Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha ħlasijiet amministrattivi l-Universita' ta' Malta li jiġu mposti fuq l-istudenti jew forsi xi persuni oħra? X'inhuma dawn il-ħlasijiet separatament u kemm huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħlasijiet amministrattivi mitluba mill-istudenti huma kif ġej:
Certificate - Attendance of course Lm1.00
Certificate - result (not detailed) Lm2.00
Certificate - result (detailed) Lm5.00
Certificate - translation of Latin certificate Lm2.00
Revision of paper Lm15.00 (refundable if there is an improvement in grade)
Tender Fee Lm5.00 (Minimum charge Lm5, Maximum Lm10)
Application Fee - Foreign students Lm40.00
Application Fee - Junior College Lm5.00
Borrower's Library Fee Lm20.00
(Non registered University Student)
Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada — Kap Eżekkuttiv
Question
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-Kap Eżekkuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li ismu qed jintbagħat separatament mhux qed jidħol għax-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal mistoqsija numru 2046.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi perikli oħra fl-iskola San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa, minbarra l-kwistjoni marbuta mad-drenaġġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u t-Technical Services Branch tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qegħdin jispezzjonaw l-iskola San Ġużepp Ħaddiem għal kull forma ta' periklu li possibilment jista' jkun fiha. Tajt struzzjonijiet biex fejn jiġi stabbilit li hemm xi perikolu għas-saħħa u s-sigurta' ta' dawk li jattendu l-iskola jittieħdu l-passi li hemm bżonn skond is-sengħa u l-liġi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser jitwaħħlu chillers u filters, bħal dawk li twaħħlu fl-iskola F X Attard tal-Marsa, fl-iskejjel l-oħra wkoll, jiġifieri fl-iskola Primarja, Fra Diegu Bonanno u San Ġużepp Ħaddiem?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'hemmx ippjanat li jiġi stallat il-makkinarju imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa' x-xogħol li sar mill-FTS, matul ix-xhur tas-Sajf fl-iskejjel, inkluż xogħol li sar minħabba li kellna ftit tal-ġimgħat ilu? Jista' jagħti dawn id-dettalji separatament għal kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li diversi xogħolijiet għadhom qed jiġu kwantifikati mill-Quantity Surveyors, it-tagħrif mitlub għad irid jiġi kompilat u tweġiba tingħata f'xi Seduta.
Jista' l-Onor Ministru jgħid x'inhi r-rata ta' l-assenteizmu fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji f'Ħal Qormi? Kemm-il rapport ta' assenteiżmu ġie mistħarreġ mis-social workers? Dawk li ma ġewx followed mis-social workers, għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Nifhem li l-Onor. Membru qed tirreferi għall-iskejjel primarji ta' Ħal Qormi u għal Area Secondary School f'dan il-lokal.
Informat li ir-rapporti li saru matul is-sena skolastika 2002/2003, lis-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel, tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni huma:
Primarja 96
Sekondarja 158
Dawn ir-rapporti kienu assessjati mis-Social Workers u kien hemm intervent dirett tas-Social Workers permezz ta' 'home visits', 'school visits' u xogħol ma' l-istudent u l-familja tiegħu/tagħha f'36 każ. Fil-każi l-oħrajn ittieħdet azzjoni legali skond l-Education Act.
Peress li fil-jiem li għaddew kien hemm studenti tal-MCAST li ma kellhomx lezzjonijiet f'għadd ta' suġġetti fil-kors li qed isegwu, jista' il-Ministru jgħid istitut b'istitut, suġġett b'suġġett fejn hemm għalliema nieqsa u x'passi qed jittieħdu biex jiġu reklutati dawn l-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li il-biċċa l-kbira ta' lezzjonijiet f'għadd ta' suġġetti, kollha intlew u dawk li għadhom qegħdin jintlew huwa dovut għall-fatt li:
1. Uħud minn dawk li ġew imsejħa biex jgħallmu, irrifjutaw l-appointment; kien hemm xi każi fejn irriżenjaw ftit wara li bdew.
2. Kien hemm żieda sostanzjali fin-numru ta' għalliema li l-Kulleġġ kellu bżonn għas-sena akkademika 2003-2004.
3. Din is-sena il-Kulleġġ żied 3 istituti ġodda u għalhekk l-ammonti ta' sejħiet kienu sostanzjali.
4. Kien hemm ukoll dewmien relatat m'approvazzjoni ta' għalliema li ġew 'On Attachment' minn xi dipartiment/dipartimenti tal-Gvern.
L-għalliema nieqsa li għad fadal huwa kif jidher fit-tagħrif li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ — Korsijiet tal-kompjuter
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm matul din is-sena l-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ organizzat korsijiet fil-qasam tal-kompjuter? Jista jgħid kemm minn dawn il-korsijiet saru ma' ċentri privati? Liema korsijiet saru u ma' liema ċentri privati? Kemm ħadu sehem f'dawn il-korsijiet u kif intagħżlu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jinfetaħ l-MCAST fix-Xewkija Għawdex u kemm huwa previst li jkun l-istaff kompletament totali u jindika d-diversi posts u jgħid jekk u meta ħarġu l-calls for applications?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li ċ-Ċentru ta' l-MCAST fix-Xewkija huwa previst li jinfetaħ aktar tard dan ix-xahar.
Huwa previst li jkun hemm bżonn ta' madwar 15-il 'lecturer' u 3 'support staff'.
Matul is-sena ħarġu diversi sejħiet għall-postijiet tax-xogħol kif jidher hawn taħt.
Fit-3 ta' Awissu.
Fis-17 ta' Awissu
Fit-2 ta' Ottubru
Fid-19 ta' Ottubru.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu ma' dawk it-tfal li nqabdu jaħdmu taħt l-eta'? X'passi ttieħdu mal-ġenituri u ma' min kien qiegħed iħaddimhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'każ li jinstabu persuni taħt l-eta' jaħdmu, l-Korporazzjoni timmulta lill-imgħallem li jkun qed iħaddimhom kif stabbilit fl-Avviż Legali 110/1993. Sadanittant f'każ li l-multa ma titħallasx, l-imgħallem jittella' l-Qorti kif stabbilit fil-liġi.
Jista' il-Ministru jgħid xi proċeduri jittieħdu biex tfal taħt l-eta' ma jitħallewx jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni kontinwament tinforma lill-istudenti fl-iskejjel li ħadd m'għandu jaħdem jekk ma jkollux il-permess meħtieġ mill-Welfare Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Fil-fatt il-Korporazzjoni tattendi għal sessjonijiet ta' informazzjoni kemm fil-Guidance Unit ta' l-Edukazzjoni kif ukoll f'Ħal Far stess.
Kemm kienet il-Youth Labour Supply (16-24 sena) fil-31 ta' Awissu, 2003? Kemm minn dan in-numru ta' żgħażagħ, f'din id-data, kienu tfajliet, u kemm kienu ġuvintur? Kemm kienet il-Labour Supply totali fl-istess ġurnata? Kemm kienu dawk iż-żgħażagħ ta' din l-eta' (maqsumin fi tfaljliet u ġuvintur) mill-Youth Labour Supply li kienu qegħdin jaħdmu f'din id-data?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Youth Labour Supply — Ħaddiema mal-Gvern u Korpi Gorvernattivi
Question
Kemm mill-Youth Labour Supply (16-24 sena) fit-31 ta' Awissu, 2003 (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) kienu qegħdin jaħdmu mal-Gvern u Korpi Governattivi; fil-manifattura, turiżmu, servizzi finanzjarji, servizzi oħra, bejgħ (retail), kostruzzjoni, biedja, sajd, setturi oħrajn? Liema kienu l-aktar għaxar (10) xogħlijiet (Occupations) li kienu jaħdmu fihom dawn iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur)? Kemm kienu ż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) mill-Youth Labour Supply li kienu/huma self-employed? F'liema oqsma kienu/huma jaħdmu bħala self employed? Kemm kien hemm żgħażagħ ta' l-eta' msemmija (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu qegħdin fi skema ta' apprendistat fid-data msemmija? Liema kienu dan l-iskemi, u kemm kien hemm f'kull skema (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur)?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) mill-youth labour supply li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fil-31 ta' Awissu, 2003? Liema kienu dawk ix-xogħlijiet li kienu qed jirreġistraw għalihom iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) bla xogħol? X'kien il-livell edukattiv ta' dawk iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm kien hemm żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sitt xhur u x'kien il-livell edukattiv tagħhom? Kemm kien hemm żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal mill-anqas sena u x'kien il-livell edukattiv tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jistgħu jittieħdu passi biex l-eżamijiet tas-Sec u l-Matsec isiru f'dati li ma jolqtux ħażin lill-istudenti tal-Higher Secondary tan-Naxxar li jkunu qed jagħmlu suġġetti kemm fil-livell Sec kif ukoll dawk f'livelli intermedji u avvanzati peress li hemm studenti minnhom li fit-8 ta' Mejju fl-istess ħin se jkunu qed jagħmlu l-Malti (Sec) u Pure Maths (Intermedju/avvanzat)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord tal-MATSEC qed jieħu passi biex jara li kemm jista' jkun ma jkunx hemm clashes fl-eżamijiet li l-istudenti tal-Higher Seconday tan-Naxxar jkunu ser jirreġistraw għalihom fil-livell tas-SEC, Intermedju u Avvanzat.
Informat ukoll li jekk din is-sena jibqa' xi dati fejn l-eżamijiet ta' dawn l-istudenti jaħbtu fl-istess ħin, isiru arranġamenti speċjali bħalma saru fis-snin ta' qabel.
Studenti ta' nazzjonalita' barranija — Studju tal-lingwa Ingliża
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew studenti barranin jistudjaw l-Ingliż din is-sena? Minn liema pajjiż ġew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sal-20 ta' Ottubru 2003 sitta u ħamsin elf, tlett mija u wieħed u sittin (56,361) studenti barranin ġew f'Malta u Għawdex sabiex jistudjaw l-Ingliż. Dawn l-istudenti barranin ġew f'pajjiżna minn Andorra, Awstrija, Arġentina, Belġju, Brażil, Bulgarija, Ċili, Repubblika Ċeka, Ċina, Franza, Ġermanja, Italja Korea, Libja, Ġappun, Greċja, Messiku, Norveġja, Olanda, Polonja, Portugal, Rumanija, Russja, Slovakkja, Spanja, Svezja, Svizzera, Turkija u Ukraina.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.