Estradizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena liema kienu talbiet minn barra minn pajjiżna għall-estradizzjoni ta' persuni? meta saru t-talbiet? Min kienu l-persuni li saret talba kontrihom? Għal liema akkużi intalbet l-estradizzjoni tagħhom ? Liema kienu l-każijiet li saret l-estradizzjoni tal-persuni? Jekk ma saritx l-estradizzjoni x'kienet ir-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26466 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Court Fees

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26120?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ammonti ta` flus miġbura bħala 'court fees' fl-aħħar sentejn kienu kif indikat hawn taħt: Sena Ammont 1999 LM 672,657 2000 LM 709,204 Waqt li hu diffiċli li wieħed jistma kemm se jkun id-dħul għal din is-sena fuq il-bażi tat-tariffi eżistenti peress li dan jiddependi mill-volum tax-xogħol, il-Gvern jistenna li jkun hemm żieda fuq is-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #25518 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-Gwardjani Lokali din is-sena u fuqiex sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gwardjani lokali li weġgħu fuq ix-xogħol għax ġew aggredditi membri tal-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sad-29 ta' April 2001 kien hemm tnax (12)-il incident fuq (10) Gwardjani Lokali li weġġgħu fuq ix-xogħol għax ġew aggrediti. F'kull każ sar rapport lill-Pulizija.

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26388 Sitting 552 2001-06-13 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Impjiegi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jinħolqu karigi ġodda, skond il-grad, fil-qrati ta' Malta u Għawdex relattivament? Jista' jgħid kemm direttorati se jiġu upgraded? Jista' jgħid kemm hu maħsub li se tintela' aktar l-ispiża rikorrenti b'eżerċizzju bħal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet ta' gwardjani lokali li ġew preskritti għaliex l-ittra reġistrata ma ġietx aċċettata mill-akkużati jew ma setgħetx titqassam u billi skada iż-żmien il-każ ġie preskritt? Jista' jgħid x'se isir jew qed isir biex dan jieqaf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-introduzzjoni tal-Gwardjani Lokali kien hemm 13,674 Avviżi ta` Kontravvenzjonijiet (tickets) li ġew preskritti. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ngħid li qed jiġu kontemplati emendi fil-liġi biex, jekk jkun hemm abbuż fit-tqassim ta` l-Avviż jew min jirċievi l-Avviż, dan jitwaqqaf.

Santa Venera — Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ntgħażlet l-ogħla offerta għax-xogħol li qed isir fl-area tal-Palazz l-Aħmar f'Santa Venera, xogħol ta' toroq u bankini?

Response (GATT, AUSTIN)

Dan il-Ministeru ma ħareġ l-ebda offerta għax-xogħol fl-area tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera.
Leg 9 PQ #26120 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Court Fees

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal court fees il-Gvern fis-sentejn li għaddew u kemm mistenni idaħħal din is-sena a bażi tat-tariffi riveduti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 25443 li oriġinarjament saret lill-ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilli lokali li talbu l-għajnuna lid-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex jgħinu lill-għaqdiet tal-lokal tagħhom jsibu propjeta/art jew fond biex jiżviluppaw aħjar l-premises tagħhom ħalli joffri servizz aħjar lill-membri tagħhom waqt il-ħin ħieles tagħhom? X'progress sar u x'iżvilluppi ġew reġistrati?

Response (GATT, AUSTIN)

Talbiet lid-Dipartiment ta` l-Artijiet għan-nom l-għaqdiet tal-lokal sabiex dawn jingħataw proprjeta/art jew fond tal-gvern biex jizvillupawh aħjar bħala premises tagħhom ma taqax taħt il-proġett tad-Devoluzzjoni Lokali fi ħdan il-Ministeru. Għaldaqstant jekk kien hemm xi talbiet bħal dawn, kemm il-Ministeru kif ukoll id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ma jżommux din l-istatistika.

Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet sekwestrata propjeta u flus min persuni li nstabu ħatja b'reati konnessi ma traffikar tad-droga is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi l-informazzjoni tehtieg ricerka fit-tul, ir-risposta tingħata f' seduta futura.

Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nstabu ħatja persuni minħabba: i) Traffikar ta' Droga ii) Pussess u Traffikar ta' Droga iii) Pussess ta' Droga sena b'sena matul l-aħħar 5 snin? Kemm minhom kellhom eta' ta' anqas min 30 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru koncernat.

Estradizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet ta' estradizzjoni f'dawn l-aħħar 5 snin? Kemm ġew milqugħa? Minn liema pajjiż saru u ta' liema nazzjonalita' kienet il-persuna fuq min saret it-talba?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija migbura fil-lista li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25891 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Performance Bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru taghna ma kien hemm hadd li kellu pozizzjoni ohra bi hlas waqt li kien fuq "Performance Agreement".

Lapida

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali preċidenti f'Ħal Qormi neħħa lapida li kienet inkixfet mill-ex- Ministru t-tabib Philip Muscat, fil-playing field tal-Pjazza Frederico Maempel - Ħal Qormi

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghadlaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #26026 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Local Wardens

Question

Wara t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari nru. 25915, jikkonferma l-Ministru li hemm warden ta' 17-il sena taħdem bi 85c fis-siegħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m`hemm l-ebda Gwardjan Lokali li ghandu jew ghandha 17 il-sena b`85c fil-siegha.

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.