Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi mmedjati biex jinbidel arblu li jinsab ħdejn farmhouse - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - għaliex dan hu perikoluż u qed iżomm permezz ta' biċċiet ta' ħadid u injam li ġew imsammra minn residenti biex ma jaqax?
Billi dan l-arblu ilu jiġi rapportat ħafna u baqgħu ma ttieħdux passi, possibbli jsir xi ħaġa qabel jaqa' fuq xi ħadd?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol meħtieġ sar.
Jista' il-Ministru jara li anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - u li ma għamilx donation minn fuq it-telephone tiegħu titħassarlu minn fuq il-kont tat-telefon peress li kull darba jgħidulu li se titħassar imma dejjem tidher mal-kont li jirċievi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlanentari Nru.1130.
Jista l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bozoz ta' l-EneMalta li twaħħlu fejn hemm il-fabbrika tad-Dowty, Hal Far għadom sallum ma jixgħelux?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-bozoz li qiegħda ssir referenza għalihom ma jaqgħux taħt ir-responsabilita' ta' l-Enemalta iżda taħt ir-responsabilita' tal-Malta Development Corporation (Malta Enterprise).
Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru: a) jagħti dettalji dwar ir-rati u kondizzjonijiet ta' kiri ta' l-assi tat-tarzna; b) jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra business plan tax-shipyard illum ġestiti minn kumpanniji ġodda mwaqqfa mill-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-kiri tal-art, l-baċiri u l-equipment mill-kumpanija Malta Shipyards Ltd., għadhom qed isiru negozjati bejn il-Gvern u l-Malta Shipyards fuq il-kundizzjonijiet tal-kiri ta' dawn l-assi.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Business Plan tat-Tarzna hu ta' natura kummerċjali u sensittiva u għalhekk m'għandux ikun publikat.
Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba tar-residenti ta' Bieb il-Polverista, Bormla, liema talba f'forma ta' petizzjoni qed tintbagħat separatament, sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fil-kanen ta' l-ilma li qed twassal sabiex ibatu minn nuqqas ta' pressa?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-problema ta' nuqqas ta' ilma fl-inħawi ta' Bieb il-Polverista, Bormla hi kkawżata minn kanen li huma miżdudin .
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma stabbiliet li jridu jinbidlu madwar 175m ta' kanen. Diġa' bdew il-preparazzjonijiet biex isir dan ix-xogħol u l-kanen mistennija li jibdew jinbidlu fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku din is-sena? Kemm minn dawn kienu kkaġunati minn kuntratturi li jkunu qed jagħmlu xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta' qtugħ fil-provista ta' l-elettriku fl-aħħar sena u cioe' bejn l-01/10/2002 u t-30/09/2003 kien ta 420. Minn dawn kien hemm 32 qtugħ ikkawżati minn kuntratturi.
Jista' il-Ministru jara li l-kont ta' l-anzjana - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - jiġi ċċekkjat sewwa minħabba li hi qegħda tallega li qed jiġi għoli ħafna u tħoss li l-ilment tagħha ma' l-awtoritajiet qed jiġi njorat?
Response (GATT, AUSTIN)
Skond ir-records tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, fid-dar ta' l-anzjana hemm irreġistrati ħamsa minn nies u mhux biss mara anzjana.
Rigward il-konsum ta' l-ilma, dan jidher li hu wieħed konsistenti minn 1999 sa l-aħħar qari li sar, jiġifieri sa Ġunju 2003. Madankollu l-konsumatur jista' jitlob li ssir spezzjoni ta' l-installazzjoni nterna tal-post biex wieħed jara jekk hemmx xi leakages mill-arloġġ il-ġewwa. Jekk ma jinstab ebda leak, il-konsumatur jista' jitlob li jsir test tal-meter.
Il-konsum tad-dawl jidher li żdied fl-aħħar sena għalkemm jidher raġonevoli għal ħames persuni. Anke f'dan il-każ il-konsumatur jista jitlob għall-test ta' l-arloġġ jekk jaħseb li l-konsum huwa eċċessiv.
Kalkara — Triq l-Isptar Navali: Binja Bighi - entratura B
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-ministeru tiegħu biex jiġi nstallat meter tad-dawl fil-parti komuni ta' Binja Bighi, Entrance B, Triq l-isptar navali, Kalkara, u dan meta ir-residenti ta' din il-binja ilhom jgħixu f'din il-blokka għal aktar minn għaxar snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Mir-rekords li għandha l-Enemalta ma jirriżultax li hemm xi applikazzjoni biex jiġi provdut servizz ġdid ta' l-elettriku f'dan il-post. Biex ikun jista' jingħata servizz ġdid trid issir applikazzjoni għal dan il-għan.
Jista' il-Ministru jgħid kemm iffrankat spejjeż s'issa l-kumpannija Gozo Channel bit-tnaqqis tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi fil-ħames ġimgħat minn meta bdiet sseħħ l-iskeda l-ġdida, jiġifieri l-ħames ġimgħat bejn id-29 ta' Settembru u t-2 ta' Novembru, ġew iffrankati Lm15,700.
Rabat — Triq Kola Xara - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku
Question
Peress li l-anzjana residenti f'fond nru. 2, Triq Kola Xara, Rabat kellha tmur tgħix ma' tifla tagħha minħabba li s-servizz tal-provvista tad-dawl fir-residenza tagħha qed ikun sospiż regolarment, jista' il-Ministru jinvestiga u jawtorizza mmedjatament li jsiru t-tiswijiet meħtieġa?
L-anzjana tista' tiġi kkuntattjata fuq in-numru tat-telefon li qed jintbagħat separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni meħtieġa saret.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-somma totali li għandha tieħu l-MALTACOM mingħand abbonati tagħha għall-użu tat-telefon minn djar/kumpaniji/organizazzjonijiet oħra u li dawn ilhom ma jitħallsu għal żmien twil? Jista' jelenka kemm irid jingħata minn familji, kumpaniji kummerċjali u għaqdiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown sena b'sena ta' minn ħadhom u f'liema ħinijiet ġew reġistrati t-tenders li ħarġu mill-Medigrain matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi r-risposta għal din il-mistoqsija tirrekjedi volum kbir ta' xogħol, sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jispjegax l-importanza tagħha ma narax skop għala għandha tingħata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gozo Channel u fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom? Issa li l-kumpannija naqqset il-vjaġġi tagħha, jista' jgħid kif qed jitqassam ix-xogħol fuq il-ħaddiema reklutati għal iżjed vjaġġi milli qed isiru bħalissa?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2473 u ċioe' jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba tar-residenti ta' Bieb il-Polverista, Bormla, liema talba f'forma ta' petizzjoni qed tintbagħat separatament, sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fil-kanen ta' l-ilma li qed twassal sabiex ibatu minn nuqqas ta' pressa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.