Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx esproprjata xi art sabiex issir Triq is-Sibbien, f'Wied il-Għajn?
Jekk fl-affermattiv, kemm tħallsu flus għal din l-espropriation?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li turi l-area esproprjata?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Possibli l-Ministru jintervjeni personalment biex issir il-pedestrian crossing li ilha tintalab xhur sħaħ fil-post li d-dettalji tiegħu qed nehmeż under separate cover? Billi fil-post imsemmi hemm periklu kbir għal dawk li jkunu jaqsmu, possibli ssir f'qasir żmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku approva pedestrian crossing fil-post irreferut għalih mill-Onor. Interpellant fl-1 ta' Novembru 2002 skond il-pjanta maħruġa mid-Direttorat għat-Toroq hawn annessa.
Għandu jiġi nnutat li l-bżonn ta' din il-pedestrian crossing huwa minħabba stabbiliment kummerċjali. Għalhekk huwa rakkomandat li, kif suppost irriżulta mit-Traffic Impact Assessment ta' dan l-iżvilupp, din il-pedestrian crossing għandha tiġi implimentata bħala parti mill-proġett ta' l-istabbiliment kummerċjali u mhux mill-Awtorita' Dwar it-Trasport.
Jista' il-Ministru jara li Triq il-Kunċizzjoni Bengħajza B'Bugia, li ritratt tagħha qiegħed jintbagħat separatament titkompla u ma titħalliex fl-istat li hi għax qed tkun ta' periklu l-aktar matul il-lejl?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 35823.
Awtorita' ta' l-Immaniġġjar tat-Toroq — Double yellow lines
Question
Possibli li l-Awtorita' ta' l-Immaniġġjar tat-Traffiku tieħu passi minnufih biex isiru double yellow lines mal-garage tad-dar li d-dettalji tagħha qed nehmeż under seperate cover għaliex il-persuna msemmija ta' spiss titlef ix-xogħol minħabba li ma tkunx tista' iddur bix-xarabank tagħha hi u ħierġa mill-garage? Billi dġa saret talba bil-miktub mill-Awtorita' dwar it-Trasport u anke minni personalment imma baqa' ma sar xejn, possibli jittieħdu passi rimedjali fl-aqsar żmien possibli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku rċieva t-talba bil-miktub mingħand il-persuna rriferuta għaliha mill-Onor. Interpellant u għadda kopja ta' dan l-ilment lill-Kunsill Lokali kkonċernat. Sa llum dan id-Direttorat ma rċieva l-ebda risposta mill-Kunsill.
Iżda, għandu jiġi kjarifikat li l-każ imsemmi huwa problema ta' enforcement li jaqa' taħt ir-responsabilita' tal-Pulizija jew Gwardjani Lokali skond ir-Regolamenti Dwar il-vetturi bil-Mutur, 1994 paragrafu 77.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser issir pedestrian zebra crossing fi Triq Hompesch Ħaż Żabbar, fil-lights li saru dan l-aħħar u li jagħtu għal Marsaskala, fost oħrajn, u dan minħabba li fl-ebda mument persuni ma jistgħu jaqsmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi ftit qabel il-
lights
imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hemm
pelican crossings
ħdejn il-
Housing
Estate
kif ukoll
zebra crossing
iktar 'il fuq f'Labour Road u għalhekk ma jidhirx li hemm bżonn li jsiru faċilitajiet oħra f'din il-parti tal-lokalita'.
Fuq liema kriterji jsiru dawn li ġejjin f'żoni kummerċjali: i) no parking except for loading / unloading, ii) time zones għall-ipparkjar ta' vetturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-kriterji għal:
(i) un/loading bays validi għal 4 siegħat filgħodu u 4 siegħat wara nofs in-nhar huma:
Għal ħwienet ta'
white goods.
Għal ħwienet ta' l-għamara.
Għal ħwienet li jbiegħu makkinarju goff.
Meta tkun għal gruppi ta' ħwienet.
Lil-Hotels li għandhom aktar minn 70 sodda.
Dawn jiġu approvati fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsilli Lokali.
(ii) it-time zones għall-apparkjar ta' vetturi huma ta' żewġ tipi:
Dawk li jiġu approvati fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali fuq bażi temporanja u għal toroq speċifiċi u mhux għal żoni sħaħ.
Dawk permanenti għal skemi ta' parkeġġ residenzjali u kummerċjali bħal l-iskema tar-Rabat Għawdex.
Il-proprjetarji tax-xarabanks użati għat-trasport pubbliku bilfors iridu jieħdu sehem fl-iskema tax-xiri ta' xarabanks ġodda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li permezz ta' l-avviż li ħarġet l-Awtorita' fil-Gazzetta tal-Gvern f'Diċembru 2000, ippermettiet lil dawk is-sidien tal-karozzi tal-linja li kellhom karozza tal-linja li fuqha kien tħallas id-depożitu ta' Lm500 fl-1995, kienu ntitolati sabiex ibiddlu x-xarabank eżistenti tagħhom ma' waħda ġdida.
L-ammont totali ta' sidien li kienu poġġew l-imsemmi depożitu (u li għalhekk iffirmaw il-ftehim sabiex ibiddlu x-xarabank tagħhom) huwa ta' 147 . S'issa, disgħa sidien biddlu x-xarabank il-qadima tagħhom, għaldaqstant baqa' 138 xarabank li għad trid tinbidel u s-sidien ta' dawn il-138 xarabank kollha aċċettaw li jieħdu sehem fl-iskema tax-xiri ta' xarabanks ġodda.
Jista' il-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' koppja anzjana ta' 90 sena li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li qegħdin jitolbu reserved parking?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li minn riċerka li saret fid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma nstabet l-ebda' rakkomandazzjoni mill-Kimmissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' rigward xi
reserved parking
għas-sinjuri riferuti f'din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid liema se jkunu t-toroq li huma fuq l-agenda biex jiġu rranġati matul din is-sena,2003 fil-bliet tal-Fgura, Xgħajra, Kalkara, Isla, Birgu, Bormla u l-parti ta' Ħaż Żabbar li tagħmel mat-II Distrett?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport għadha kif ħarġet żewġ sejħiet għall-offerti biex jiġu asfaltati Triq Carmelo Ritchie u Triq Carmelo Penza fix-Xgħajra, u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti sabiex tiġi asfaltata l-aħħar parti ta' Triq Merħba u Triq is-Summien fil-Fgura. Għandu wkoll jibda xogħol fi Triq ix-Xatt f'Bormla u Misraħ l-Arċisqof Gonzi fil-Kalkara.
Dan wara li fil-ftit xhur li għaddew tlesta x-xogħol li kien qed isir fi Triq il-Mitħna, Triq Polverista u Triq San Ġwann f'Bormla, Triq Alof De Wignacourt fix-Xgħajra u Triq Vitorja fl-Isla. Saret ukoll Triq Rinella fil-Kalkara, Triq Hompesch fil-Fgura u Labour Road f'Ħaż-Żabbar, fejn twaħħlu wkoll it-Traffic lights.
Id-Direttorat tat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mall-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta ' titjib fit-toroq kollha tal-pajjiż u l-prijoritajiet jiġu aġġornati, minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi li jkunu qed jirriżultaw.
Jistgħu jittieħdu passi biex trakkijiet u heavy vehicles ma jitħallewx jgħaddu minn Tal-Balal għal Ta' l-Ibraġġ jew lura minħabba t-traffic jams li regolament jikkawżaw minħabba fid-djuq tat-triq ikkonċernata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku investiga l-każ u rriżulta li trakkijiet u
heavy vehicles
iridu jibqgħu jgħaddu minn Tal-Balal għal Ta' l-Ibraġġ u lura minħabba li din hija l-unika triq li hemm biex taqdi l-industrija f'dik iż-żona.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jinħarġux xi permessi fuq karozzi li jkollhom ħġieġ skur biex ikunu permessi li jinsaqu fit-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet joħroġ permessi għall-ħġieġ
light tint
biss.
Dawn jinħarġu bil-kundizzjoni li bl-ebda' mod dan it-tip ta' ħġieġ ma jkun qed irendi l-karozza inqas safe u li s-sewwieq ikun jista' jara dak kollu li hemm madwaru mingħajr xkiel.
F'liema stadju wasal il-proġett ta' Park and Ride li bih jonqsu l-vetturi li jidħlu l-Belt u l-Floriana?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħarġu sejħiet għall-offerti sabiex isiru x-xogħolijiet fi Triq Nazzjonali biex it-traffiku ikun jista' jdur għal ġol Crown Works.
Fil-preżent dawn l-offerti qed jiġu vvalutati biex jiġi stabiliet x'impatt ser ikollhom fuq is-sistema tat-traffiku fil-lokalita' fil-preżent, in vista tax-xogħol ta' restawr li qed isir fuq il-bieb tal-Bombi.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li ssir Triq it-Tiben ġewwa Marsaskala minħabba l-istat ħażin u perikoluż li din tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għadha kif ħarġet sejħiet għall-offerti biex isiru xogħlijiet fit-toroq San Ġwakkin, Artilieri u Triq l-Immakulata u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir iktar 'il quddiem.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jibdew jaħdmu t-traffic lights li saru ma ġenb il-knisja tal-Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol kollu lest u l-Korporazzjoni Enemalta qegħda fil-proċess li tipprovdi l-istallazjoni tad-dawl. Għalhekk huwa iminenti li dawn id-dwal jinxtegħlu.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser isir xi dawl fuq iż-zebra crossing li hemm fi Triq Santa Tereża Bormla, peress li ta' spiss qed ikun hemm xi nċidenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex jaraw x' l-aħjar li jsir.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser titlesta t-triq li tagħti minn Burmarrad sa Tarġa Gap? Meta suppost li kient ippjanata li tkun lesta? Kemm intefaq s'issa fuq din it-triq? Kemm kienet l-istima sabiex titlesta din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Fir-rigward ta' partijiet minn din il-mistoqsija m'għandi xejn xi nżid fuq ir-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 36507 u 38061.
S'issa fit-triq hu stmat li sar xogħol li jammonta għal Lm1,196,000 li minnhom s'issa tħallsu Lm897,000.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser tkun lesta t-triq li tagħti mis-Salina għan-Naxxar speċjalment dil il-parti magħrufa bħala t-Telgħa t'Alla u Ommu? Meta kienet ippjanata li kella tkun lesta? Kemm intefaq s'issa globalment? Kemm tħallas s'issa u kemm kienet l-istima oriġinali sabiex it-triq tkun lesta minn kollox?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-parti tal-proġett tat-triq li mis-Salina tagħti għan-Naxxar li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi ppjanata li titlesta fil-ġimgħat li ġejjin wara li titneħħa s-sistema tat-traffiku tal-one way fit-telgħa ta' Tarġa Gap.
S'issa l-kuntrattur tħallas Lm847,000 għax-xogħol f'dan il-proġett. Fir-rigward tax-xogħlijiet li tlestew, dawn huma stmati li jammontaw għal Lm1,130,000. Il-proġett kollu hu stmat li ha jiswa Lm1,690,000.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi li qed jaħdmu jew li ħadmu fuq: It-Triq li minn Burmarrad tagħti għal Tarġa Gap? It-Triq li tagħti mis-Salina għan-Naxxar? Jista' jgħid kemm tħallas kull wieħed minnhom s'issa u kemm għad fadallu jieħu kull wieħed? Kemm kienet l-istima oriġinali ta' kull biċċa xogħol? X'inhu ix-xogħol li għamel kull wieħed?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija fil-Mistoqsijiet Parlamentari numri 35050 u 36505.