Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #21729 Sitting 453 2006-11-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kuntratti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006? Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi? Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21504 Sitting 452 2006-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant. Fil-każ ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu il parti il-kbira tal-meetings barra minn Malta huma ma operaturi turistiċi. Peress li l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali qiegħed ngħati biss is-somma totali.
Leg 10 PQ #21649 Sitting 452 2006-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Howard Gardens

Question

Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tan-nefqa ta' Lm350,000 li ntnefqet għal Howard Gardens skond mistoqsija parlamentari 21481?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21557.
Leg 10 PQ #20865 Sitting 450 2006-11-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant hija kif indikat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #21557 Sitting 450 2006-11-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Howard Gardens — Xogħlijiet ta' upgrading

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa għax-xogħlijiet ta' upgrading ta' Howard Gardens, Mdina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21402 Sitting 448 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Pollution Control Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-laneċ li jagħmlu parti mill-pollution control unit? X'inhu x-xogħol relatat ma' kull waħda minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Pollution Control Unit għandu tlett laneċ li huma l-M.V. Monka, Ambjent u Pupilla. Ix-xogħol ta' dawn il-laneċ huwa it-tindif ta' oil spillage mill-baħar.
Leg 10 PQ #20843 Sitting 447 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Cruiseliners — Turisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew Malta turisti fuq cruiseliners is-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-2005 (Jannar sa Diċembru) il-passiġġieri fuq cruise liners ammontaw għal 320,104, żieda ta' 28,283 passiġġier jew 9.7% meta mqabbla mas-sena 2004. Fis-sena 2005 is-swieq prinċipali kienu l-Italja (72,142), il-Ġermanja (63,228), Spanja (56,202) u l-Amerka (28,637).
Leg 10 PQ #21323 Sitting 447 2006-10-31 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi għadha ma saritx is-sistema ta' soundproofing kullimkien, u dan speċjalment fejn isiru r-riċevimenti minħabba li meta jkun hemm xi attivita' qed jinħoloq inkonvenjent kbir għar-residenti tal-madwar? Per eżempju, fit-13 ta' Ottubru 2006 kien hemm ħafna ħsejjes u storbju li ħoloq inkonvenjent u saħansitra kellhom jissejħu l-pulizija. X'passi se jittieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' soundproofing miexi b'ritmu tajjeb, speċjalment jekk wieħed jikkunsidra li l-bini konċernat huwa skedat bħala grade 1. Il-bord huwa impenjat li jkompli l-proċess ta' soundproofing u qegħdin isiru diskussjonijet dwar dan.
Leg 10 PQ #21327 Sitting 447 2006-10-31 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul finanzjarju ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mill-attivitajiet li saru din is-sena? Kemm kien il-ħruġ finanzjarju għal dawn l-attivitajiet? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar kont ta' l-ilma u tad-dawl li tħallas miċ-ċentru ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq infakkar li minn din is-sena l-MCC ma baqax jirċievi fondi mill-fond konsolidat sabiex ikopri l-ispiża rikorrenti. Dan ifisser li minn sitwazzjoni fejn iċ-Ċentru kien jagħmel dejn sostanzjali, l-MCC illum qiegħed jiġġenera biżżejjed fondi sabiex ikopri l-ispejjeż tiegħu. Minħabba li d-dettalji mitluba huma ta’ natura kummerċjali u sensittiva, m’huwiex fl-interess pubbliku li jiġu ppubblikati.
Leg 10 PQ #21397 Sitting 447 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura f'kumpaniji ta' reklamar kienet ta' Lm 16,098. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża involuta f'kull każ.
Leg 10 PQ #21320 Sitting 446 2006-10-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tat-tmexxija ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi? X'inhuma l-karigi tagħhom? Kif inħatru? X'salarju jew salarju onorarju għandu kull wieħed u waħda minnhom? Għandhom xi benefiċċji? Kemm ilu membru kull wieħed u waħda minn dan il-bord? Jista' jgħid jekk hemmx xi membru li jattendi għall-attivitajiet li jsiru filgħaxija f'dan il-post?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #21391 Sitting 446 2006-10-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Karozzi Mikrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant hija kif indikat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #21376 Sitting 444 2006-10-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Hospitality

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ċ-ċifra li ntefqet bħala hospitality mill-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet kif ġej: Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali Lm 4,172.37 Heritage Malta Lm 2,667 Ministeru għat-Turiżmu u Kultura Lm 6,728 Awtorita' Maltija tat-Turiżmu Lm 6,094 Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Lm 9, 047.24 Dar il-Mediterran għall-Konferenzi Lm 77 Orkestra Nazzjonali Lm 2, 320.83 Fondazzjoni Ċentru għall-Kreativita' ta' San Ġakbu Lm 1,690.07 Manoel Theatre Lm 375
Leg 10 PQ #21481 Sitting 444 2006-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Howard Gardens

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21347 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jinformani kemm kienet in-nefqa globali għax-xogħlijiet li saru f'Howard gardens?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li nefqa totali għax-xogħol ta' tisbieħ f'Howard Gardens hi stmata li kienet madwar Lm 350,000. Ta' Min igħid li dan il-proġett twettaq bl-għajnuna tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 10 PQ #21486 Sitting 444 2006-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għajn Tuffieħa — Golf course

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21060 u 21293 u jgħid jekk il-gvern għadx għandu l-ħsieb li tkun żviluppata golf course fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa? Meta se tittieħed deċiżjoni finali dwar l-iżvilupp ta' din il-golf course? Hemm pjani minn naħa tal-gvern biex tkun żviluppata xi golf course oħra fil-gżejjer Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21293.
Leg 10 PQ #21202 Sitting 443 2006-10-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Studenti Barranin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20722, jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-iskejjel li ġew immultati? Kemm ġew immultati? Tħallsu jew inkella setgħu jappellaw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

B'riferenza għal-Mistoqsija Parlamentari Nru 20722 l-iskejjel li ġew immultati kienu: Il-Business English Language School li ġiet immultata darba u l-EF International School of English li ġiet immultata darbtejn. Il-mutli imposti kienu ta' Lm 200 kull darba, li naqsu għal Lm 50 peress li kienu tħallsu fi żmien 21 ġurnata minn meta ġiet imposta l-multa amministrattiva. Il-faċilita' li l-multa titnaqqas għal 25% tingħata fuq kull multa amministrattiva sabiex jiġi evitat proċediment fil-qrati ġudizzjarji.
Leg 10 PQ #21258 Sitting 442 2006-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Siġġijiet/Imwejjed fuq il-bankini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex jiġi żgurat li stabilimenti i li joħorġu siġġijiet u mwejjed fuq il-bankina jħallu l-ispazju meħtieġ biex persuni jgħaddu minn fuq il-bankina bla ma jkollhom jinżlu fit-triq u jkunu jistgħu jidħlu fi djarhom meta jgħixu ħdejn dawn l-istabilimenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta toħroġ permess lil ħwienet liċenzati minnha sabiex ikunu jistgħu jżommu siġġijiet u mwejjed fuq il-bankina wara li l-MEPA u d-Dipartiment ta’ l-Artijiet ikunu approvaw dan l-iżvilupp waqt li jimponu kundizzjonijiet li l-applikant għandu josserva, fosthom il-kejl preċiż ta’ fejn u kemm art għandu jokkupa. Hu obbligu tal-Pulizija li jassiguraw li bankini u passaġġi pubbliċi ma jiġux ingumbrati bl-ebda mod, inkluż bit-tqegħid ta’ għamara. Fejn l-ispetturi ta’ l-Awtorità jinnotaw dan il-ksur tal-liġi, huma jgħaddu l-informazzjoni lill-Pulizija sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.
Leg 10 PQ #21431 Sitting 442 2006-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Management Efficiency Unit — Heritage Malta

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li l-management efficiency unit għamel dwar l-MCR ta' Heritage Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant huwa rapport ta’ konsulenza. Ma nħossx li għandi nippubblikah. Ir-rakkomandazzjonijiet li hemm fir-rapport, li l-Gvern kien jaqbel magħhom, ġew implimentati.
Leg 10 PQ #21293 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għajn Tuffieħa — Golf course

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21060 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għadx għandu l-ħsieb li tkun żviluppata golf course fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa? Meta se tittieħed deċiżjoni finali dwar l-iżvilupp ta' din il-golf course? Hemm pjani minn naħa tal-gvern biex tkun żviluppata xi golf course oħra fil-gżejjer Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Ħaġrat Temples — Dwal

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li l-lighting f' Ta' Ħaġrat Temples jingħaqad bħala servizz ma' l-istreet lighting f'din il-lokalita' u jiġi transferred għall-electricity poles fil-lokalita' peress li qed ikun hemm min ibagħbas l-ispotlights eżistenti li huma fil-baxx ħafna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Heritage Malta ma ssib ebda oġġezzjoni li d-dwal li hemm ġewwa s-sit Ta’ Ħaġrat jiġu mqqabbda mad-dawl tat-triq.