Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raod Safety Council — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-pjanijiet li għandu r-Road Safety Council biex jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku, u jippreżenta dettalji ta’ kampanji edukattivi xahar b’xahar, minn Diċembru 2016 għal Diċembru 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 29039.

Transport Malta — Advertising

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu ħsieb l-advertising ta’ Transport Malta? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija/persuna ntgħażlitx wara sejħa pubblika?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ riklamar fi ħdan Transport Malta jsir internament mid-dipartiment kkonċernat. Permezz ta’ sejħiet għal stimi (call for quotations), Transport Malta tagħmel xogħolijiet varji ta’ disinn ta’ artwork, stampar u produzzjonijet televizivi kif ukoll tagħmel ukoll placements ta’ riklami b’mod dirett mal-mezzi tax-xandir. Transport Malta tuża wkoll is-servizzi tal-aġenzija MPS biex tieħu ħsieb l-avviżi ġeneriċi tagħha. Din l-aġenzija kienet ġiet magħżula wara sejħa pubblika.

Ir-Rabat – Triq l-Infetti – irranġar ta’ kamra

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex titwaqqaf il-ħsara, u titranġa l-kamra li fil-passat kienet tintuża biex il-passiġġieri jixtru l-biljetti għall-ferrovija, liema kamra tinsab fi Triq l-Infetti, viċin it-Telgħa tas-Saqqajja, ir-Rabat (Malta) u li tinsab fi stat ta’ abbandun u perikoluż għal kull min jgħaddi minn biswitha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment konċernat qatt ma rċieva xi talba biex jintervjeni f’dan is-sit. Ser jiġi delegat perit biex jinvestiga l-imsemmija struttura u wara li jsiru l-verifiki dwar lil min tappartjeni, jsir rapport u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Trasport Pubbliku – ħaddiema — break

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn ix-xufiera tat-Trasport Pubbliku qegħdin jingħataw break ta' kwarta biss f'ġurnata xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-iskedi tax-xogħol għax-xufiera mfassla mill-kumpanija Malta Public Transport Services huma skont kif inhu stipulat fil-Ftehim Kollettiv tagħhom kif ukoll bi qbil mal-istess ħaddiema. Dan jinkludi il-ħinijiet tas-sewqan, il-breaks kif ukoll il-ħinijiet ta’ mistrieħ.

Is-Siġġiewi – Sqaq fi Triq il-Brandin – wiċċ tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li Transport Malta tagħti għall-ewwel darba wiċċ lilsqaq li jinsab bejn id-djar innumerati 52 u 40 fi Triq Brandin is-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Xogħlijiet fit-toroq — tneħħija ta' sinjali mal-art

Question

Billi meta jsiru xogħlijiet fit-toroq tagħna mhux darba jew tnejn ikun hemm każijiet fejn is-sinjali mal-art jitneħħew minħabba l-istess xogħlijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif imbagħad jiġi assigurat li l-istess sinjali jerġgħu jinżebgħu kif suppost?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tar-reinstatement jinkludu li kull tip ta’ żebgħa u markings eżistenti qabel jibda x-xogħol irridu jsiru mill-ġdid wara li jitlestew ix-xogħlijiet. Għaldaqstant, kwalunkwe ċertifikazzjoni tinkludi tali żebgħa u markings.

Transport Malta — każijiet kontra persuni li għamlu xogħol mingħajr permess

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar sitt xhur fejn ittieħdu passi kontra persuni li għamlu xogħol fit-toroq mingħajr ma kellhom il-permessi neċessarji minn Transport Malta? Fejn kienu dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar sitt xhur, ma rriżultax li l-uffiċċjali ta’ Transport Malta ltaqgħu ma’ xi xogħol li kien illegali matul l-ispezzjonijiet regolari li saru. Isiru diversi rapporti mill-pubbliku fuq irregolaritajiet fejn jiġu mgħoddija fis-sezzjoni tal-infurzar biex kull każ jiġi investigat u tittieħed azzjoni fejn meħtieġ.

Transport Malta — spezzjonijiet fuq xogħol li sar mill-kumpanija GO

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet fuq xogħol li sar mill-kumpanija GO matul l-aħħar sitt xhur u li kellu l-permessi neċessarji ta' Transport Malta? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet? X'passi ttieħdu minn Transport Malta minħabba dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sitt xhur saru 57 spezzjoni fuq ammont ta’ permessi li jikkonsistu f’xogħlijiet maġġuri u dawk ta’ emerġenza mill-kumpanija GO. Dawn l-ispezzjonijiet saru f’diversi fażijiet tax-xogħol, kemm matul l-eżekuzzjoni tax-xogħol, kemm meta ġie komplut u kemm waqt il-verifikazzjoni tax-xogħol. Transport Malta ħadet il-passi kollha biex issegwi x-xogħol matul l-istadji kollha u tassigura li tali xogħlijiet isegwu l-kundizzjonijiet tal-permess kif ukoll li x-xogħol jitlesta skont is-sengħa u l-arti.

Triq li mill-Mellieħa twassal għax-Xemxija — xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ser jinbeda x-xogħol fuq it-triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dati tax-xogħlijiet għal din it-triq għadhom ma ġewx stabbiliti.

Il-Belt Valletta – Triq San Kristofru — bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li l-bankini fi Triq San Kristofru, il-Belt Valletta huma xierqa għar-residenti, b’mod partikolari għall-anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-Triq hija responsabilta’ tal-Kunsill Lokali. Pero’, l-Valletta Servicing Directorate, Unit ġdid li tifforma parti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation, taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastuttura, qiegħda tevalwa x’tista tagħmel biex tirranġa xi bankini fiż-żmien li ġej.

Il-Belt Valletta – Triq l-Ar·isqof — bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li l-bankini fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta huma xierqa għar-residenti, b’mod partikolari għall-anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-Triq hija responsabilta’ tal-Kunsill Lokali. Pero’, l-Valletta Servicing Directorate, Unit ġdid li tifforma parti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation, taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastuttura, qiegħda tevalwa x’tista tagħmel biex tirranġa xi bankini fiż-żmien li ġej.

Il-Belt Valletta – Triq l-Arċisqof — żona pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta għażel li jagħmel parti minn Triq l-Arċisqof żona pedonali, il-Gvern ħax in konsiderazzjoni l-impatt ambjentali li qed iħalli l-ammont akbar ta’ traġitt għall-vetturi li issa biex ikomplu l-aċċess għall-parti l-oħra tat-triq iridu jgħaddu ’l isfel minn Triq Merkanti, lejn Triq San Kristofru u lura ’l fuq minn Triq ir-Repubblika?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta t-Taqsima tal-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan l-Transport Malta tagħmel xi intervent u tibdiliet, tkun għamlet ukoll l-istudju neċessarju biex tinstab l-aħjar soluzzjoni fiċ-ċirkustanzi.

Il-Belt Valletta — Parkeġġi riżervati għal persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26450, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riżervati għall-persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li sar l-eżerċizzju msemmi, il-Ministeri ġew allokati ħames postijiet riservati li jinkludu l-vettura tal-Ministru. Fejn hemm Segretarji Parlamentari, dawn ġew allokati erba’ parkeġġi lis-Segretarjat tagħhom.

Valletta Rehabilitation Committee

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk li jiffurmaw il-Valleta Rehabilitation Committee u jgħid x’inhuma r-remunerazzjoni/benefiċċji ta’ kull persuna appuntata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Valletta and Floriana Rehabilitation Committee huwa kompost kif ġej: Chairman: Mr Kenneth Zammit Tabona Segretarju: Joseph Bonello Membri: Perit Reuben Abela Perit Norbert Gatt Perit Adrian Falzon Perit Samuel Formosa Mr. Dennis Dowling Mr. Charles Farrugia Mr. Norbert Grech Dr. Michela Spiteri Dr. Alexei Dingli Mr. Davina Sammut Hili Ninfurmah ukoll li c-Chairman biss għandu rinumerazzjoni ta’ €3,494 kull sena.

Ħaż-Żebbuġ (Malta) — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijijiet Parlamentari 26955 u 28780 għall-ewwel parti tal-mistoqsija. Toroq residenzjali li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq imbaghad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist. Lista ta’ xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rabat (Malta) — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità tar-Rabat (Malta) mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijijiet Parlamentari 26955 u 28780. Toroq residenzjali li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi. Ix-xogħolijiet fuq dawn it-toroq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist: Lista ta’ xogħlijiet li saru u li huma ppjanati li jsiru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħad-Dingli — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26955. Intant it-toroq residenzjali li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi. Ix-xogħolijiet fuq dawn it-toroq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist: Lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-sena d-dieħla hu pjanat li jsir ix-xogħol fuq il-proġett f’Had-Dingli bħala parti mill-inizjattiva tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Arti fi Spazji Pubbliċi bl-isem “ Games from my childhood”. Matul is-sena tibqa’ ssir il-manutenzjoni meħtiega fuq il-proġett tal-belvedere/promenade fl-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli.

Imġarr (Malta) — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità tal-Imġarr (Malta) mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijijiet Parlamentari 26955 u 28780 għall-ewwel parti tal-Mistoqsija. Toroq residenzjali li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq imbaghad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist. Lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Hu ppjanat li jitlesta x-xogħol ta’ tisbieħ fuq spazju miftuħ fi Triq il-Magħkuba.

Mina tal-Mistra – xogħlijiet neċessarji

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isir ix-xogħol meħtieġ fuq il-Mina tal-Mistra, li għandha ammont ta' ħsarat, u li tista' twassal biex l-istess Mina taqa', b'konsegwenza li t-traffiku lanqas biss ikun jista' jgħaddi għal u mill-Mellieħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 25905.

Trasport pubbliku – Terminus ta’ Bieb il-Belt

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26455, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe statistika li tista’ tagħti ħjiel/indikazzjoni dwar dak li hu mitlub?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26455.